Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Ippjanar — Servizzi u spejjeż imħallsa lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallset flus l-Awtorità tal-Ippjanar lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali mill-1 ta’ Jannar 2013, maqsuma sena b'sena, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jelenka lista tas-servizzi u spejjeż li ffurmaw dawn l-ammonti, sena b’sena għal kull servizz jew spiża?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta lista ta’ impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar li qegħdin jaħdmu f’Ministeri, entitajiet, aġenziji, dipartimenti jew kumpaniji tal-Gvern, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jelenka kull persuna fejn qiegħda taħdem, ir-rwol li qiegħda tokkupa, minn meta bdiet taħdem, u x’mekkaniżmu ntuża għal ingaġġ fil-post tal-impjieg/rwol kurrenti (on loan, on leave without pay, detailing, secondment, eċċ.)?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei — Unit tal-Psikjatrija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jerġa’ jinfetaħ il-Unit tal-Psikjatrija fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 9789 u 12560.

Sptar Mater Dei — Out Patients tal-Psikjatrija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jerġa’ jibda jopera l-Out Patients tal-Psikjatrija fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi każi akuti ta' mard mentali li jidħlu l-Emerġenza jingħataw kura minn tim psikjatriku residenti fl-Isptar Mater Dei. Servizz ta’ Emerġenza Psikjatrika fl-Isptar Mater Dei hu offrut fuq bażi ta’ 24 siegħa. Barra minn hekk, illum servizzi ta’ out patients tas-saħħa mentali qed jiġu provduti minn ċentri tas-saħħa skont ir-reġjun.

Kliniċi tal-psikjatrija – Appuntamenti li ġew ikkanċellati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi tabella li turi b'mod ċar kemm kien hemm appuntamenti li ġew ikkanċellati f'kull waħda mill-kliniċi tal-psikjatrija f'Malta u Għawdex xahar b'xahar, mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f’xi seduta oħra.

Kliniċi tal-psikjatrija – Persuni li jieħdu servizz

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jipprovdi tabella li turi b'mod ċar kemm kien hemm persuni li jieħdu servizz (service users) mill-kliniċi tal-psikjatrija f'Malta u Għawdex, maqsuma xahar b'xahar, mill-1 ta' Jannar 2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11017.

Complex Regional Pain Syndrome — Persuni rreġistrati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni f'Malta li huma rreġistrati li jbatu mill-Complex Regional Pain Syndrome (CRPS)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-CRPS mhix kundizzjoni li jinżamm reġistru għaliha.

Celiac Disease — Vouchers għall-ikel gluten-free

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-proċedura sabiex persuna tikkwalifika sabiex tirċievi l-vouchers għall-ikel gluten-free u għal persuni Celiac? Jista' jgħid ukoll x'inhi l-proċedura f'każ illi persuna li minħabba xi kundizzjoni oħra, ma tkunx tista' tagħmel it-testijiet, jew uħud minnhom, biex tiġi dijanjostikata għal dawn il-kundizzjonijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi persuni li jbatu minn Celiac disease li tkun ikkonfermata b’biopsy huma eleġibbli għall-vouchers ta’ ikel Gluten Free.

Artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sal-lum

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur (il-book value) li l-Gvern qiegħed juża għall-finijiet tal-kontijiet pubbliċi u ċjoè l-ammont ta' kumpens dovut u li potenzjalment il-Gvern ser ikun qiegħed iħallas għal artijiet li ġew meħuda u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ mill-Gvern mill-1990 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9360.

Awtorità tal-Ippjanar — Żviluppi mhux koperti b’permess ta’ żvilupp - Sit elettroniku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12289, jista' l-Ministru jikkjarifika għaliex il-każijiet li mhumiex fuq il-lista, kif ukoll numru kbir ta' każijiet, speċjalment mill-2021 'l hawn, mhumiex aċċessibbli minn fuq is-sit tal-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni rikjesta se tkun qed tingħata f’seduta oħra.

Skejjel tal-Istat — Studenti bi bżonn ta’ One-on-One LSE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel tal-Istat li f'Ottubru tas-sena 2023 kienu jeħtieġu LSE fuq bażi one-to-one imma ġew provduti LSE shared?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kellna l-ebda każ ta’ dan it-tip.

Skejjel tal-Knisja — LSEs għall-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min, jekk hux id-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew xi Kummissjoni fi ħdan il-Knisja, huwa responsabbli li jassenja l-LSEs mal-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja u skont liema kriterji?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-Knisja, l-LSEs jiġu assenjati mill-iskola skont il-Ftehim Settorali.

Day Centres għall Anzjani — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu u f'liema kariga u/jew pożizzjoni fid-Day Centres tal-Anzjani? Jista’ jgħid ukoll jgħid kemm jonqos impjegati għal full complement għal kull kariga u/jew pożizzjoni?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ impjegati li jaħdmu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum huwa 84, kif spjegat fit-tabella hawn taħt. Fiċ-ċentri ta' matul il-jum hemm il-full complement. Grad kariga u/jew pożizzjoni Numru Supervisors Uffiċjali inkarigati miċ-Ċentri matul il-Jum 15 Social Assistants II Jorganizzaw attivitajiet, jippreparaw snacks, jassistu l-anzjani fuq trasport u jnaddfu. 45 Impjegati ngaġġati permezz ta’ contractual Service Jorganizzaw attivitajiet, jippreparaw snacks, jassistu l-anzjani fuq trasport u jnaddfu. 23 Senior Operative Jorganizzaw attivitajiet, jippreparaw snacks, jassistu l-anzjani fuq trasport u jnaddfu. 1

Birżebbuġa — Proġett tas-Siċċa

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'konsultazzjonijiet saru mar-residenti u mal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa dwar il-proġett tas-Siċċa f'Birżebbuġa u meta? Tista' tgħid ukoll jekk sarx xi rapport dwar din il-konsultazzjoni u jekk fl-affermattiv tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Mejju tal-2022 saret konsultazzjoni mill-Ministeru ma’ residenti fil-Qajjenza fuq temi/aspetti li jikkonċernaw din iż-żona.

Enemalta — Applikazzjonijiet pendenti biex sistemi fotovoltajiċi jitqabbdu mal-grid

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex sistemi fotovoltajiċi jiġu mqabbda mal-grid tal-Enemalta fil-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll il-qies ta' kull waħda minn dawn is-sistemi f'kWh u d-dati meta daħlu l-applikazzjonijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li matul din is-sena, l-Enemalta installat 1,383 PV meter, filwaqt li għandha pendenti 57 applikazzjoni għal PV meters. Minn dawn hemm 53 applikazzjoni li daħlu għand l-Enemalta wara l-25 ta’ Settembru 2023, jiġifieri ilhom xahar jew inqas. 34 minn dawn l-applikanti diġà ngħataw appuntament, filwaqt li l-bqija tal-applikanti ser jingħataw appuntament fil-viċin. Il-generation capacity meħtieġa tvarja minn 1.17kWp sa 544.32kWp, skont il-ħtiġijiet tal-installazzjoni tal-applikant.

Hip replacement — Pazjenti mingħajr data għall-operazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11946, fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa wieġeb "Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11773", jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li huma rreġistrati fis-sistema imma għad ma għandhomx data ta' meta ser issirilhom l-operazzjoni tal-hip replacement, fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Waqt li nerga’ nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11773, ngħarrfu wkoll illi l-prassi hi li d-data tal-operazzjoni tingħata lill-pazjenti viċin id-data tal-intervent innifsu.

Hip replacement — Pazjenti li għandhom data għal operazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11947, fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa wieġeb "illi l-prassi ta’ dan id-dipartiment hi li l-pazjent jiġi infurmat bid-data ftit jiem qabel l-operazzjoni", jista’ Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li huma rreġistrati fis-sistema u li għandhom data ta' meta ser issir l-operazzjoni, tal-hip replacement, fil-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11947.

Skeda għal operazzjonijiet tal-hip replacement

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11948, fejn id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa wieġeb "illi operazzjonijiet tal-hip replacement isiru madwar 20 kull xahar", jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippreżenta skeda li turi kemm ser isiru operazzjonijiet tal-hip replacement, ġurnata b'ġurnata, mill-ġurnata li fiha tkun qed titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari l'quddiem, fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema dati qed jirreferi.

Ħal Għaxaq — Pjanta tal-Grawnd tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11816 u jippreżenta pjanta tal-grawnd tal-futbol ta' Ħal Għaxaq li turi liema huma l-partijiet tal-grawnd li huma tal-privat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Għawdex — Laqgħat f’binjiet Governattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11812, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-proċedura li wieħed jista' jieħu biex ikun jista’ jkellem lil xi Deputy Director tal-Awtorità tal-Ippjanar f'xi binja governattiva f'Għawdex, min jista' jkollu tali appuntament, jekk jinżammux minuti ta' kull laqgħa u jekk jeżistix reġistru tal-persuni li jkollhom dawn il-laqgħat?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.