Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hekk li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata post tal-gvern?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, sabiex jagħti l-informazzjoni tal-individwu b'mod korrett għax qed jirriżulta li hemm informazzjoni li mhux korretta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31562, jista' l-Ministru jgħid kif jista' jkun li single parent li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li tgħix f'post ma' sitt persuni oħra f'tliet kmamar tas-sodda, l-Awtorità tad-Djar lanqas qatt ma pprovditilha post alternattiv?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta mogħtija għall-mistoqsija numru 31562 peress li l-pożizzjoni għadha l-istess.
Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità tad-Djar twieġeb l-ittra li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikant hija proċessata flimkien mal-applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni alternattiva u qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li xorta waħda qed tieħu għajnuna mill-Awtorità tad-Djar tixtieq post bil-kera minħabba li mhix f'pożizzjoni tħallas dik il-kera lis-settur privat?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda pproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra. Hija tikri post mill-privat u tħallas kera ta’ €2,040 fis-sena però tibbenefika minn sussidju fuq il-kera li jammonta għall-€966.69 fis-sena. Dan ifisser li din il-persuna tħallas minn butha kera ta’ €89 fix-xahar.
L-Awtorita’ tad-Djar prezentament għandha 218 persuna li jibbenefikaw minn sussidju tal-kera izda li wkoll għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva.
Jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment tal-Artijiet jwieġeb l-ittra li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern qiegħed fil-proċess li jixtri l-art kollha li qegħda għand il-Gvern b’titlu ta’ Pussess u Użu jew Dominju pubbliku u li fuqha hemm residenzi mibnija. L-art akkwistata tiġi trasferita lil Awtorità tad-Djar permezz ta’ avviz legali. Wara, l-Awtorita’ tad-Djar tkun tista’ tbiegħ ir-residenzi attwali li hemm mibnija, lil inkwilini.
Fil-każ indikat separatament, irid jingħad li l-art, li qegħda għand il-gvern b’titlu ta’ pussess u użu u li fuqha hemm mibnija r-residenza msemmija, għada ma ġietx akkwistata mill-Gvern. Għalhekk għalissa ma tistax tiġi mixtrija mir-residenti. Però, kif ingħad aktar il-fuq, għaddej eżerċizzju ntensiv biex tinxtara l-art kollha. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq l-
area
ta’ Bormla u għalhekk huwa previst li sa żmien sena ikun jista jsir it-trasferiment tal-art u konsegwentement il-bejgħ tar-residenza lil-persuni indikati.
Arms Ltd — rata kummerċjali għal persuna li għandha aktar minn tliet postijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li għandha iżjed minn tliet postijiet fuq isimha u dawn il-proprjetajiet huma kollha residenzjali huwiex minnhu li l-ARMS qed toħrog kontijiet b'rata kummerċjali għal bqija tal-postijiet residenzjali ? Jekk iva, minn meta bdiet din il-miżura? Meta daħlet fis-seħħ? B'liema mod ġiet introdotta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond l-Avviż Legali 331/08, kull konsumatur jkun biss intitolat jirreġistra bħala Servizz għall-Post Residenzjali, Servizz għar-Residenza Prinċipali, Servizz għar-Residenza Sekondarja u Servizz għal Garage wieħed li ma jeċċediex 30 metru kwadru u li jintuża esklużivament għall-finijiet privati u non-kummerċjali.
Din il-proċedura daħlet fis-seħħ sa’ minn Ottubru 2008.
Temporary Provisions Schemes li mhux aċċessibli għall-pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn it-Temporary Provisions Schemes li kienu parti mid-Draft Local Plans ta' qabel l-2006 m'għadhomx aċċessibbli għall-pubbliku? Huwa possibli li dawn l-iskemi jiġu kkonsultati mill-pubbliku?
Response (DEMARCO, MARIO)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għad-dokument imsemmi kien fuq il-websajt tal-parlament, nixtieq ninfurmah li għalkemm dan id-dokument għandu l-logos tal-MEPA, m'huwiex dokument tal-MEPA.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija single parent u tgħix f'post privat li ftit ta' snin ilu għamlet talba għal post alternattiv?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda pproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra. Hija tikri post mill-privat u tħallas kera ta’ €2, 040 fis-sena pero’ se tibda’ ukoll tibbenefika minn sussidju fuq il-kera li jammonta għall-€966. 69 fis-sena. Dan ifisser li din il-persuna se tibda’ tħallas minn butha kera ta’ €89 fix-xahar.
L-Awtorita’ tad-Djar pre¿entament għandha 218 persuna li jibbenefikaw minn sussidju tal-kera i¿da li wkoll għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33129 u jgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex is-sistema tal-fossa tispiċċa mit-triq li d-dettalji dwarha qed jinbtagħtu separatament f'Ħaż-Żabbar?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għamlet il-preparazzjonijiet neċessarji sabiex Transport Malta tappunta kuntrattur u jsir ix-xogħol meħtieġ għat-tqegħid ta’ main tad-drenaġġ.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33133 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31882, jista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex din il-persuna tibda tmur fl-iskola oħra Ħal Far?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jipprovdi l-isem u d-dettalji dwar il-persuna kkoncernata, sabiex inkun nista nwiegeb l-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jara li l-open plot li jinsab fi Triq Raddet ir-Roti, x-Xemxija, u li l-Environmental Health Risk Management - North Region jinsab konxu minnu jingħalaq mill-aktar fis possibbli, sabiex jitwaqqfu l-abbużi li qed jiġu mwettqa fih u tiġi evitata xi disgrazzja jekk dan jingħata n-nar u liema plot jinsab bieb ma bieb ma' proprjetà tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-sena li għaddiet id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali irċieva lment wieħed fit-12 t’Awwissu rigward akkumulu ta’ żibel ġewwa kamra li twassal għal post fil-beraħ ħdejn is-substation tal-Enemalta ġo Triq Raddet ir-Roti. Minn investigazzjonijiet li saru minn uffiċċjal għas-Saħħa Ambjentali dan l-ilment ġie kkonfermat iżda għalkemm saru diversi tentattivi sabiex jinstab is-sid ta’ din il-kamra u tal-plot indikat, is-sid baqa` ma nstabx. Ġie mistoqsi kemm min għamel l-ilment, xi ħaddiema tal-Korporazzjoni tal-Enemalta kif ukoll xi nies li joqgħodu fil-viċin dwar jekk jafux minn huwa s-sid, iżda ħadd minnhom ma kien jaf, għalhekk dan id-Direttorat ma setax jordna sabiex dan iż-zibel jitneħħa.
Fil-21 ta’ Marzu, 2012 l-istess uffiċċjal reġa għamel spezzjoni f’din it-Triq iżda l-aċċess għal din il-kamra tneħħa u għalhekk ma setax jikkonferma jekk iż-żibel fil-fatt tneħħiex jew le.
Sa dan it-tant, l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejja.
Rigward ir-referenza tal-Onor. Interpellant dwar il-possibilita` li dan il-plot jiġi magħluq, nitolbu jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-Segretarju Amministrattiv (acting) tal-Kumitat Amministrattiv, Swatar għandu jitħallas mill-fondi allokati lill-kumitat meta dan is-segretarju kien appuntat direttament mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali u dan għaliex il-Kumitat Amministrattiv huwa l-uniku kumitat li jaqa' taħt żewġ kunsilli lokali; tal-Imsida u ta' Birkirkara?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali kien ta b’konċessjoni lill-Kumitat Amministrattiv konċernat, is-servizzi ta’ Aġent Segretarju Eżekuttiv. Kull Segretarju Eżekuttiv tal-Kumitat Amministrattiv jitħallas mill-Kunsill Lokali, ċioe' mill-allokazzjoni li tkun ingħatat lill-Kumitat Amministrattiv. Sallum l-Aġent Segretarju Eżekuttiv tal-Kumitat kkonċernat għadu jitħallas mid-Dipartiment.
B'referenza għall-website li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, issa li jidher li s-CEO tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar irranka fuq xogħlu, jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata l-paga tiegħu, skont kif kien intqal mill-Prim Ministru?
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni għall-post alternattiv tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ipproċċessat l-applikazzjoni tal-individwu in kwestjoni u qiegħda nkluża mal-applikanti l-oħra li għandhom bżonn akkommodazzjoni alternattiva.
Fil-prezent l-Awtorità tad-Djar għandha 405 kaz li huma
sharing
accomodation.
Sakemm l-awtorità taghti post alternattiva, l-applikant huwa mħeġġeg biex jikri mis-settur privat taht l-iskema R fejn tapplika għall-sussidju fuq il-kera (Skema R).
Birgu u l-Belt — scaffolding għar-restawr tas-swar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpaniji/a li qed jipprovdu l-iscaffolding għar-restawr tas-swar tal-Birgu u l-Belt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32117, ninfurmah li r-responsabbiltà għall-forniment ta’ scaffolding meħtieġ waqt it-twettieq ta’ proġett hija tal-kumpannija li tkun qed tagħmel ix-xogħol mogħti lilha
Kuntratt bejn familja u d-Dipartiment tal-Artijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li jsir il-kuntratt bejn id-Dipartiment tal-Artijiet u l-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fuq żewġ fondi li l-gvern ħa għall-użu pubbliku?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi huwa previst li l-kuntratt bejn id-Dipartiment tal-Propjetà tal-Gvern u l-familja, li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament, fuq żewġ fondi li l-gvern ħa għall-użu pubbliku, se jiġi ppubblikat fil-ġimgħat li ġejjin, possibilment sal-aħħar ta’ Marzu 2012.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex is-sistema tal-fossa tispiċċa mit-triq li d-dettalji dwarha qed jinbtagħtu separatament f'Ħaż-Żabbar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31882, tista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex din il-persuna tibda tmur fl-iskola oħra Ħal Far?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament għadu mhux solvut meta dan, xhur ilu, kien ħa l-karti rikjesti kollha lill-Awtorità tad-Djar?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar laqgħet it-talba tal-aħwa li għalihom qegħda issir referenza sabiex jiġu rikonoxxuti bħala l-inkwilini legali tal-fond minflok ommhom li ġiet nieqsa. L-Awtorità tad-Djar bagħtet ¿ewġ ittri datati 13 u 27 ta’ Frar , 2012 lil dawn l-aħwa sabiex jiġu fit-taqsima tal-Customer Care tal-Awtorità u jimlew applikazzjoni sabiex ikun jista’ jsir il-kuntratt ta’ kirja. S’issa dawn għadhom ma gewx u għalhekk il-kuntratt tal-kirja ma jistax jigi finalizzat magħhom.