Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm organizzazzjonijiet kienu reġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji, skont il-kategoriji stabbiliti?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tabella t’hawn taħt qed tiġi provduta l-informazzjoni dwar kemm organizzazzjonijiet kienu reġistrati mal-Uffiċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji, skont il-kategoriji stabbiliti, sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha qed titwieġeb din l-mistoqsija parlamentari.
Year
Total Reg. VO's
Cat 1
Cat 2
Cat 3
2013
615
414
144
57
2014
712
498
153
61
2015
804
583
159
62
2016
889
647
175
67
2017
995
734
188
73
2018
1104
820
205
79
2019
1291
984
221
86
2020
1482
1138
249
95
2021
1678
1300
275
103
2022
1764
1376
282
106
2023
1862
1469
285
108
2024
1864
1471
285
108
Kunsill Malti għas-Settur Volontarju – Organizzazzjonijiet li bbenefikaw
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-iskemi ta' għajnuna finanzjarja li ħareġ il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm-il organizzazzjoni bbenefikat minn kull skema, maqsuma sena b'sena?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-iskemi ta' għajnuna finanzjarja li ħareġ il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju mill-2013 sal-ġurnata tal-lum tinsab hawn taħt. Ninfurmah ukoll li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, in-numru ta’ kemm-il organizzazzjoni bbenefikat minn kull skema, maqsuma sena b’sena mill-2013.
Lista tal-iskemi
Small Initiatives Support Scheme (SIS)
Voluntary Organisations Projects Scheme (VOPS)
Civil Society Fund (CSF)
NGO Co-Financing Fund (NCF)
Training Initiatives Scheme (TIS)
COVID VO Emergency Fund
COVID Operational Assistance Scheme
Kunsill Malti għas-Settur Volontarju – Skemi ta’ għajnuna
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument dwar il-proċedura li tintuża sabiex tkejjel is-suċċess ta' kull waħda mill-iskemi ta' għajnuna finanzjarja li ħareġ il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, JULIA)
B’mod regolari fil-bidu ta’ kull sena l-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju jibgħat kwestjonarju lill-għaqdiet volontarji reġistrati fejn fost l-oħrajn ikun mitlub kif l-għaqdiet ikunu qed jibbenifikaw mill-fondi, x’tip ta’ għajnuna huma jeħtieġu u kif jaraw li jistgħu ikunu megħjuna aħjar.
Filfatt, b’riżultat ta’ dan il-‘feedback’ fl-2018 l-iskema Youth Voluntary Service ġiet estiża sabiex issostni żgħażagħ li jagħmlu esperjenza ta’ volontarjat lil hinn minn xtutna. Fl-2019 issaħħaħ il-programm ta’ taħriġ sabiex jindirizza l-bżonn espress mill-għaqdiet ta’ taħriġ għall-amministraturi f’oqsma bħal ma huma Strategic Planning, Risk Management, Capacity Building, Fundraising u Crowdfunding, book-keeping records, maniġġjar ta’ voluntiera, u oħrajn.
B’riżultat tal-‘feedback’ li jingħata mill-għaqdiet, skemi eżistenti ġew imtejjba sabiex jindirizzaw oqsma jew speċjalizzazzjoni li s-settur wera l-bżonn fih. Eżempju ta’ dan huwa l-Voluntary Organisations Projects Scheme li sal-2019 kien jissapportja proġetti ġenerali.
Mill-2020 parti mill-fondi kienu mmirati kemm għall-infrastruttura kif ukoll għar-riċerka, u żdiedet ukoll l-għajnuna diretta għal proġetti li jindirizzaw l-aspett ta’ saħħa u diżabilità.
Bħalissa qed jinħarġu sitt skemi fis-sena sabiex jissapportjaw lis-settur tal-volontarjat li huma:-
Small Initiatives Support Scheme li ssostni għaqdiet żgħar u medji għal proġetti sa massimu ta’ €5000 b’total tal-fond ta’ €180,000;
Voluntary Organisations Projects Scheme li ssostni għaqdiet għal proġetti sa massimu ta’ €20,000 b’total tal-fond ta’ €800,000;
Training Initiative Scheme li ssostni l-għaqdiet u voluntiera individwali b’taħriġ sa massimu ta’ €3500 b’total tal-fond ta’ €55,000;
NGO Co-Financing Fund li ssostni għaqdiet fl-aspett ta’ ko-finanzjament fi proġetti finanzjati minn fondi tal-EU fejn kell għaqda tista’ tkun mgħejjuna sa massimu ta’ ħmistax-il elf ewro b’total tal-fond ta’ €150,000;
Civil Society Fund li ssostni għaqdiet fil-parteċipazzjoni tagħhom fuq livell Ewropew u internazzjonali sa massimu ta’ €6000 b’total tal-fond ta’ €150,000; u
Youth Voluntary Service li ssostni żgħażagħ fil-volontarjat permezz ta’ taħriġ, skemi bi stipendju kif ukoll inizjattivi oħra b’total tal-fond ta’ €200,000.
Ma’ dawn, skema ġdida li mistennija titħabbar aktar tard din is-sena.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi xift b'xift (jew partijiet minnhom) minn 00:00AM tal-15 ta' Jannar, 2024 sa 00:00AM tas-16 ta' Jannar, 2024, kemm persuni ngħataw servizz fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, u kemm kien l-istaff f'kull grade u trade li kien assenjat fl-istess dipartiment fil-ħin imsemmi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar.
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan li juri liema xogħlijiet tal-upgrade tas-sistema tad-distribuzzjoni ser isiru fil-Qrendi u meta? Tista’ tgħid ukoll liema toroq ser ikunu magħluqin minħabba dawn ix-xogħlijiet u minn meta sa meta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2023, fil-Qrendi saru xogħlijiet fuq livell ta’ vultaġġ medju u 400V sabiex tissaħħaħ is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku fl-istess lokalità. S’issa, din is-sena, għadu mhux ippjanat li se jingħalqu toroq f’din il-lokalità minħabba xi xogħlijiet.
Ħal Kirkop — Upgrade tas-sistema tad-distribuzzjoni
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan, li juri liema xogħlijiet tal-upgrade tas-sistema tad-distribuzzjoni ser isiru f'Ħal Kirkop u meta? Tista’ tgħid ukoll liema toroq ser ikunu magħluqin minħabba dawn ix-xogħlijiet u minn meta sa meta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li min-naħa tal-Enemalta, f’kollaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta, f’Ħal Kirkop sar xogħol ta’ rinfurzar fuq is-sistema ta’ vultaġġ medju miċ-Ċentru ta’ Distribuzzjoni tal-istess lokalità. Permezz ta’ dan ix-xogħol ta’ rinfurzar, Ħal Kirkop u lokalitajiet oħrajn fil-madwar ser igawdu minn aktar rotot alternattivi, f’każ li tiżviluppa ħsara fuq livell ta’ vultaġġ medju.
Fl-istess rotta qed jinħarġu cables ta’ vultaġġ baxx minn żewġ substations, sabiex tissaħħaħ is-sistema ta’ distribuzzjoni fl-istess żoni. Infurmata li matul dan ix-xogħol relatat mas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku ngħalqet parti minn Triq San Pietru u li x-xogħol min-naħa tal-Enemalta jinsab fil-fażi finali tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender CT2286/2023 (Works tender for the construction, mechanical and electrical works at the Birzebbuga promenade using environmentally friendly products) ġiex ikkanċellat u jekk fl-affermattiv jagħti r-raġuni għaliex ġie kkanċellat?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li dan it-tender se jerġa’ joħroġ fiż-żmien qarib peress li kellu jiġi ikkanċellat minħabba raġunijiet tekniċi.
Dipartiment tal-Indafa Pubblika — Persuni impjegati fuq bażi full-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati fuq bażi full-time mad-Dipartiment tal-Indafa Pubblika fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika fl-1 ta' Jannar, 2024 u f'liema grad?
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar disinn u d-dokumenti relatati mal-proġett tal-promenade ta' Wied il-Buni, Birżebbuġa u jgħid meta huwa mistenni li dan il-proġett jibda u kemm huwa mistenni li jieħu żmien?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar disinni, ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li dan il-proġett mistenni li jieħu madwar sena u nofs.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser ikun jista' jibda jintuża l-parkeġġ illi nbena fil-buffer zone bejn il-Malta Freeport u r-residenzi f'Birżebbuġa? Jista' jgħid ukoll kif ser ikun immaniġjat u liema partijiet minnhom ser ikunu bi ħlas u għal min, u liema ser ikunu mingħajr ħlas u għal min?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-Car Park hu lest. Bħalissa għaddejjin l-aħħar testijiet tas-sistemi u ħruġ taċ-ċertifikat tal-Compliance mill-Planning Authority. Hu ppjanat li għal Frar jibda jintuża uffiċjalment il-basement mill-ħaddiema tal “Malta Freeport Terminals” u ż-żewġ sulari l-oħra ngħataw lill Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, li ser ikun responsabbli mit-tmexxija u manutenzjoni tagħhom filwaqt li l-“Malta Freeport Terminals” ser ikun responsabbli mill-basement. Dan kollu sar permezz ta’ ftehim bejn il-“Malta Freeport Corporation”, Il-Kunsill Lokali ta’ Birzebbuġa u l-“Malta Freeport Terminals”.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser ikunu lesti x-xogħlijiet ta' manutenzjoni fi Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa, fiex jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet u jekk meta jitlestew dawn ix-xogħlijiet dawn ikunux jinkludu l-installazzjoni tal-apparat tal-bandli?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-mediċina Pirfenidone (Tablets) IP 400mg imwiegħda li tkun introdotta fil-formolarju tal-Gvern permezz tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5206 (17/01/2023), ġietx effettivament introdotta u kemm hemm persuni intitolati għaliha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi l-mediċina Pirfenidone ġiet approvata għat-trattament tal-kundizzjoni ‘iodopathic pulmonary fibrosis’. Din il-medicina għaddiet mill-process tal-procurement u mistennija tasal u tkun disponibbli għall-pazjenti li jinhtiġuha minn madwar April - Mejju 2024. Huwa maħsub li din il-mediċina se jibbenefikaw minnha inizjalment madwar 20 pazjent fis-sena.
(Korrezzjoni: Ara Dokument PL2907 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 197 tal-22 ta’ Jannar 2024)
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-Key Performance Indicators għall-użu tal-operating theatres fl-Isptar Mater Dei u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport fejn il-performance tal-użu tal-operating theatres ġie mkejjel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li t-tagħrif qed jinġabar u jingħata f’seduta oħra.
Fid-dawl li l-Klinika fil-Komunità ta' Birżebbuġa kellha tkun lesta lejn l-aħħar tal-2023 u li din għadha ma tlestietx, jista' l-Ministru jgħid meta ser tinfetaħ din il-klinika, kemm-il post ta' parkeġġ hemm biswita, il-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ tal-klinika, x'servizzi ser ikunu offruti u meta ser ikunu offruti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-data ta’ meta ser tinfetaħ titħabbar fil-ġimgħat li ġejjin.
Infurmat li l-Kliniċi fil-Komunità jeħtieġu spazju ta' parkeġġ wieħed għal persuni b'diżabilità
Is-servizzi li sejrin jiġu offruti huma kif ġej: Tabib (nhar ta’ Tlieta u l-Ħamis); Infermiera (il-Ħamis); Patoloġija tal-lingwa mitkellma (it-Tnejn u l-Ġimgħa); Podjatrija (it-Tnejn u l-Ħamis); Social Worker (it-Tlieta u l-Erbgħa); Fiżjoterapija (il-Ġimgħa) u Psikoloġija (it-Tlieta u l-Ġimgħa).
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi kemm ser isiru operazzjonijiet tal-hip replacement, f'liema ġurnata, mill-ġurnata li fiha tkun qed titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari sal-aħħar ta' Ġunju 2024, ġurnata b'ġurnata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar u jingħata f’seduta oħra.
Birżebbuġa — Triq tal-Papa u Triq tal-Ġebel – Trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet sabiex it-trasport pubbliku jibda jservi wkoll Triq tal-Papa u Triq tal-Ġebel f'Birżebbuġa u jekk hemm xi intoppi, jgħid dawn x'inhuma? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi deċiżjoni u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dati meta ser jibda s-servizz u kif ser jiġu riveduti r-rotot?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inħawi magħrufa bħala tal-Papa ġewwa Bir¿ebbuġa huma moqdija permezz ta’ Rotta 82 (lejn u mill-Belt Valletta) kif ukoll Rotta 210 (destinazzjoni li Sptar Mater Dei). Dawn ir-rotot jgħaddu minn Triq il-Girgħien, Triq l-Imnarja u Triq il-Gandoffla.
Sabiex is-servizz jiġi esti¿ saru diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali u bi qbil huwa pjanat li għall-inħawi magħrufa bħala tal-Ġebel, Rotta 82 ser tinbidel kif isegwi: Minn Triq Bir¿ebbuġa, ir-rotta sa tkun qegħda iddur għal ġo Triq iż-Żurrieq, Triq tal-Ġebel, Triq ta’ Feliċjan, għal ġo Triq il-Port Ħieles. Minn hemm ir-rotta mbagħad tkompli bir-rotta normali taha.
Bħalissa qed jiġi determinat fejn ser ikunu installati l-bus stops. Inoltre, huwa mistenni li dan it-tibdil jidħol fis-seħħ lejn l-ahhar ta’ Frar 2024.
Jista' l-Ministru jelenka lista tal-apparat tal-bandli li ser ikunu installati fi Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa f'Birżebbuġa u meta dawn ser ikunu installati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li l-apparat tal-bandli li ser ikun installat fi Ġnien il-Kunsill Lokali huwa kif ġej:
Apparat ġdid:
• Pluto – FM-JQ-9924
• Big House – MSH 441
• Spring Rocker Horse – LLC225
• Spring Rocker Gorilla – LJ010
• Three Saw – SWT48664
• Mini House – Q314
• 3 Face – BL-NK-11
• Fun House – TM-SW-706-L
Apparat eżistenti li ser ikun qed jiġi rilokat għall-Ġnien il-Kunsill Lokali minn bandli Mons. Ġużeppi Minuti huwa kif ġej:
• Wheelchair swing
Intant infurmat ukoll li dan il-proġett ta’ ‘Ġnien il-Kunsill Lokali’ għandu jkun iffinalizzat fl-għeluq tal-ewwel kwart ta' din is-sena.
Finalment, infurmat mill-istess Kunsill li għal finijiet ta’ kjarifika l-isem proprju tas-sit inkwistjoni jġib l-isem uffiċjament ta’ ‘Ġnien il-Kunsill Lokali’ u mhux ‘Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa.’
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13053 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jgħid abbażi ta' liema standard ġie akkredidat il-laboratorju f’Malta għal xi testijiet fuq bricks (pre-cast) użat fil-bini u x'inhuma dawn it-testijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-laboratorju huwa akkreditat skont l-istandard internazzjonali EN ISO/IEC 17025:2017. B’referenza għal-“precast”, il-laboratorju huwa akkreditat għal testijiet skont l-istandard Ewropew EN772-1:2011+A1:2015 u EN772-16:2011.
Kumpens dovut għal artijiet li ġew meħuda mill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-valur (il-book value) illi l-Gvern qiegħed juża għal finijiet tal-kontijiet pubbliċi u ċjoè l-ammont li potenzjalment il-Gvern ser ikun qed iħallas ta' kumpens dovut għal artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sal-ġuranta li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ? Jista’ jgħid ukoll kemm u x'tip ta' proviżjoni qiegħed jieħu l-Gvern f'dan ir-rigward?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-każijiet, l-erja u l-lokalità, il-valur u meta ser jingħata l-kumpens fejn, is-sidien jew aċċettaw, jew intlaħaq ftehim mas-sidien, li l-Gvern ser ikun qed iħallas għal artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9360.