Awtorità tal-Ippjanar — Applikazzjonijiet għal ġonna pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar (MEPA), lokalità lokalità u sena sena, għal ġonna pubbliċi mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'inhu n-numru ta' referenza tal-Awtorità tal-Ippjanar (MEPA) ta' dawn l-istess applikazzjonijiet? F'kull każ, f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati u kemm minnhom ġew rifjutati? Jista' jgħid ukoll sarx appell mid-deċiżjoni mat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) meta ġiet irrifjutata l-applikazzjoni u f'liema każi? X'kien l-eżitu tal-appell mal-EPRT?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, qed inpoġġi fuq il mejda tal-Kamra tabella bl-informazjoni mitluba, kif ukoll lista tal-ħamsa u għoxrin applikazjoni b’dettalji dwar id-deċiżjonijiet u appelli fejn relevanti. Erbgħa applikazzjonijiet huma għal permess outline. L-istatistika għal din ir-risposta tinkludi applikazzjonijiet li ġew ippublikati bħala applikazzjonijiet kompluti mill-1 ta' Jannar 2013 sas-16 ta’ Ottubru 2023, fejn il-proposta tal-iżvilupp provduta mill-perit tal-każ, kif miżmuma fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar, tinkludi il-kliem public garden jew ġnien pubbliku. It-tabella tagħmel ukoll distinzjoni bejn każijiet ta' ġonna ġodda u applikazzjonijiet għal tibdil f'ġonna eżistenti jew f' permessi preċedenti.
Attachments:Copy of PQ 12387 - Submitted (Public Gardens) showing application status including Appeal (002).pdf
Awtorità tal-Ippjanar — Applikazzjonijiet għal sptarijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar (MEPA), lokalità lokalità u sena sena, għal sptarijiet mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema kienu dawk mill-Gvern u liema mill-privat? X'inhu n-numru ta' referenza tal-Awtorità tal-Ippjanar (MEPA) ta' dawn l-istess applikazzjonijiet? F'kull każ, f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati u kemm minnhom ġew rifjutati? Jista' jgħid ukoll sarx appell mid-deċiżjoni mat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) meta ġiet irrifjutata l-applikazzjoni u f'liema każi? X'kien l-eżitu tal-appell mal-EPRT?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazjoni mitluba, kif ukoll lista tas-sitt applikazjonijiet b’dettalji dwar id-deċiżjoni. Ma saru l-ebda appelli dwar dawn il-każijiet. Ninforma lill-Onor. Interpellant li applikazzjoni minnhom hija għal permess outline filwaqt li applikazzjoni oħra tirreferi għal sptar tal-annimali. L-istatistika għal din ir-risposta tinkludi applikazzjonijiet li ġew ippublikati bħala applikazzjonijiet kompluti mill-1 ta' Jannar 2013 sas-16 ta’ Ottubru 2023, fejn il-proposta tal-iżvilupp provduta mill-perit tal-każ, kif miżmuma fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar, tinkludi il-kliem hospital jew sptar.
Attachments:Copy of PQ 12388 - Submitted (Hospitals) showing application status including Appeal.pdf
Awtorità tal-Ippjanar — Applikazzjonijiet għal kliniċi mediċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar (MEPA), lokalità lokalità u sena sena, għal kliniċi mediċi mill-Gvern mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'inhu n-numru ta' referenza tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA ta' dawn l-istess applikazzjonijiet? F'kull każ, f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati u kemm minnhom ġew rifjutati? Jista' jgħid ukoll sarx appell mid-deċiżjoni mat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) meta ġiet irrifjutata l-applikazzjoni u f'liema każi? X'kien l-eżitu tal-appell mal-EPRT?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazjoni mitluba. Ma saru l-ebda appelli dwar dawn il-każijiet. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-figuri jeskludu kliniċi għall-annimali. L-istatistika għal din ir-risposta tinkludi applikazzjonijiet li ġew ippubblikati bħala applikazzjonijiet kompluti mill-1 ta' Jannar 2013 sas-16 ta’ Ottubru 2023, fejn il-proposta tal-iżvilupp provduta mill-perit tal-każ, kif miżmuma fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar, tinkludi l-kliem “clinic” jew “klinika”.
Attachments:PQ 12389 - Submitted (Clinics) showing application status including Appeal.pdf
Awtorità tal-Ippjanar — Applikazzjonijiet għal skejjel ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar (MEPA), lokalità lokalità u sena sena, għal skejjel ġodda mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema kienu dawk mill-Gvern, liema mill-Knisja u liema mill-privat? X'inhu n-numru ta' referenza tal-Awtorità tal-Ippjanar (MEPA) ta' dawn l-istess applikazzjonijiet? F'kull każ, f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati u kemm minnhom ġew rifjutati? Jista' jgħid ukoll sarx appell mid-deċiżjoni mat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) meta ġiet irrifjutata l-applikazzjoni u f'liema każi? X'kien l-eżitu tal-appell mal-EPRT?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazjoni mitluba, kif ukoll lista tal-wieħed u sittin applikazzjoni b’dettalji dwar id-deċiżjonijiet u appelli fejn relevanti. L-ebda applikazzjoni ma ġiet rifjutata, filwaqt li tlett applikazzjonijiet huma għal tiġdid ta’ permess eżistenti u f’żewġ każi l-permess oriġinali jinsab ukoll fl-istess lista. Il-lista tinkludi wkoll żewġ applikazzjonijiet għal permess outline.
L-istatistika għal din ir-risposta tinkludi applikazzjonijiet li ġew ippublikati bħala applikazzjonijiet kompluti sas-16 ta’ Ottubru 2023, fejn il-proposta tal-iżvilupp provduta mill-perit tal-każ, kif miżmuma fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar tinkludi l-kliem “school”, “skola” jew “skejjel”, għalhekk applikazzjonijiet għal nurseries huma esklużi. Ġew ukoll esklużi skejjel għat-training tal-annimali. Iżda l-figuri jinkludu proposti għal skejjel ġodda li jistgħu jinħolqu mhux biss permezz ta’ bini ġdid iżda wkoll permezz ta’ bdil fl-użu ta’ binjiet eżistenti.
Attachments:Copy of PQ 12390 - Submitted (Schools) showing application status including Appeal.xls.pdf
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma x-xogħlijiet u/jew proġetti li hemm il-ħsieb li jsiru fl-area fejn qabel kien hemm l-impjant tal-gass ġewwa l-Qajjenza, Birżebbuġa? Tista' l-Ministru tgħid ukoll jekk sarux konsultazzjonijiet mar-residenti u mal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa f'dan ir-rigward?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Enemalta hija biss parti waħda mis-sidien tal-art indikata, qegħdin isiru diskussjonijiet mas-sidien l-oħra, pubbliċi u privati, sabiex jinstab l-aħjar użu alternattiv għal din l-art.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx sezzjonijiet fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar illi f’ċerti ħinijiet u/jew f'ċerti ġranet mhux qed iwieġbu t-telefonati tal-pubbliku? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma dawn is-sezzjonijiet u wkoll f’liema ġranet u f’liema ħinijiet mhux qed iwieġbu t-telefonati tal-pubbliku u x’inhi r-raġuni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tali tagħrif mhux a konjizzjoni tiegħi.
Skejjel tal-Istat – kiri ta’ swali lil għaqdiet volontarji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11521 u 11811 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10625, jista’ l-Ministru jispjega x’għandu jinftiehem bil-kelma "donazzjoni" meta fil-mistoqsija parlamentari 7593 il-Ministru kkonferma illi l-iskejjel tal-Istat qed jiċċarġjaw għall-kiri tas-swali u dan huwa rregolat "mill-Kunsilli tal-Iskejjel u r-rati jvarjaw skont iċ-ċirkostanzi"?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont tad-donazzjoni jiġi maqbul bejn il-partijiet..
Awtorità tal-Ippjanar — Żviluppi mhux koperti b’permess ta’ żvilupp
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11813 jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ każijiet fejn l-Awtorità tal-Ippjanar sabet illi żvilupp li mhux kopert b’permess ta’ żvilupp għadu ma tneħħiex u qed tikkonsidra u/jew qed tieħu passi oħra skont il-proċedura li hemm stabbilita fl-artikolu 100 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, Kap. 552, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10622 u 11814 u jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja li f’April tas-sena 2023 kienu jeħtieġu LSE fuq bażi one-to-one iżda ġew provduti LSE shared? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-bidu tas-sena skolastika 2023/2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sad-data tat-tweġiba, filwaqt li fl-iskejjel tal-knisja l-Ministeru ma jkollux informazzjoni ta’ dan it-tip, fl-iskejjel tal-Istat ma kien hemm l-ebda każ ta’ dan it-tip.
Artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sal-lum
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11815 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10338, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-area, il-valur ta' kumpens dovut u l-lokalità ta' artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ u jgħid x'inhu l-book value illi l-Gvern qiegħed juża għal finijiet tal-kontijiet pubbliċi u ċjoè l-ammont li potenzjalment ser ikun qed iħallas il-Gvern? F'każ illi ma jistax jagħti din l-informazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid għaliex?
Hip replacement — Pazjenti mingħajr data għall-operazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li huma rreġistrati fis-sistema imma għad ma għandhomx data ta' meta ser issirilhom l-operazzjoni tal-hip replacement, fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Hip replacement — Pazjenti li għandhom data għal operazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li huma rreġistrati fis-sistema u li għandhom data ta' meta ser issir l-operazzjoni, tal-hip replacement, fil-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prassi ta’ dan id-dipartiment hi li l-pazjent jiġi infurmat bid-data ftit jiem qabel l-operazzjoni direttament mil-konsulent.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi kemm ser isiru operazzjonijiet tal-hip replacement, f’liema ġurnata, maqsuma ġurnata b’ġurnata, mill-ġurnata li fiha tkun qed titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari 'l quddiem?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi operazzjonijiet tal-hip replacement isiru madwar 20 kull xahar.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiskadi l-ftehim kurrenti dwar l-operat tal-Conservatorio Vinċenzo Bugeja li jinkludi d-djar Fejda u Jeanne Antide, u f'każ illi dan ser jiskadi fiż-żmien qarib, jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser ikun qed jiġġedded?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu u f'liema kariga u/jew pożizzjoni fid-Day Centres tal-Anzjani qegħdin? Għal kull kariga u/jew pożizzjoni jista' l-Ministru jgħid kemm jonqos impjegati għall-full complement?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministeru kkonċernat.
Urban Improvement Fund u Development Planning Fund — Kunsilli Lokali - Bilanċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-bilanċ li kull Kunsill Lokali kellu, Kunsill Kunsill, fl-Urban Improvement Fund u/jew fid-Development Planning Fund, fit-3 ta' Lulju, 2023?
Skejjel tal-Istat – kiri ta’ swali lil għaqdiet volontarji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11521 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10625, jista’ l-Ministru jispjega x’għandu jinftiehem bil-kelma "donazzjoni" meta fil-mistoqsija parlamentari 7593 il-Ministru kkonferma illi l-iskejjel tal-Istat qed jiċċarġjaw għall-kiri tas-swali u dan huwa rregolat "mill-Kunsilli tal-Iskejjel u r-rati jvarjaw skont iċ-ċirkostanzi"?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Laqgħat mal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Ministeru għal Għawdex — Proċedura
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11520, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex, u jgħid x’inhi l-proċedura biex wieħed ikun jista’ jkellem lil xi Deputy Director tal-Awtorità tal-Ippjanar fil-Ministeru għal Għawdex, min jista’ jkollu tali appuntament, jekk jinżammux il-minuti ta’ kull laqgħa u jekk jeżistix reġistru tal-persuni li jkollhom dawn il-laqgħat?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar m’għandhiex Deputy Director fil-Ministeru għal Għawdex.
Awtorità tal-Ippjanar – Żviluppi mhux koperti b’permess ta’ żvilupp
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9975, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10628 u 11518 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-każijiet fejn l-Awtorità tal-Ippjanar sabet illi żvilupp li mhux kopert b’permess ta’ żvilupp għadu ma tneħħiex u qed tikkonsidra u/jew qed tieħu passi oħra skont il-proċedura li hemm stabbilita fl-artikolu 100 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, Kap. 552?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika dwar liema żmien qed jirreferi.
Skejjel tal-Istat u tal-Knisja – LSEs għall-istudenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10622 u jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja li f'April tas-sena 2023 kienu jeħtieġu LSE fuq bażi one-to-one iżda ġew provduti LSE shared? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għall-bidu tas-sena skolastika 2023-2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.