B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32455, jista’ l-Ministru jelenka lista ta’ xogħlijiet li tlestew fiċ-Ċentru Ċiviku tal-Qrendi u jgħid kemm ġie jiswa kull wieħed mix-xogħlijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
B’referenza għat tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32455, jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta’ xogħlijiet li għad iridu jitlestew sabiex iċ-Ċentru Ċiviku tal-Qrendi jkun jista’ jibda jintuża?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi li ċ-Ċentru Ċiviku tal-Qrendi jinsab fil-proċess ta’ procurement għax-xogħlijiet ta’ tikħil, żebgħa, suffetti u partitions; xiri u tqegħid ta’ madum; aperturi; installazzjoni ta’ dawl u ilma; faċilitajiet sanitarji; xogħol tal-injam; air conditioners u CCTV; fittings tad-dwal; railing tal-gallariji; għamara u kitchenettes. Dawn ix-xogħlijiet iridu jitlestew sabiex iċ-Ċentru Ċiviku tal-Qrendi jkun jista’ jibda jintuża.
L-Imqabba – Grawnd tal-futbol – Proċess ta’ akkwist ta’ art privata
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32458, jista’ l-Ministru jgħid jekk inbediex il-proċess biex tiġi akkwistata l-art privata sabiex ikun jista’ jsir it-tkabbir tal-grawnd tal-futbol ġewwa l-Imqabba?
Basic Specialist Trainee Doctors – Mhux ingaġġati jew rifjutati – Sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tobba, jew li huma ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2025 u għadhom ma ġewx ingaġġati jew kienu rifjutati, u x’kienu r-raġunijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita’ Attiva rċieva 396 applikazzjoni għall-BST fit-12-il speċjalità. 121 ġew appuntati bħala Basic Specialist Trainees. Għandu jiġi nnutat li l-applikanti japplikaw għal aktar minn speċjalità waħda.
Ir-raġunijiet għala ma ġewx magħżula huma: minħabba ma jissodisfawx il-kriterji tal-għażla, l-applikant jirtira l-applikazzjoni, assenti u jew ma kkwalifikawx.
Basic Specialist Trainee Doctors – Mhux ingaġġati jew rifjutati – Sena 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tobba, li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2024 u għadhom ma ġewx ingaġġati jew kienu rifjutati, u x’kienu r-raġunijiet?
Basic Specialist Trainee Doctors – Mhux ingaġġati jew rifjutati – Sena 2023
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tobba, li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2023 u għadhom ma ġewx ingaġġati jew kienu rifjutati, u x’kienu r-raġunijiet?
Basic Specialist Trainee Doctors – Ingaġġi – Sena 2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tobba, li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, applikaw bħala Basic Specialist Trainee Doctors u ġew ingaġġati, u kemm ġew irrifjutati fis-sena 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Birżebbuġa – Upgrade tad-drenaġġ – Project Plan rivedut
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Project Plan rivedut għax-xogħlijiet relatati mal-upgrade tas-sistema tad-drenaġġ li fadal isiru fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa u l-inħawi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-project plan qiegħed jiġi rivedut sabiex ikun kontinwament aġġornat mat-timeframes tal-proġett.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tax-xogħlijiet li saru fil-Bajja s-Sabiħa, f’Birżebbuġa, mill-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha, u li tlestew sal-31 ta’ Diċembru, 2025? Tista’ tgħid ukoll kemm kien stmat li ser jiġi jiswa kull xogħol u kemm fil-fatt ġie jiswa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa tmiem is-sena li għaddiet, minn naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fiż-żona indikata tqiegħdu 200 metru ta’ mejnijiet ġodda tas-sistema tad-drenaġġ, fejn dawk imqiegħda fil-fond kienu ta’ dijametru ta’ 600mm filwaqt li dawk tal-wiċċ kienu ta’ dijametru ta’ 200mm. Ta’ min isemmi li t-tqegħid tal-mejn fil-fond kien xogħol ikkumplikat u li kien jirrikjedi ċerta preċiżjoni u tkenkina speċifika minħabba li dan kellu jsir taħt il-livell tal-ilma baħar.
Sar ukoll tqegħid ta’ 250 metru mejn tal-ilma għax-xorb (b’dijametru ta’ 300mm), li kien jinkludi l-konnessjonijiet mad-djar kif ukoll il-konnessjonijiet il-ġodda tad-drenaġġ.
Il-Korporazzjoni kontinwament tevalwa l-ispiża u ninsab infurmata li din baqgħet viċin l-istima oriġinali ta’ €2,165,375 (eskluża l-VAT).
Min-naħa tal-Enemalta, poġġiet cables ġodda f’inħawi differenti biex kompliet issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fil-lokalità. L-ispiża ta’ dawn ix-xoghlijiet tal-Enemalta fiż-żona indikata hu stmat li ammontat għal €45,000.
Birżebbuġa – Xogħlijiet – Compliance/Conformity Assessment Reports
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ix-xogħlijiet li saru u qed isiru fil-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa, mill-korporazzjonijiet li jaqgħu taht ir-responsabbiltà tagħha, intalbux Compliance/Conformity Assessment Report? Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tax-xogħlijiet illi diġà saru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nikkonferma li ntalab Conformity Assessment Report, ninsab infurmata li minħabba li jinkludi informazzjoni sensittiva, fosthom il-points tan-network tal-Korporazzjoni, dan ma jistax jiġi pubblikat.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-bankini fi Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa (minn Triq Birżebbuġa sa Triq San Edwardu) humiex ser jinbidlu bħala parti mill-proġett li qed isir mill-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-bankini fuq in-naħa tar-residenzi se jkunu qed jinbidlu kollha bħala parti mill-proġett tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Skejjel – Għajnuniet għal studenti b’kondizzjoni newroloġika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskejjel privati u tal-Knisja jingħatawx għajnuniet finanzjarji jew xi tip ta’ għajnuna oħra sabiex ikunu jistgħu joffru riżorsi speċjali lil studenti li jkollhom kundizzjoni newroloġika ta’ tagħlim (Specific Learning Difficulty – SpLD) bħad-dyslexia?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin, l-Istat nieda inizjattiva għall-provvista ta’ Reader Pens lil studenti b’dyslexia jew kundizzjonijiet simili. Kif muri hawn taħt, matul din is-sena skolastika hemm total ta’ 174 student li se jibbenefikaw mir-Reader Pens fl-iskejjel tal-Knisja.
· Year 11 – 61 student
· Year 10 – 72 student
· Year 9 – 41 student
(imwielda fl-2012) huma eliġibbli japplikaw għall-pen bejn Diċembru 2025 u Jannar 2026
Barra minn hekk, l-Istat qed jopera skema annwali ta’ għotjiet għal Skejjel Non-State, magħrufa bħala Assistenza lill-Iskejjel tal-Knisja u Indipendenti relatata ma’ Infiq Kapitali fl-Implimentazzjoni ta’ Riformi Edukattivi. Skejjel tal-Knisja li jippreżentaw proġetti li jtejbu l-esperjenza edukattiva tal-istudenti, li jistgħu jinkludu wkoll riżorsi li jgħinu studenti b’kundizzjoni ta’ tagħlim newroloġika (Diżabilità Speċifika fit-Tagħlim, SpLD), bħad-dyslexia — jistgħu jibbenefikaw minn rimbors ta’ 15.25% tal-ispejjeż li jkunu saru biex jiġi ffinanzjat il-proġett.
Tobba ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2022
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ tobba, li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw u ġew ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fis-sena 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew irrifjutati għall-istess sena?
Tobba ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2023
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ tobba, li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw u ġew ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fis-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew irrifjutati għall-istess sena?
Tobba ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ tobba, li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw u ġew ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fis-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew irrifjutati għall-istess sena?
Tobba ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2025
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tobba li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw u ġew ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-aħħar ta’ Ottubru 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew irrifjutati fl-istess perjodu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-proċess tal-inġaġġ għadu mhux komplut. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhix disponibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti vulnerabbli fl-iskejjel tal-istat li għandhom ir-rakkomandazzjoni medika li jista’ jkollhom bżonn assistenza medika urġenti minħabba l-kundizzjoni tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hawn 132 student vulnerabbli fl-iskejjel statali li għandhom ir-rakkomandazzjoni medika u li jista’ jkollhom bżonn assistenza medika urġenti minħabba l-kundizzjoni tagħhom.
Skejjel – Għajnuniet għal studenti b’kondizzjoni newroloġika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskejjel privati u tal-Knisja jingħatawx għajnuniet finanzjarji jew xi tip ta’ għajnuna oħra sabiex ikunu jistgħu joffru riżorsi speċjali lil studenti li jkollhom kundizzjoni newroloġika ta’ tagħlim (Specific Learning Difficulty – SpLD) bħad-dyslexia?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.