Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond tal-Joint Office, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex vojt jew le? Jekk huwa vojt hemm il-ħsieb li jinbiegħ jew jinkera?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi l-fond li id-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament, kien trasferit lill-Gvern mill-Awtoritajiet Ekklesjastiċi bħala mikri, però minkejja li iċ-ċwievet qatt ma ġew ritornati, jidher li min kien jgħix f’ dan l-appartament ma għadux hemmhekk. Għal dan il-għan, id-Dipartiment se jieħu azzjoni biex jikseb lura dan il-fond. Kif iċ-ċwievet ikunu għaddispożizzjoni tad-Dipartiment, il-prassi hija li dawn jgħaddu għand l-Awtorita tad-Djar biex jaraw jekk il-fond jistax jintuża bħala Akkomodazzjoni Soċjali, u jkun biss jekk l-Awtorita’ tad-Djar jiddeċiedu li ma jkunx tajjeb għal Akkomodazzjoni Soċjali, li id-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern jiddeċiedi kif jiddisponi minnu.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34160, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-problema li għandu l-persuna msemmija rigward kontijiet ta' dawl u ilma tiġi solvuta biex imbagħad jibda jirċevi l-voucher dovut lilu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li jien infurmat illi d-Dipartiment qiegħed jieħu l-passi neċessarji. Fil-fatt għandna konferma mingħand il-Kumpanija ARMS li fi żmien ġimgħa ser tiġi trasmessa l-informazzjoni neċessarja lid-Dipartiment sabiex ikun jista’ jinħareġ il-voucher li jmiss.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jiġi iffirmat il-kuntratt ta' rikkonoxximent bejn il-Gvern ta' Malta u l-NGO ta' C.S.A.F Senglea li jieħdu ħsieb l-istray cats tal-Kottonera?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33626, jista' l-Ministru jgħid x'alternattiva hemm min naħa tal-Awtorità tad-Djar biex din il-persuna ma tibqax tgħix f'garaxx taħt l-art li jinsab taħt knisja parrokjali?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-unika preferenza li l-applikant wera li jiġi allokat huwa fil-lokalità ta’ San Giljan. L-applikant jikkwalifika għall-post b’kamra tas-sodda waħda u l-Awtorità tad-Djar ma kelliex postijiet adattati għalih f’din il-lokalità. Waqt li l-Awtorità tad-Djar qeghda taghmel minn kollow sabiex tiddentifika post adattat għal dan applikant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jinforma lis-Sinjur li f’kaz li huwa jikri post mill-privat l-Awtorità tad-Djar tkun tista’ toffrilu sussidju fuq il-kera.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ARMS Ltd qed jibgħat kontijiet tad-dawl u l-ilma lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, meta jafu li din il-persuna qed tirċievi kontijiet żbaljati minħabba li huma għoljin wisq għaliex hi tgħix waħeda?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat quddiem l-Awtorità tad-Djar biex tbiddel ma' post ieħor tal-gvern?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni joqgħod ġo post tal-Gvern fl-ewwel sular u applika biex ibiddel nhar il-5 ta’ Mejju, 2009. Huwa jixtieq li jiġi allokat post terran, peress li jbati b’qalbu, fil-lokalità ta’ Santa Venera biex ikun qrib il-familjari tiegħu. Mil-lista tat-tpartit m’hemm ħadd interessat biex immur fil-lokalità tal-Kalkara u fil-preżent l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex postijiet fil-pjan terran vakanti fil-lokalità ta’ Santa Venera.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-individwu li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mistenni jirċievi l-voucher dovut lilu għat-tnaqqis tal-kont tad-dawl u ilma?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li jiena nfurmat li l-persuna msemmija għandha tirrikorri f’wieħed mill-Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex tingħata l-informazzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jmur il-housing inspector tal-Awtorità tad-Djar għand l-applikanta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li hija single parent u tgħix f'post sub-standard?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni ġiet ipproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva u l-ispezzjoni se ssir fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet t-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applika għal post alternattiv?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikant in kwestjoni hija proċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33664 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu jara li d-Dipartiment tal-Artijiet twieġeb l-ittra li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern qiegħed fil-proċess li jixtri l-art kollha li qegħda għand il-Gvern b’titlu ta’ Pussess u Użu jew Dominju Pubbliku u li fuqha hemm residenzi mibnija. L-art akkwistata tiġi trasferita lil Awtorità tad-Djar permezz ta’ avviz legali. Wara, l-Awtorità tad-Djar tkun tista’ tbiegħ ir-residenzi attwali li hemm mibnija, lil inkwilini.
Fil-kaz indikat separatament, l-art li fuqa hemm mibnija r- residenza msemmija, għada ma ġietx akkwistata mill-Gvern, għalhekk għalissa ma tistax tiġi mixtrija mir-residenti. Pero’, kif ingħad aktar ’il fuq, għaddej eżerċizzju intensiv biex tinxtara l-art kollha. Bħalissa għaddej ix-xoghol fuq l-
area
ta’ Bormla u għalhekk huwa previst li sa żmien sena ikun jista’ jsir it-trasferiment tal-art u konsegwentement il-bejgħ tar-residenza lill-persuni indikati.
Id-Dipartiment se jieħu ħsieb ukoll li jagħti risposta għall-ittra li d-dettalji tagħha ntbgħatu separatament.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33249 u 33133 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31882, jista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex din il-persuna tibda tmur fl-iskola oħra Ħal Far?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentament, l-individwu qiegħed jattendi fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall- Persuni b’Diżabiltà fil-lokalità ta’ M’Scala u li kemm l-individwu kif ukoll il-familjari tiegħu qatt ma tkelmu jew għamlu talba ma’ persuni li jaħdmu fiċ-Ċentru ta’ Marsascala jew ma’ persuni oħra li jieħdu ħsieb it-tmexxija taċ-Ċentru b’din ix-xewqa tagħhom.
Il-familjari tal-individwu kif ukoll l-individwu ser jiġu avviċinati minn persuni li jieħdu ħsieb iċ-Ċentru mill-aktar fis possibli sabiex jiġu diskussi ir-raġunijiet għal din it-talba. L-Agenzija Sapport tikkommetti ruħha li l-klijent jirċievi l-aħjar servizz fl-interess tieghu.
trainee career advisors, trainee counsellors u trainee educational psychologists — tiġdid tal-kuntratt
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk humiex se jiġġeddu l-kuntratti tat-trainee career advisors, trainee counsellors u trainee educational psychologists li ġew impjegati mad-Direttorat fl-2009 fuq kuntratt ta' tliet snin peress li dawn l-istess impjegati kienu mwegħda minn qabel ma ffirmaw il-kuntratti tagħhom, li se jkun hemm vacancies ta' career advisors, counsellors, educational psychologists, college career advisors u college counsellors u bħala parti mill-career progression tagħhom se jkunu jistgħu japplikaw għalihom la darba jlestu l-istudji fl-ispeċjalizzjoni rispettiva tagħhom? Tista' l-Misnistru tikkonferma li dawn il-vacancies se jiġu offruti fil-futur immedjat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ebda professjonist li ġie ingaġġat minn 2009 sal-ġurnata tal-lum qatt ma ġie mwiegħed li hu/hi ser/sejra jiġi/tiġi maħtur/a awtomatikament bħala grad iktar għola skont il-professjoni tagħhom. Bħal kull professjonisti oħra li huma impjegati fid-Direttorat ġew mgħarrfa bil-pożizzjonijiet li ġew maħluqa skont id-dokument Student Services within the Directorate for Educational Services: A Framework for Operations 2007. Għalhekk il-professjonisti ikollhom id-dritt li japplikaw meta dawn il-pożizzjonijiet jiġu pubblikati fil-Gażżetta tal-Gvern, fejn jibda l-proċess ta’ kull applikazzjoni skont ir-regoli.
Qatt ma ngħatat indikazzjoni tax-xahar jew sena meta l-applikazzjonijiet ser jinħarġu. Matul dawn l-aħħar sentejn ħarġu applikazzjonijet fi gradi għola minħabba n-neċessita’ tas-servizz.
Hija l-mira tad-Direttorat Għal Servizzi Edukattivi li jiġu inġaġġati professjonisti skont id-dokument Student Services within the Directorate for Educational Services: A Framework for Operations 2007.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta hija proċessata flimkien mal-applikazzjonijiiet l-oħra għall-akkomodazzjoni soċjali
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex is-sistema tal-fossa tispiċċa mit-triq li d-dettalji dwarha qed jinbtagħtu separatament f'Ħaż-Żabbar?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33226.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet t-talba tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu diżabilità u ilu bosta snin jistenna biex jidħol f'waħda mid-djar tal-anzjani tal-gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kien applika l-ewwel darba fit-23 ta’ Novembru 2004 u l-Bord kien talab sabiex isir rapport mediku. Fl-11 t’Ottubru 2005 id-Dipartiment irċieva r-rapport mediku mingħand il-Konsulent Mediku. Fis-16 ta’ Frar 2006 il-każ ġie rivedut mil-Bord u ġie rifjutat fuq bażi li din il-persuna għada tista’ tgħix fil-komunita’ u tagħmel użu mis-servizzi tal-komunita’.
Fis-17 ta’ Mejju 2006 l-anzjan applika mill-ġdid. Saru diversi tentattivi mis-
social workers
tad-dipartiment biex jikkunttajaw lill-klijent. Dawn irriżultaw fin-negattiv għal diversi xhur. Ir-rapport soċjali sar fl-4 ta’ Settembru 2007. Din l-applikazzjoni reġgħat ġiet irrifjutata mill-Bord tal-Ammissjonijiet fid-29 ta’ Novembru 2007. Fis-26 ta’ Diċembru 2007 l-anzjan reġa’ applika u l-applikazzjoni reġgħat ġiet irrifjutata mill-Bord fl-24 ta’ Jannar 2008. Dawn iż-żewġ applikazzjonijiet ġew rrifjutati fuq l-istess bażi jiġifieri li din il-persuna għada tista’ tgħix fil-komunita’ u tagħmel użu mis-servizzi tal-komunita’.
Fl-14 ta’ Lulju 2009 il-klijent applika mill-ġdid u fl-1 ta’ Settembru 2009 l-applikazzjoni ġiet approvata bħala ‘High Priority’ għad-dħul fid-Dar tal-Anzjani tal-Floriana. Liema applikazzjoni tpoġġiet fil-lista ta’ stennija għad-dħul fid-dar imsemmija.
Bormla u l-Birgu — artijiet mhux mibnija tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-artijiet li mhux mibnija u l-Gvern ta' Malta huwa s-sid u li jinsabu fil-konfini ta' Bormla u l-Birgu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan ta' kull sit?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba, teħtieġ ħafna żmien u riżorsi u għaldaqstant minħabba xogħol ieħor li bħalissa għandu d-Dipartiment mhux possibli li tinġabar din l-informazzjoni.
Madankollu jekk l-Onorevoli Interpellant irid informazzjoni fuq xi sit partikolari, jista' jindika dan is-sit u tingħatalu l-informazzjoni mitluba.
Kalkara, Xgħajra u Ħaż-Żabbar — artijiet mhux mibnija tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-artijiet li mhux mibnija u l-Gvern ta' Malta huwa s-sid u li jinsabu fil-konfini tal-Kalkara, Xgħajra u Ħaż-Żabbar? Jista' jgħid jekk humiex fl-outside building scheme? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan ta' kull sit?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba, teħtieġ ħafna żmien u riżorsi u għaldaqstant minħabba xogħol ieħor li bħalissa għandu d-Dipartiment mhux possibli li tinġabar din l-informazzjoni.
Madanakollu jekk l-Onorevoli Interpellant irid informazzjoni fuq xi sit partikolari, jista’ jindika dan is-sit u tingħatalu l-informazzjoni mitluba.
Kemm il-darba jixtieq ikun jaf jekk l-
areas
mhux mibnija humiex barra miż-żona tal-iżvillupp nitolbu jressaq id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Awtorità ta’ Malta għall-Iżvilupp u l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qed jieħu l-pensjoni kif suppost għax hu qed iħoss li hija baxxa ħafna u qed ikun diskriminat?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar injorat din l-ittra li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni soċjali nhar it-30 t’April, 2010. Hija ġenitur wieħed ta’ tifel ta’ sitt snin. L-applikanta toqgħod mal-genituri, oħtha, ħuwa u binha ġo post tal-Gvern bi tlett ikmamar tas-sodda. Hija tibbenefika mill-assistenza soċjali u l-ammont t-totali għas-sena 2011 kien jammonta għall-€5770.35. Il-lokalitajiet preferuti tagħha huma Żabbar, Sta. Luċija, Xgħajra u Fgura u għandha 98 punt.
Peress li l-postijiet vakanti huma limitati nħeġġeġ lill-applikanta tikri mill-privat u tingħata sussidju fuq il-kera.