Jista’ l-Ministru jgħid fiex ser ikun jikkonsisti ċ-Ċentru Ċiviku tal-Qrendi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi li ċ-Ċentru Ċiviku tal-Qrendi ser ikun hemm l-Uffiċċini Amministrattivi tal-Kunsill Lokali, faċilitajiet sanitarji, Garaxx/Store, Sala tal-Kommunita'/Day Centre, Board Room tal-Kunsill. Fil-pjan terran ser tkun inkluża wkoll Klinika.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda jintuża ċ-Ċentru Ċiviku tal-Qrendi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Qrendi qed jaħdem biex il-proġett taċ-Ċentru Ċiviku jitlesta matul din il-leġislatura stess tal-Kunsill Lokali.
Jista’ l-Ministru jelenka s-servizzi li ser ikunu qed jingħataw mill-berġa l-ġdida tal-Qrendi u jgħid f’liema ġranet u ħinijiet ser ikunu qed jingħataw dawn is-servizzi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li malli tiftaħ il-Klinika tal-Kommunità ġewwa l-Qrendi, s-servizzi li ser ikunu qed jingħataw huma:
Nhar ta’Tnejn kull ħmistax il-ġurnata, servizz tal-Podjatrija.
Nhar ta’ Tlieta, Speech and Language Pathology mis 7.30am sat 3.00pm.
Nhar ta’ Erbgħa, Speech and Language Pathology mis 7.30am sat 3.00pm.
Mhux eskluż li jkun hemm servizzi oħra jekk ir-riżorsi umani jippermettu.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li llum, il-Kliniċi tal-Komunità huma wkoll imqabbda mas-sistema tal-electronic patient recrod biex l-istorja medika tal-pazjent tkun aċċessibbli f’ħin rejali minn kullimkien fil-Primary HealthCare.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew jingħataw is-servizzi mill-berġa l-ġdida tal-Qrendi ?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-servizzi mill-berġa l-ġdida tal-Qrendi se jibdew jingħataw meta jitlesta ix-xogħol li baqa’.
Intant, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sadanittant, ir-residenti tal-Qrendi jistgħu jinqdew miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop, sakemm ikunu lesti x-xogħlijiet fuq il-berġa l-ġdida tal-Qrendi.
Iċ-Ċentru tas-saħħa ta’ Ħal Kirkopp joffri fost l-oħrajn dawn is-servizzi:…"
Klinika Antikoagulanti POC (Point Of Care)
Klinika għall-Prevenzjoni tal-Mard Kronika tal-Kliewi
Klinika tad-dijabete
Klinika ECG
Servizzi ta’ Tobba Ġenerali
Servizzi ta’ tilqim
Servizzi ta ’infermiera
Klinika tal-Fiżjoterapija
Klinika tal-Podjatrija
Patoloġija tal-Lingwa tad-Diskors
Kamra tat-Trattament
Well Baby Clinic
Well Woman Clinic
Ġestjoni tal-Kura tal-feriti
Jista’ l-Ministru jgħid meta ngħataw l-aħħar servizzi mill-berġa tal-Qrendi? Jista’ jipprovdi l-lista ta’ servizzi li kienu jingħataw?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-aħħar servizzi mill-berġa tal-Qrendi ngħataw f’Marzu 2020 eżatt meta bdiet il-COVID. Dak inhar kienu twaqqfu il-bereġ kollha.
Intant, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sadanittant, ir-residenti tal-Qrendi jistgħu jinqdew miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop, sakemm ikunu lesti x-xogħlijiet fuq il-berġa l-ġdida tal-Qrendi.
Iċ-Ċentru tas-saħħa ta’ Ħal Kirkop joffri fost l-oħrajn dawn is-servizzi:…"
Klinika Antikoagulanti POC (Point Of Care)
Klinika għall-Prevenzjoni tal-Mard Kronika tal-Kliewi
Klinika tad-dijabete
Klinika ECG
Servizzi ta’ Tobba Ġenerali
Servizzi ta’ tilqim
Servizzi ta ’infermiera
Klinika tal-Fiżjoterapija
Klinika tal-Podjatrija
Patoloġija tal-Lingwa tad-Diskors
Kamra tat-Trattament
Well Baby Clinic
Well Woman Clinic
Ġestjoni tal-Kura tal-feriti
Awtorità tal-Artijiet – Proprjetajiet meħuda “by Public Tenure”
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31596 dwar jekk il-Gvern għandux ħsieb illi jħallas lis-sidien tal-proprjetajiet meħuda minn għandhom “by Public Tenure” bejn is-sena 1960 u s-sena 1970 u li għalihom qed jirċievu r-Recognition Rent mill-Awtorità tal-Artijiet, jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern qed jippjana li jakkwista tali fondi ġaladarba dawn il-fondi ntużaw għal skop pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ għandha l-ħsieb illi ssegwi l-proviżjonijiet u t-termini kif stabbiliti fl-Artikolu 68 tal-Kap. 573, Att Dwar l-Artijiet tal-Gvern.
Snin 2013-2024 - Basic Specialist Trainee Doctors – Ingaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31350 u 31598 u jgħid kemm tobba li huma ċittadini Maltin, ċittadini ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea u oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, applikaw u ġew ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors u kemm ġew irrifjutati, mill-2013 sal-aħħar tal-2024, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni kif mitluba taqbeż l-advisory cost limit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31957 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull studju li sar u li wassal għad-deċiżjoni sabiex is-sena d-dieħla jitnieda l-proċess għal proġett fuq skala kbira ta’ riklamazzjoni tal-art ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parliamentari 31902.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31958 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti li juru fejn ser issir ir-riklamazzjoni ta’ art fuq skala kbira ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parliamentari 31902.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31959 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Project Plan li jinkludi t-timeline u l-ispejjeż mistennija relatati mal-proġett ta’ riklamazzjoni ta’ art fuq skala kbira ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parliamentari 31902.
Birżebbuġa – Promenade - Project Plan għax-xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31960 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Project Plan, li jinkludi t-timeline u l-ispejjeż mistennija u l-pjanti relatati max-xogħlijiet tal-promenade ta’ Birżebbuġa, li ser jitlestew sal-31 ta’ Diċembru 2026?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ippjanar meħtieġ għat-twettiq ta’ dan il-proġett, inkluż il-pjanti u t-timelines, qed jiġu rfinuti sabiex b’hekk ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet fl-2026. Dan kien meħtieġ wara diskussjonijiet ma’ xi stakeholders.
Birżebbuġa – Promenade - Project Plan għax-xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Project Plan, li jinkludi t-timeline u l-ispejjeż mistennija u l-pjanti relatati max-xogħlijiet tal-promenade ta’ Birżebbuġa, li ser jitlestew sal-31 ta’ Diċembru 2026?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Project Plan li jinkludi t-timeline u l-ispejjeż mistennija relatati mal-proġett ta’ riklamazzjoni ta’ art fuq skala kbira ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti li juru fejn ser issir ir-riklamazzjoni ta’ art fuq skala kbira ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull studju li sar u li wassal għad-deċiżjoni sabiex is-sena d-dieħla jitnieda l-proċess għal proġett fuq skala kbira ta’ riklamazzjoni tal-art ’il barra mill-perimetru tal-Freeport?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe rapport li ġie kummissjonat sabiex jiddetermina l-projections u kemm huwa maħsub li ser ikun hemm persuni li jużaw is-servizz tal-fast ferry f’Wied il-Għajn fl-ewwel sena, u kull sena oħra, sa seba’ snin oħra?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe rapport ikkummissjonat dwar is-sostenibbiltà tal-estensjoni tas-servizz tal-fast ferry f’Wied il-Għajn?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31319 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30697, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi referenza ta’ kull każ fejn l-Awtorità tal-Ippjanar, partijiet interessati jew il-Qrati indikaw li permess seta’ inġieb permezz ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa u f’kull każ jekk kinitx l-Awtorità, persuna terza jew il-Qrati li qajmu l-każ, kemm għaddew ġranet mid-data tad-deċiżjoni tal-permess sad-data ta’ meta tqajjem il-każ mill-2013 sal-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ talbiet li saru minn terzi għal modifika jew revoka ta’ permessi ta’ żvilupp (PA) jew ta’ regolarizzazzjoni (RG) skont l-Artiklu 80 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (KAP. 552) mill-1 ta’ Frar 2019 (li hija d-data ta’ meta nħolqot formola biex wieħed ikun jista’ tissottometti tali talba). Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux kull talba minn dawn neċessarjament tindika li permess seta’ inġieb permezz ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa, iżda li t-talba setgħet saret dwar kwalunkwe raġuni oħra kontemplata fl-Artiklu 80 jew raġunijiet mhux provduti fl-istess artiklu tal-liġi. Ninforma ukoll li fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar, ma tinżammx informazzjoni dwar talbiet li setgħu daħlu qabel din id-data, jew dawk il-proċeduri li nbdew minn-naħa tal-Awtorità jew il-Qorti, f’mod li din l-informazzjoni tista’ tiġi estratta awtomatikament u biex jinġabar it-tagħrif kollu kif miltub manwalment jinqabeż l-
Advisory Cost Limit
, kif stabbilit f'rulings preċedenti.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31318, dwar kemm hemm appuntamenti skedati fil-Keratoconus Clinic (Ophthalmic Outpatients), jista’ l-Ministru jgħid għaliex dawn it-tip ta’ viżti isiru biss darba fil-ġimgħa bil-konsegwenza li pazjent ġdid ikollu jistenna minn tal-anqas 4 xhur?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Keratoconus Clinic huwa servizz ġdid li beda jiġi offrut ġo l-isptar Mater Dei minn Ottubru tas-sena l-oħra. Din hi marda kronika u tirrekjedi kura fuq bażi elettiva, mhux urġenti jew ta’ emerġenza.
Inserraħ ras l-Onor. Interpellant li nibqgħu naħdmu biex noffru s-servizz lil kullħadd fl-iqsar żmien possibbli.
Extended Foundation Year Doctors - Basic Specialist Trainee post – Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31349 u jgħid kemm hemm Extended Foundation Year Doctors li qed jistennew li jingħataw il-Basic Specialist Trainee post u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm minnhom ilhom li għamlu l-interview aktar minn sitt xhur; bejn tliet u sitt xhur; bejn xahrejn u tlieta; bejn xahar u xahrejn u anqas minn xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm biss 11 li ilhom jistennew bejn xahrejn u tlieta. Importanti li wieħed jinnota li l-Foundation Doctors jistgħu japplikaw għal aktar minn speċjalità waħda skont il-preferenza tagħhom.