Legislature:
Category:
Reset
Active:

Development Planning Act, 2016, (Cap. 552) u d-Design Policy Guidance, DC15

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kif kienet ġiet ikkjarifikata l-anomalija marbuta mas-CBT wara li ġew fis-seħħ id-Development Planning Act, 2016, (Cap. 552) u d-Design Policy Guidance, DC15?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, Kap. 552, ġew introdotti proviżjonijiet biex żvilupp li sar qabel l-2016 jista' jiġi regolarizzat. Dan is-suġġett ġie spjegat aktar fit-tul f’ċirkulari għall-Periti 3/16, 1/19 u 1/24. Kopji taċ-ċirkulari msemmija qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tourism Zones Regeneration Agency – xogħol fin-naħa t’isfel ta’ Malta

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10125, jista' l-Ministru jispjega permezz ta' pjanta u deskrizzjoni u/jew dokumenti oħra li jaħseb li huma xierqa, u jgħid x'inhuma t-tip ta' upgrades tas-central strip u r-roundabout li jagħtu għal pjazza prinċipali ta' Birżebbuġa ser isiru u għal liema qiegħed jirreferi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett huwa tal-Kunsill Lokali u għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

L-Imqabba – Applikazzjoni għal Impjant

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Imqabba kienx infurmat, u jekk iva kif kien infurmat, dwar l-applikazzjoni PA/06976/21? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm kunsilli oħra jew kumitati reġjonali li kienu informati b'din l-applikazzjoni? Fi kwalunkwe każ, jista' jgħid meta u kif dawn l-entitajiet ġew infurmati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13120.

Kliniċi tal-psikjatrija – Appuntamenti li ġew ikkanċellati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12762 u jipprovdi tabella li turi b'mod ċar kemm kien hemm appuntamenti li ġew ikkanċellati f'kull waħda mill-kliniċi tal-psikjatrija f'Malta u Għawdex xahar b'xahar, mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13121 li għamel hu stess fis-seduta tal-bieraħ.

Sptar Mater Dei – Tim psikjatriku residenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif inhu kompost it-tim psikjatriku residenti fl-Isptar Mater Dei, x'inhuma l-ħinijiet li jaħdmu u liema huma r-responsabbiltajiet tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13122 li għamel hu stess fis-seduta tal-bieraħ.

Awtorità tal-Ippjanar — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12759 u jippreżenta lista ta’ impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar li qegħdin jaħdmu f’Ministeri, entitajiet, aġenziji, dipartimenti jew kumpaniji tal-Gvern, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jelenka kull persuna fejn qiegħda taħdem, ir-rwol li qiegħda tokkupa, minn meta bdiet taħdem, u x’mekkaniżmu ntuża għal ingaġġ fil-post tal-impjieg/rwol kurrenti (on loan, on leave without pay, detailing, secondment, eċċ.)?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar — Ħlas lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12758 u jgħid kemm ħallset flus l-Awtorità tal-Ippjanar lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali mill-1 ta’ Jannar 2013, maqsuma sena b'sena, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jelenka lista tas-servizzi u spejjeż li ffurmaw dawn l-ammonti, sena b’sena għal kull servizz jew spiża?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13124.

Awtorità tal-Ippjanar — Żviluppi mhux koperti b’permess ta’ żvilupp - Sit elettroniku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12635 u cjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12289, jista' l-Ministru jikkjarifika għaliex il-każijiet li mhumiex fuq il-lista, kif ukoll numru kbir ta' każijiet, speċjalment mill-2021 'l hawn, mhumiex aċċessibbli minn fuq is-sit tal-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13125.

Kunsill Lokali Mqabba – Applikazzjoni ta’ permess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Imqabba kienx infurmat u kif kien infurmat dwar l-applikazzjoni bin-numru PA/06976/21? Jista’ jgħid jekk kienx hemm kunsilli lokali oħra jew kumitati reġjonali li kienu infurmati b’din l-applikazzjoni? Fi kwalunkwe każ, jista’ jgħid meta u kif dawn l-entitajiet ġew infurmati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ġejt infurmat mill-Awtorita’ li, l-Kunsill Lokali tal-Imqabba ġie infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar permezz tas-sistema elettronika tal-Awtorità, kif stipulat fis- Sub-Regolamenti 6(7)(c) u 8(1) tal-Liġi Sussidjarja 552.13. Kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 13056, kull applikazjoni li tkun meqjusa kompluta u tkun tista’ tibda tiġi pproċessata mill-Awtorità tiġi ppublikata fuq il-websajt tad-Dipartiment tal-Informazzjoni kull nhar ta’ Erbgħa. Din l-applikazzjoni kienet ġiet ippublikata fit-22 ta’ Marzu 2023. Il-pubbliku u l-Kunsilli Lokali kollha u l-Kumitati Reġjonali setgħu idaħħlu l-kummenti tagħhom fil-perjodu speċifikat fl-istess pubblikazzjoni.

Kliniċi tal-psikjatrija – Appuntamenti li ġew ikkanċellati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12762 u jipprovdi tabella li turi b'mod ċar kemm kien hemm appuntamenti li ġew ikkanċellati f'kull waħda mill-kliniċi tal-psikjatrija f'Malta u Għawdex xahar b'xahar, mill-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li lista bl-informazzjoni mitluba minnu qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei – Tim psikjatriku

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif inhu kompost it-tim psikjatriku residenti fl-Isptar Mater Dei, x’inhuma l-ħinijiet li jaħdmu u liema huma r-responsabbiltajiet tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz ta’ Emerġenza Psikjatrika f’Mater Dei hu offrut fuq bażi ta’ 24 siegħa u jikkonsisti f’konsulent, resident specialist , HST u BST. It-tim psikjatriku residenti fl-Isptar Mater Dei jeżamina l-pazjent u fejn hemm bżonn jirreferi l-pazjent għas-servizzi psikjatriċi lit-Team Crisis Resolution Home Treatment.

Awtorità tal-Ippjanar — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12759 u jippreżenta lista ta’ impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar li qegħdin jaħdmu f’Ministeri, entitajiet, aġenziji, dipartimenti jew kumpaniji tal-Gvern, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jelenka kull persuna fejn qiegħda taħdem, ir-rwol li qiegħda tokkupa, minn meta bdiet taħdem, u x’mekkaniżmu ntuża għal ingaġġ fil-post tal-impjieg/rwol kurrenti (on loan, on leave without pay, detailing, secondment, eċċ.)?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar — Servizzi u spejjeż imħallsa lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12758 u jgħid kemm ħallset flus l-Awtorità tal-Ippjanar lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali mill-1 ta’ Jannar 2013, maqsuma sena b'sena, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jelenka lista tas-servizzi u spejjeż li ffurmaw dawn l-ammonti, sena b’sena għal kull servizz jew spiża?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, l-Awtorità tal-Ippjanar ħallset lis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali l-ammonti kif rappurtati fit-tabella hawn taħt. Sena Ammont € Lista ta' servizzi u spejjeż 2016 51,000.00 Spejjeż għall-operat tal-Kumitat Konsultattiv għall-Kultura 2021 54,137.91 Rimbors tas-salarju tas-Supretendent tal-Patrimonju Kulturali bħala parti mill-impenn tal-Awtorita’ sabiex tinħoloq sinerġija mal-operat tas-Sovrintendenza 2022 48,685.96 Rimbors tas-salarju tas-Supretendent tal-Patrimonju Kulturali bħala parti mill-impenn tal-Awtorita’ sabiex tinħoloq sinerġija mal-operat tas-Sovrintendenza 2022 500.00 Obbligazzjoni għall-Patrimonju fuq PA1042/16 2023 34,730.60 Rimbors tas-salarju tas-Supretendent tal-Patrimonju Kulturali bħala parti mill-impenn tal-Awtorita’ sabiex tinħoloq sinerġija mal-operat tas-Sovrintendenza

Awtorità tal-Ippjanar — Żviluppi mhux koperti b’permess ta’ żvilupp - Sit elettroniku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12635 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12289, jista' l-Ministru jikkjarifika għaliex il-każijiet li mhumiex fuq il-lista, kif ukoll numru kbir ta' każijiet, speċjalment mill-2021 'l hawn, mhumiex aċċessibbli minn fuq is-sit tal-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każijiet ta' avviżi ta' infurzar huma aċċessibbli biss mill-websajt tal-Awtorità tal-Ippjanar iżda mhux mill- portal tal-eApplications li fiħ jingħata aċċess għal applikazzjonijiet sottomessi minn Periti f'isem il-klijenti tagħhom. Is-sit milqut b'avviż ta' infurzar ikun indikat fuq il-Mapserver tal-Awtorità stess.

Birżebbuġa — Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa – Bandli

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-apparat tal-bandli li ser ikunu installati fi Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa, f’ Birżebbuġa, u jgħid meta dawn ser ikunu installati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Qajjenza, Birżebbuġa – Trasferiment ta’ art

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu t-taħditiet biex l-art fejn qabel kien hemm l-impjant tal-gass tal-Enemalta fil-Qajjenza, Birżebbuġa, tiġi trasferita mill-Gvern lill-privat? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' trasferiment ser ikun?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Il-Gvern għandu biss titolu fuq erba’ siti żgħar illi jiffurmaw parti minn dan is-sit, liema siti ma jaqbżux l-erbatax fil-mija (14%) tal-kejl tas-sit kollu. Għaldaqstant, il-Gvern għalissa qiegħed jillimita ruħu illi jagħti l-kunsens tiegħu sabiex tiġi sottomessa applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar, u dan għall-ippjanar aħjar tas-sit kollu. Rigward trasferimenti eventwali ta’ dawn l-erba’ siti, l-Awtorità tal-Artijiet sejra tistenna l-eżitu tal-proċess tal-ippjanar qabel ma tibda diskussjonijiet ulterjuri mas-sidien kollha.

Laboratorji għal testijiet fuq il-bricks

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn laboratorji f'Malta li huma rreġistrati u akkreditati li jistgħu jagħmlu testijiet fuq il-bricks użat fil-bini, liema huma u meta l-aħħar li ġew akkreditati jew kellhom iċ-ċertifikazzjoni tagħhom imġedda?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jeżisti ebda obbligu legali għar-reġistrazzjoni tal-laboratorji. Il-Korp Nazzjonali dwar l-Akkreditament (NAB-MALTA) akkredita laboratorju f’Malta għal xi testijiet fuq bricks (pre-cast) użat fil-bini. Dan il-laboratorju huwa propjetà ta’ Solidbase Laboratory Ltd u ilu akkreditat għal tali skop mil-2013.

Kliniċi tal-psikjatrija – Persuni li jieħdu servizz

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12763, fejn id-Deputat Prim Ministru rreferieni għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11017, peress li f’din it-tweġiba m’hemmx id-dettall mitlub, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi b'mod ċar kemm kien hemm persuni li ħadu servizz (service users) mill-kliniċi tal-psikjatrija f'Malta u Għawdex, mill-1 ta' Jannar 2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed titpoġġa lista fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitlub minnu.

Il-Qajjenza, Birżebbuġa – Trasfertiment ta’ art

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju waslu t-taħditiet biex l-art fejn qabel kien hemm l-impjant tal-gass tal-Enemalta fil-Qajjenza, Birżebbuġa, tiġi trasferita mill-Gvern lill-privat? Tista' tgħid ukoll x'tip ta' trasferiment ser ikun?

Response (DALLI, MIRIAM)

Infurmata li l-Enemalta mhix se titrasferixxi l-ebda art minn tagħha lill-privat.

Awtorità tal-Ippjanar – Komunikazzjoni mal-Kunsilli Lokali u Kumitati Reġjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsilli Lokali u l-Kumitati Reġjonali jiġux infurmati mill-Awtorità tal-Ippjanar dwar applikazzjoni ta' żvilupp fil-lokalità u/jew reġjun rispettiv tagħhom? Jekk iva, jista' jgħid kif dan isir u jekk hemmx sistema ta' tfakkir (reminders)?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali huma meħtieġa (skond ir-Regolament 10 tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.13) li jirreġistraw fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar. Dawk kollha rreġistrati jirċievu talba għal konsultazzjoni speċifika dwar kull applikazzjoni fil-lokalità tagħhom li tgħaddi mill-proċess sħiħ (kif deskritt fl-istess Leġiżlazzjoni Sussidjarja) u jinatgħu 30 ġurnata għal tweġiba li trid tittellgħa fl-istess sistema elettronika. Meta l-applikazzjoni tkun tikkwalifika li tgħaddi biss mill-proċess sommarju (li ma jinkludix konsultazzjonijiet esterni) din il-komunika ma ssirx. F’kull każ, kull applikazjoni li tkun meqjusa kompluta u tkun tista’ tibda tiġi pproċessata mill-Awtorità (irrispettiv minn liema proċess tkun ser issegwi) tiġi ppublikata fuq il-websajt tad-Dipartiment tal-Informazzjoni kull nhar t’Erbgħa. Din tkun imqassma lokalità b’lokalità biex wieħed ikun jista’ faċilment isib il-każijiet li jolqtu l-lokalità li tinteressaħ. Il-pubbliku flimkien mal-Kunsilli Lokali u l-Kumitati Reġjonali jistgħu jdaħħlu l-kummenti tagħhom fil-perjodu speċifikat fl-istess pubblikazzjoni. Din il-lista hija provduta ukoll fl-istess sit li huma meħtieġa jirreġistraw fiħ, magħruf bħala l-eApplications, fejn l-applikazzjonijiet għall-proċess sommarju huma mifruda minn dak għal proċess sħiħ minħabba li l-Kunsill ikun diġà rċieva korrispondenza diretta dwar dawk li jikkwalifikaw għal proċess sħiħ u għalhekk minn din il-lista jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq il-każijiet li jikkwalifikaw għall-proċess sommarju. Ma hemm l-ebda sistema ta’ tfakkir (reminders).