Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista eżawrjenti tal-applikazzjonijiet kollha, inkluż dawk fil-waiting list, illi l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet fl-aħħar sejħa tal-Iskema “Irrestawra Darek” illi turi mhux biss in-numru tal-applikazzjoni, il-Perit li applika f'isem il-klijent u l-Kunsill Lokali, imma wkoll it-timestamp ta' meta l-applikazzjoni rreġistrat ruħha fis-sistema?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Urban Development Capacity Study li fir-Rapport Annwali tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2022 (pg. 9) huwa rrapportat li tlesta?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport li qed issir referenza għaliħ huwa fi stadju tal-ewwel abbozz u jagħmel parti minn serje ta’ studji oħra li wieħed irid jara flimkien biex ikunu jagħmlu sens fil-kuntest ta’ reviżjoni ta’ l-iSPED.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7761, jista' l-Ministru jgħid liema hi u fiex tikkonsisti l-proċedura stabbilita li tintuża f’każijiet fejn jinstab żvilupp li mhux kopert b’permess ta’ żvilupp?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn jinstab żvilupp li mhux kopert b’permess ta’ żvilupp, l-Awtorità tal-Ippjanar tikkomunika mas-sid jew mal-persuna li tokkupa l-art sabiex jiġi stabbilit jekk l-iżvilupp illegali hux ser jitneħħa mis-sid jew mill-persuna li tokkupa l-art. Jekk ma jitneħħiex l-iżvilupp mhux koprut b’permess jew ma tiddaħħalx applikazzjoni fir-rigward, l-Awtorità tikkunsidra passi oħra.
B'referenza għas-sejħa pubblika ta’ ‘Headship Positions’ li ħarġet fit-28 ta’ Ottubru 2022 bin-numru taċ-ċirkolari 16/2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet diretti jew indiretti ta’ kunflitt ta’ interess marbutin mal-għażla tal-kandidati għal din is-sejħa?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7757 u jgħid kemm tħallsu s’issa mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) il-konsulenti li qed joffru konsulenza dwar il-building codes u jipprovdi lista ta' dawn il-konsulenti u għal kull każ jgħid jekk dan kienx direct order jew ingħatax permezz ta' tender?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8032, tista' l-Ministru tgħid fiex kien jikkonsisti l-materjal gradat għall-istabbilizzazzjoni tal-għoljiet f'Wied Fulija u kemm kienet il-kwantità li tpoġġiet minn kull tip ta' materjal gradat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija — persons of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persons of trust assenjati mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija u jekk hemm, kemm hemm u kemm hi r-remunerazzjoni grossa annwali tagħhom f'daqqa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entita msemmija m’għandiex persons of trust assenjati magħha.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 512 u 8047 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-area, il-valur ta' kumpens dovut u l-lokalità ta' artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda u li għadhom ma ġewx ikkumpensati b'mod sħiħ? Tista' tingħata d-data għal kull każ meta se jingħata l-kumpens dovut u l-ammont tal-kumpens?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. interpellant li informazzjoni ta’ dan it-tip ma tistax tingħata. Minbarra hekk, għandu jkun jaf li, fil-maġġoranza tal-każi, il-valur ta’ tali kumpens jiġi stabbilit fiż-żmien li jkun se jsir il-ħlas, għax ikun skont deċiżjoni tal-Qorti jew għax ikun marbut ma’ akkwisti li jkun neċessarju li jingħalqu bil-ħlas u b’kuntratt ta’xiri.
Fornituri ta’ mediċini lokali u barranin — ħlasijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8042, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il kreditur u kemm kien il-valur li kien għadu ma tħallasx sa 30 jum, sa 60 jum u aktar minn 60 jum mid-data tal-invoice sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda u jaqsam din l-informazzjoni bejn fornituri ta' mediċini, lokali u dawk barranin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mistoqsija parlamentari 8042 li qed jirreferi għaliha saret lill-Ministeru għall-Finanzi.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li l-Gvern Malti kien għamel ma' investituri barranin fis-snin tmenin dwar l-art fejn inbniet il-Lukanda Jerma?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet infurmatni li m’għandha l-ebda kuntratt tax-xorta msemmija, datat fis-snin tmenin u relatat mal-proprjetà inkwistjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kredituri u kemm kien il-valur li kien għadu ma tħallasx sa 30 jum, sa 60 jum u aktar minn 60 jum mid-data tal-invoice u sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
PERJODU (Ġranet)NUMRU TA KREDITURIAMMONT (Eur)
0-302912,638,576
30-60371,068,926
60+39692,059
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fornituri u kemm kien il-valur li kien għadu ma tħallasx għal prodotti agrikoli li fornew sal-aħħar ta' Marzu 2023 bħala parti minn xi skema ta' sussidju lill-bdiewa sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-iskema ta’ sussidju.
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid kemm kien hemm fornituri u kemm kien il-valur li kien għadu ma tħallasx għal prodotti agrikoli li fornew sal-aħħar ta' Marzu 2023 bħala parti minn xi skema ta' sussidju lill-bdiewa sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-skema ta’ sussidju.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm kredituri u kemm kien il-valur li kien għadu ma tħallasx sa 30 jum, sa 60 jum u aktar minn 60 jum mid-data tal-invoice fil-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni bejn fornituri lokali u dawk barranin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jidentifika għal liema kredituri u invoices qiegħed jirreferi.
Birżebbuġa – Triq il-Karmnu u Triq Għar Ħasan – xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5501, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar ix-xogħlijiet fi Triq il-Karmnu u Triq Għar Ħasan, f'Birżebbuġa, liema xogħlijiet ilhom li bdew mis-sajf li għadda? Jista' jgħid ukoll meta ser jitlestew?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet għandhom ikunu lesti sa Ġunju ta’ din is-sena.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2707, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-area, il-valur ta' kumpens dovut u l-lokalità ta' artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ? Jista' jagħti d-data għal kull każ, meta ser jingħata l-kumpens dovut u l-ammont tal-kumpens?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Dipartiment tax-Xogħlijiet – spazji miftuħa eżistenti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7516, jista' l-Ministru jgħid meta bdew, meta ser ikunu kompluti u kemm se jiswew ix-xogħlijiet fuq Ġnien Bir l-Iljun fir-Rabat, Ġnien il-Kunsill f’Birżebbuġa u Ġnien Ġorġ Zarb f’San Ġwann? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm kuntratturi ingaġġati u jekk iva x'xogħol se jkun qed jagħmlu u fuq liema proġett?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Kummissjoni tal-Ippjanar – konsiderazzjoni mill-ġdid ta’ applikazzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7502 u b'referenza għall-applikazzjoni numru PA/03040/16, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni tal-Ippjanar hijiex qed tikkunsidra mill-ġdid l-applikazzjoni fid-dawl ta’ dak li kien espliċitament deċiż u ordnat mit-Tribunal fid-deċiżjoni tal-appell 343/16, ġaladarba t-Tribunal ħassar il-permess PA/3040/16 fl-appell nru 382/18 JB?
Proġett dwar il-prattika ta’ ħatt u t-tagħbija tal-bastimenti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7501 dwar proġett propost biex il-prattika tal-ħatt u t-tagħbija tal-bastimenti titbiegħed iżjed mill-abitat, jista' l-Ministru jgħid għal liema proġett qiegħed jirreferi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija mid-Dipartiment tal-Informazzjoni numru 230181, nitolbu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Malta Freeport Terminals – irbit tal-vapuri mal-mollijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7501, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi stabbilita proċedura sabiex indipendentement mill-fuel użat, id-dħaħen mill-vapuri jinżammu l-aktar ’il bogħod possibbli mir-residenti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.