pazjent li jkun irid imur barra minn Malta għall-kura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux sistema ta’ prior authorisation sabiex pazjenti Maltin li huma intitolati jieħdu kura partikolari b’xejn fl-Isptar Mater Dei bħala inpatients, imorru jieħdu din il-kura fi sptar ieħor barra minn Malta f’pajjiż tal-Unjoni Ewropea, ai fini ta’ ħlas għal tali hospitalisation?
Jekk hemm sistema ta’
prior
authorisation
fejn għandu wieħed jirrikorri sabiex jikseb tali awtorizazzjoni? Jekk tali sistema teżisti, liema huma dawk is-servizzi mediċi/kura li jaqgħu taħt din is-sistema? Jista' jgħid jekk hemmx sit elettroniku li jagħti tali informazzjoni? Jekk m’hemmx sistema ta’
prior
authorisation
, x’sistema tintuża sabiex tiġi determinata jekk pazjent għandux dritt għall-kumpens għall-kura li huwa ħa fi sptar f’pajjiż tal-Unjoni Ewropea?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Gvern għandu sistema ta’ prior authorisation sabiex pazjenti intitolati imorru jieħdu kura fi sptar ieħor barra minn Malta f’pajjiż tal-Unjoni Ewropeja. Wieħed jirrikorri għal din is-sistema billi jiġi riferut mill-konsulent jew speċjalista kuranti li jaħdem fis-sistema pubblika tas-saħħa. Is-servizzi medici/ta’ kura li jaqgħu taħt din is-sistema huma dawk li jiffurmaw parti mill-pakkett ta` kura li joffri il-Gvern. Din l-informazzjoni tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tas-Saħħa fis-sezzjoni li tittratta dwar kura barra minn Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx jew kienx hemm pazjenti Maltin li marru jieħdu kura f’pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, liema kura huma intitolati għaliha b’xejn hawn Malta, u jekk talbux jew hux qed jitolbu ħlas mingħand il-gvern għal tali kura? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kawżi pendenti l-Qorti rigward din is-sitwazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika speċifikament għal liema perjodu jew żmien qiegħed jalludi jew jirreferi għalih fil-Mistoqsija Parlamentari tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid hekk fil-present il-Gvern ta' Malta , cioè jekk huwiex vera li artijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet ta' dipartimenti tiegħu u jiġu amministratti minn dawn l-istess dipartiment ħarġux għall-bejgħ? Fejn jinsabu dawn l-artijiet? Min applika għalihom?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hija proċedura normali tad-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern li minn żmien għal żmien joħroġ għall-bejgħ bl-offerti għall-pubbliku, artijiet f’diversi inħawi ta’ Malta u Għawdex skont it-termini tal-Att dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern (Kap 268), nitlob lill-Onorevoli Membru biex jirreferi għar-risposta li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Nru 35026 fejn ġew indikati l-proprjetajiet inkluzi artijiet li ġew maħruġa għall-bejgħ bl-offerti matul l-2012 sa l-aħħar ta’ Mejju.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħdu l-awtoritajiet fil-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jgħix fuq il-benefiċċju soċjali u ftit taż-żmien ilu twaqqfuqlu u m'għandux aktar flus biex jgħix?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li jiena nfurmat li l-individwu għandu jirrikorri f’wieħed mill-Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex jingħata l-informazzjoni meħtieġa.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35239.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel referenza ghat-twegiba mogħtija fil-mistoqsija Parlamentari 35239 mghotija fis-seduta 486 tal-4 ta' Ġunju, 2012.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 35239.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35239.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35239.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm kunsilli lokali li matul is-sena finanzjarja li għadha kemm għalqet, li għamlu deficit fil-budget tagħhom? Jekk fl-affermattiv min huma l-kunsilli lokali, x'kien l-ammont tad-deficitu jekk hemmx raġuni għal dan in-nuqqas serju? X’passi biħsiebhom jittieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-iżbilanċ finanzjarju fil-working capital tal-audited financial statements għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011.
L-Onorevoli Interpellant jifhem u japprezza li l-ġbir tal-informazzjoni relatata tirrikjedi riżorsi konsiderevoli speċjalment fid-dawl li żewġ Kunsilli Lokali u tliet Kumitati Reġjonali għadhom ma ssottomettewx l-
audited financial statements
tagħhom minkejja li kellhom jagħmlu dan sat-2 ta’ Mejju 2012.
Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur għadhom qed jikkumpilaw l-informazzjoni mill-
audited financial statements
riċevuti u allura nkun f’pożizzjoni li nwieġeb din il-Mistoqsija Parlamentari hekk kif dan l-eċerċizzju jkun komplut.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm kunsilli lokali li bejn Jannar 2011 sal-lum weħlu xi multa/penali ta’ kull xorta mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali ? Jekk fl-affermattiv, min huma l-kunsilli lokali, x'inhu l-ammont ta' kull multa u x'inhuma r-raġunijiet għall-istess multa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Din l-informazzjoni tkkonsisti f’lista konsolidata tad-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-leġiżlazzjoni li biha dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru għall-istess mistoqsija.
Ministeru tal-Intern — direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 35239.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jelenka d-direttivi kollha tal-Unjoni Ewropeja flimkien mal-korrispettiv Att Malti li bih dawn id-direttivi ġew introdotti fis-sistema legali Maltija? Jista' jinkludi dawk id-direttivi li ġew transposed kemm fl-Atti Parlamentari, avviżi legali jew atti oħra, inklużi dawk amministrattivi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onoroveli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35239.
Tista' l-Ministru tgħid min kien il-perit li tqabbad biex jiddisinja l-proposti l-ġodda tal-ITS Campus? Fejn hu mistenni jsir eżatt dan il-proġett? Kemm mistenni li jiġi jiswa? Meta mistenni li jibda x-xogħol ta' kostruzzjoni? Sal-lum kemm tħallas il-perit?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada bil-periti tagħha ġiet fdata biex tieħu ħsieb il-proġett tal-kampus tal-ITS kif ukoll biex tagħti ir-rakkomandazzjonijiet tagħha sabiex tistabblixxi fejn huwa l-aħjar sit għall-dan il-kampus. Kif jiġi stabblit is-sit tingħata l-istima u jibda il-proċess għall-applikazzjoni tal-permessi mill-MEPA. Il-binja m’għandix tieħu aktar minn sentejn minn meta jinħarġu l-permessi neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-Housing tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-individwu in kwestjoni ġiet ipproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva fis-16 ta’ Mejju, 2012 u l-ispezzjoni se ssir fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jiġi ffirmat il-kuntratt ta' rikkonoxximent bejn il-Gvern ta' Malta u l-NGO ta' C.S.A.F Senglea li jieħdu ħsieb l-istray cats tal-Kottonera?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li l-permess ta’ ‘encroachment’ a favur l-organizzazzjoni C.S.A.F, qiegħed jitħejja mid-Dipartiment tal-Propjetà tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34750 u jgħid meta mistenni jiġi ffirmat il-kuntratt ta' rikkonoxximent bejn il-Gvern ta' Malta u l-NGO ta' C.S.A.F Senglea li jieħdu ħsieb l-istray cats tal-Kottonera?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34750.