Tista' l-Ministru tgħid kemm f'metri kwadri se jintradam xagħri/garigue biex issir bankina fi Triq Għar Ħasan, Birżebbuġa, speċjalment in-naħa ta' fejn hemm l-irdum u faċċata?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li quddiem l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi m’hemm l-ebda talba għal xi permess ambjentali relatat.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull waħda mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li qed jaħdmu b'mod remotely? Jista' jelenka l-policy ġenerali għal kull entità f'dan ir-rigward u x'inhuma l-miri?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 937.
Imqabba – artijiet meħuda mill-Gvern – kumpens dovut
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3440 fejn intlabt biex inkun aktar speċifiku, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-area u l-valur ta' kumpens dovut tal-artijiet fl-Imqabba li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sad-data li fiha qed tiġi mwieġba din id-domanda u li għadhom ma ġewx ikkumpensati b'mod sħiħ? Tista' tingħata d-data għal kull każ meta se jingħata l-kumpens dovut u l-ammont tal-kumpens?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibna fil-mistoqsija parlamentari 3440, l-Awtorità tal-Artijiet tirrileva li d-domanda mressqa titlob ammont konsiderevoli ta’ riżorsi umani u ħin biex tiġi kkompilata. Ikun aħjar li l-Onor. Interpellant iressaq domanda aktar speċifika fuq siti speċifiċi bil-għan li jkun faċilitat il-ġbir tat-tagħrif, kif ukoll iż-żmien li jittieħed biex tinġabar tali informazzjoni jkun imqassar.
Jista' l-Ministru jagħti d-dati meta ltaqa' l-Users Committee fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar mill-1 ta' Jannar sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jgħid kemm kien hemm membri preżenti għal kull laqgħa?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-Bord iltaqa’ darbtejn u għaż-żewġ laqgħat attendew sitt membri.
Jista' l-Ministru jindika liema huma l-artijiet tal-Gvern fil-Magħtab u f'Burmarrad li huma mikrija lill-privat għal skopijiet ta' petting farming u/jew stallel?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet tirrileva li mhux qiegħda f’pożizzjoni li tipprovdi din l-informazzjoni peress li d-domanda hi waħda wiesgħa u ġenerika. Għaldaqstant, sakemm ma jingħatax aktar żmien sabiex issir riċerka manwali, din ir-risposta ma tistax tingħata bi preċiżjoni. Ikun aħjar li l-Onor. Interpellant iressaq domanda iktar speċifika fuq ir-rigward propjetajiet partikolari biex ikun faċilitat il-ġbir tat-tagħrif.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippreżenta lista ta' fuels li jintużaw f'kull wieħed mill-isptarijiet tal-Gvern u jgħid għaliex jintużaw u x'kienet il-kwantità użata kull sena mill-1 ta' Jannar, 2013 sal-31 ta' Diċembru, 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba minnu.
Impjant tal-Produzzjoni tal-prodotti tax-xorb — ilma
Question
Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena, mill-2011 sal-2021, kemm ittella' ilma mill-ilma tal-pjan mill-impjanti tal-produzzjoni tal-prodotti tax-xorb, inklużi dawk li jibbottiljaw l-ilma għax-xorb, u b'liema rata, medja għal kull sena, dan inxtara?
Response (DALLI, MIRIAM)
L-informazzjoni mitluba tieħu l-ħin, iż-żmien u r-riżorsi biex tinġabar. L-informazzjoni mitluba fil-fatt qiegħda tinġabar u tingħata meta ladarba tkun lesta.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-area, il-valur ta' kumpens dovut u l-lokalità tal-artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ? Tista' tingħata d-data għal kull każ meta ser jingħata l-kumpens dovut u l-ammont tal-kumpens?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet tirrileva li d-domanda mressqa titlob ammont konsiderevoli ta’ riżorsi umani u ħin biex tiġi kkompilata. Ikun aħjar li l-Onor. Interpellant iressaq domanda aktar speċifika fuq siti speċifiċi bil-għan li jkun faċilitat il-ġbir tat-tagħrif, kif ukoll iż-żmien li jittieħed biex tinġabar tali informazzjoni jkun imqassar.
Dipartiment tal-Edukazzjoni – purtinara/cleaners ingaġġati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il purtinar/a, cleaners u/jew persuni li jagħmlu l-istess xogħol huma impjegati mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u kemm huma impjegati tal-Kuntrattur/i imma li qed jaħdmu għad-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Jista' jelenka l-ogħla rata fis-siegħa, lanqas rata fis-siegħa u r-rata medja fis-siegħa ta' dawk ingaġġati direttament mad-Dipartiment u dawk ingaġġati indirettament permezz ta' kuntrattur u li jagħmlu xogħol ta' purtinara/cleaners?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw, lokalità lokalità, għall-iskema 'Irrinova Darek' minn meta nfetħet sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew approvati u kemm minnhom sar il-finanzjament?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-iskema ‘Irrinova Darek’ huwa ta’ 99, li minnhom 82 kellhom id-dokumentazzjoni rikjesta u kienu eliġibbli. Dawn huma maqsuma skont il-lokalitajiet imniżżla hawn taħt:
Lokalità: Floriana Applikazzjonijiet: 4
Lokalità: Marsa Applikazzjonijiet: 2
Lokalità: Valletta Applikazzjonijiet: 35
Lokalità: Birgu Applikazzjonijiet: 8
Lokalità: Paola Applikazzjonijiet: 1
Lokalità: Kalkara Applikazzjonijiet: 9
Lokalità: Isla Applikazzjonijiet: 7
Lokalità: Bormla Applikazzjonijiet: 16
Mill-applikanti, ikkwalifikaw 82 applikant għall-ewwel parti tal-iskema, li tikkonsisti fi ħlas għall-‘Energy Audit’, rakkomandazzjonijiet għat-titjib ta’ l-Effiċenza tal-binja u ċ-ċertifikat ta’ ‘Energy Performance’ (EPC).
L-evalwazzjoni tat-tieni fażi għaddejja bħalissa u abbażi tal-fondi allokati u titjib fl-effiċjenza tal-binjiet, ser jintgħażlu il proġetti li jikkwalifikaw.
Baġit 2023 – Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — infiq fuq reklamar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-baġit li ser jintefaq bejn is-17 ta' Ottubru, 2022 u l-31 ta' Diċembru, 2022 fuq reklamar u promozzjoni dwar il-Baġit 2023 li jikkonċerna l-Ministeru tiegħu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox se jkunu qed jintefqu €8,420.14.
Baġit 2023 – Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — infiq fuq reklamar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-baġit li ser jintefaq bejn is-17 ta' Ottubru, 2022 u l-31 ta' Diċembru, 2022 fuq reklamar u promozzjoni dwar il-Baġit 2023 li jikkonċerna l-Ministeru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda kampanja bi ħlas għal reklamar u promozzjoni dwar il-budget.
Baġit 2023 – Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — infiq fuq reklamar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-baġit li ser jintefaq bejn is-17 ta' Ottubru, 2022 u l-31 ta' Diċembru, 2022 fuq reklamar u promozzjoni dwar il-Baġit 2023 li jikkonċerna l-Ministeru tiegħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa mill-Ministeru ntefqu €1,000 fuq reklamar dwar il-Baġit 2023.
Baġit 2023 – Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — infiq fuq reklamar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-baġit li ser jintefaq bejn is-17 ta' Ottubru, 2022 u l-31 ta' Diċembru, 2022 fuq reklamar u promozzjoni dwar il-Baġit 2023 li jikkonċerna l-Ministeru tiegħu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ħin li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari s-somma fuq reklamar u promozzjoni dwar il-Baġit 2023 hija ta’ 750 Euro.
Baġit 2023 – Uffiċċju tal-Prim Ministru — infiq fuq reklamar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-baġit li ser jintefaq bejn is-17 ta' Ottubru, 2022 u l-31 ta' Diċembru, 2022 fuq reklamar u promozzjoni dwar il-Baġit 2023 li jikkonċerna l-Ministeru tiegħu?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Skemi għal insulazzjoni tas-soqfa u għad-double glazing
Question
Tista' l-Ministru tindika jekk u meta ser jerġgħu jiftħu l-iskemi ta’ għotjiet għall-insulazzjoni tas-soqfa u għad-double glazing, fiex ser ikunu jikkonsistu, għal liema lokalitajiet u jekk hux ser ikunu retrospettivi sabiex jinkludu installazzjonijiet li saru fil-perjodu li dawn l-iskemi kienu magħluqa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jiġu kkunsidrati l-aktar skemi opportuni.
Il-Gvern ser jibqa’ jinċentiva l-enerġija rinovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija. Dettalji ta’ skemi li joħroġ l-Gvern jitħabbru fil-mument opportun.
Jista' l-Ministru jindika liema huma l-artijiet tal-Gvern li huma mikrija lill-privat għal skopijiet ta' petting farming u/jew stallel fil-lokalitajiet tan-Naxxar, Għargħur, San Pawl il-Baħar u Mellieħa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet mhux qegħda f’pożizzjoni li tipprovdi din l-informazzjoni minħabba li s-sistema diġitali preżenti ma tippermettix tfittxija a bazi ta’ użu daqshekk preċiż u speċifiku tal-propjetà.
L-Awtorità tkun tista’ tagħti informazzjoni, jekk l-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fuq siti partikolari.
Jista' l-Ministru jelenka kemm-il studju/proġett ta' riċerka l-Gvern ikkummissjona lill-Università ta’ Malta mill-1 ta' Ottubru, 2021 sat-30 ta' Settembru, 2022, x’kienu t-titli, min kien jew kienet il-head researcher, liema kienet il-fakultà, liema huma dawk li diġà ġew ippubblikati u liema għadhom le u kemm kien l-ammont tal-kummissjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.