Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birżebbuġa – Klinika fil-Komunità

Question

Fid-dawl li l-Gvern kien wiegħed illi l-Klinika fil-Komunità ġewwa Birżebbuġa kellha tkun lesta lejn l-aħħar tal-2023, u peress li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14785, li ngħatat fit-12 ta' Jannar, il-Ministru informa lill-Kamra li d-data ta' meta ser tinfetaħ din il-Klinika kellha titħabbar fil-ġimgħat ta' wara, u peress li issa huwa magħruf illi hemm problemi bil-permessi, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-problemi relatati mal-permessi u x'inhuma l-passi li jmiss biex tinfetaħ din il-Klinika?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fit-8 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) ħarġet id-dikjarazjoni li m’għandha l-ebda oġġezzjoni għar-rampa ta’ barra hekk kif kien rikjest mill-PA. Dalwaqt titħabbar id-data meta għandha tiġi inawgurata.

Birżebbuġa – Malta Freeport – Tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fit-tender li għadu kif ħareġ għall-immaniġġjar tal-car park il-ġdid biswit il-Malta Freeport m’hemmx rati preferenzjali għar-residenti ta' Birżebbuġa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li r-rati li se jitħallsu (inkluż dawk vantaġġużi) se jkunu stabbiliti bejn il-Kunsill Lokali u l-kuntrattur magħżul.

Malta Freeport – Tender – parkeġġi riservati

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema entità pubblika ser ikunu riservati l-parkeġġi kif indikat fit-tender li għadu kif ħareġ għall-immaniġġjar tal-car park il-ġdid biswit il-Malta Freeport?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li l-parkeġġi indikati ser ikunu riżervati f’ħinijiet partikolari biss għall-Kumpanija Wasteserv Malta Ltd.

Malta Freeport – Użu minn vapuri Ro-Ro

Question

Jista' l-Ministru jindika liema parti/moll mill-Malta Freeport qed tintuża mill-vapuri Ro-Ro, liema huma l-partijiet/mollijiet li għandhom din il-faċilità, u liema huma l-partijiet/mollijiet li għandhom permess għal din it-tip ta' operazzjoni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li skont l-concession agreement li sar fl-2004 kull moll li jaqa’ fil-parametri tal-konċessjoni jista’ jilqa’ jew jintuża għas servizz tar-Roll-On Roll-Off.

Qrendi — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16770 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16455, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-prijoritajiet mogħtija lil Infrastructure Malta mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi rigward toroq li fihom għandhom isiru xogħlijiet matul is-sena 2024 u f'liema stadju wasal il-proċess ta' konsultazzjoni ma’ entitajiet varji biex il-proposti tagħhom fejn jirrigwarda infrastruttura ta' servizzi jiġu inklużi fil-proġetti rispettivi fil-Qrendi? Jista' jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet, triq triq, u meta ser jispiċċaw?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Pjan ta’ Ħidma mal-kunsilli Lokali, l-kunsill tal-Qrendi talab it-toroq segwenti; Triq Tabib Gregorio Mifsud, Resurfacing of Triq Is-siggiewi & P/o Triq Maddorbu, Triq Karwija, Sqaq San Lazzru, Triq Il-Providenza, Madonna Tal-Hniena Area, Triq Congreve, Boathouses area, Triq Kastiljani, Triq Dwardu Borg, Sqaq Mitħna u Qrendi Cemetry Rd. Għaldaqstant Infrastruttura Malta skattat il-proċess ta’ koordinazzjoni mal-entitajiet varji, liema proċess ta’ konsultazzjoni jibqa għaddej u fejn jkun hemm bżonn jiġi mġedded minn żmien għal żmien, sa ma tinbeda it-triq partikolari. Infrastruttura Malta se tkun qed tibda xogħlijiet ta’ dawn it-toroq minn din is-sena, 2024, b’mod sussegwenti sa biex tillimita l-inkonvenjent f’kull lokalità. Meta dawn joqorbu it- tlestija, Infrastruttura Malta terġgħa tniedi proċess ta’ konstultazzjoni mal-kunsill rispettiv għal xogħlijiet oħra.

Ħal Safi — Xogħlijiet fit-toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16454, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-prijoritajiet mogħtija lil Infrastructure Malta mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Safi rigward toroq li fihom għandhom isiru xogħlijiet matul is-sena 2024 u f'liema stadju wasal il-proċess ta' konsultazzjoni ma' entitajiet varji biex il-proposti tagħhom fejn jirrigwardja infrastruttura ta' servizzi jiġu inklużi fil-proġetti rispettivi f' Ħal Safi? Jista' jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet, triq triq, u meta ser jispiċċaw?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Pjan ta’ ħidma mal-Kunsilli Lokali, l-kunsill ta’ Ħal Safi talab it-toroq segwenti; Triq iz-Żurrieq; Triq l-Iskola; Mistrah Il-knisja – PAVING; Triq San Guzepp; Resurfacing Triq Santa Marija; Triq Salvu Cauchi u Triq Summien. Għaldaqstant Infrastruttura Malta skattat il-proċess ta koordinazzjoni mall-entitajiet varji, liema proċess ta’ konsultazzjoni jibqa għaddej u fejn jkun hemm bżonn jiġi mġedded minn żmien għal żmien, sa ma tinbeda it-triq partikolari. Infrastruttura Malta se tkun qed tibda xogħolijiet ta’ dawn it-toroq minn din is-sena, 2024, b’mod susseggwenti sa biex tillimita l-inkonvenjent f’kull lokalità. Meta dawn joqorbu it- tlestija, Infrastruttura Malta terġgħa tniedi proċess ta’ konstultazzjoni mall-kunsill rispettiv għal xogħlijiet oħra.

Birżebbuġa — Xogħlijiet fit-toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16453, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-prijoritajiet mogħtija lil Infrastructure Malta mill-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa rigward toroq li fihom għandhom isiru xogħlijiet matul is-sena 2024 u f'liema stadju wasal il-proċess ta' konsultazzjoni ma' entitajiet varji biex il-proposti tagħhom fejn jirrigwardja infrastruttura ta' servizzi jiġu inklużi fil-proġetti rispettivi f'Birżebbuġa? Jista' jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet, triq triq, u meta ser jispiċċaw?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Pjan ta Hidma mal-Kunsilli Lokali, l-kunsill ta’ Birżebbuġa talab it-toroq segwenti; Car Park ġewwa Triq Arzella; Triq Għar Dalam; Triq Il-Madonna Ta' Lourdes; Triq Port Hieles - Lower Part; Triq Mons Spit Penza; Triq Rizzi; Triq Florence Nightingale; Triq G Marconi; Triq Il-Fossili; Triq Guzeppi Despott; Triq Il-Gandoffla u Triq Haddiema. Għaldaqstant Infrastruttura Malta skattat il-proċess ta koordinazzjoni mall-entitajiet varji, liema proċess ta’ konsultazzjoni jibqa għaddej u fejn jkun hemm bżonn jiġi mġedded minn żmien għal żmien, sa ma tinbeda it-triq partikolari. Infrastruttura Malta se tkun qed tibda xogħolijiet ta’ dawn it-toroq minn din is-sena, 2024, b’mod susseggwenti sa biex tillimita l-inkonvenjent f’kull lokalità. Meta dawn joqorbu it-tlestija, Infrastruttura Malta terġa tniedi proċess ta’ konstultazzjoni mall-kunsill rispettiv għal xogħolijet oħra.

Awtorità tal-Artijiet — Skemi miftuħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16452 u jelenka lista tal-iskemi maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet li huma miftuħa fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u li turi meta fetħet kull skema, kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull skema u kemm-il applikazzjoni ġiet ipproċessata sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll meta ser tagħlaq kull skema?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Artijiet li ġew esproprijati – Każijiet miftuħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16477 u jgħid kemm għad baqa' każijiet miftuħa dwar artijiet li ġew esproprijati bejn l-1990 u l-1995? Jista’ wkoll jelenka lista li turi kemm hemm minn dawn il-każijiet lokalità b’lokalità?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Artijiet li ġew esproprijati – Każijiet miftuħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad baqa' każijiet miftuħa dwar artijiet li ġew esproprijati bejn l-1995 u l-2000 u jelenka lista li turi kemm hemm minn dawn il-każijiet lokalità lokalità?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minuri, maġġuri u dawk illi jinħtiegu Environmental Impact Assessment għand l-Awtorità tal-Ippjanar fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari illi għadhom ma ġewx deċiżi wara li għadda ż-żmien stipulat mill-liġi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

L-Informazzjoni se tingħata f'seduta oħra.

Ħal Għaxaq — Pjanta tal-Grawnd tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11816 u jippreżenta pjanta tal-grawnd tal-futbol ta' Ħal Għaxaq li turi liema huma l-partijiet tal-grawnd li huma tal-privat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Liċenzjar tal-Kuntratturi — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzjar tal-kuntratturi hijiex magħluqa? Jekk iva, meta ser jerġgħu jiġu aċċettati applikazzjonijiet u jekk le, jista’ jikkonferma jekk l-applikazzjonijiet kenux magħluqa għal xi perjodu u liema kien dan il-perjodu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għal-liċenzjar tal-kuntratturi m’humiex magħluqa u qatt ma għalqu.

Birżebbuġa — Biċċa art qrib l-iskola primarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16412 u ċjoè: B'referenza għall-Gazzetta tal-Gvern Nru 20,966 datata 28 ta' Novembru 2022, paġni 16,050 u 16,052, jista' l-Ministru jgħid jekk il-biċċa art qrib l-Iskola Primarja ta' Birżebbuġa bejn Trejqet l-Iskola u Triq il-Bandli, ġietx akkwistata mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallas biex ġiet akkwistata u għal liema raġunijiet ġiet akkwistata?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptar Mater Dei –Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15113 u 16413 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi xift b'xift (jew partijiet minnhom) minn 00:00AM tal-15 ta' Jannar, 2024 sa 00:00AM tas-16 ta' Jannar, 2024, ta’ kemm persuni ngħataw servizz fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, u kemm kien l-istaff f'kull grade u trade li kien assenjat fl-istess dipartiment fil-ħin imsemmi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bejn nofs il-lejl tal-15 ta’ Jannar sa nofs il-lejl tas-16 ta’ Jannar (24 siegħa) fid -dipartiment tal-Emerġenza ġew ikkurati 267 pazjent. L-informazzjoni l-oħra tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żurrieq – Xogħlijiet fit-toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16457, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-prijoritajiet mogħtija lil Infrastructure Malta mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq rigward toroq li fihom għandhom isiru xogħlijiet matul is-sena 2024 u f'liema stadju wasal il-proċess ta' konsultazzjoni ma’ entitajiet varji biex il-proposti tagħhom fejn jirrigwarda infrastruttura ta' servizzi jiġu inklużi fil-proġetti rispettivi fiż-Żurrieq? Jista' jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet, triq triq, u meta ser jispiċċaw?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Imqabba — Xogħlijiet fit-toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16456, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-prijoritajiet mogħtija lil Infrastructure Malta mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba rigward toroq li fihom għandhom isiru xogħlijiet matul is-sena 2024 u f'liema stadju wasal il-proċess ta' konsultazzjoni ma’ entitajiet varji biex il-proposti tagħhom fejn jirrigwarda infrastruttura ta' servizzi jiġu inklużi fil-proġetti rispettivi fl-Imqabba? Jista' jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet, triq triq, u meta ser jispiċċaw?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Qrendi — Xogħlijiet fit-toroq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16455, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-prijoritajiet mogħtija lil Infrastructure Malta mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi rigward toroq li fihom għandhom isiru xogħlijiet matul is-sena 2024 u f'liema stadju wasal il-proċess ta' konsultazzjoni ma’ entitajiet varji biex il-proposti tagħhom fejn jirrigwarda infrastruttura ta' servizzi jiġu inklużi fil-proġetti rispettivi fil-Qrendi? Jista' jgħid ukoll meta ser jibdew ix-xogħlijiet, triq triq, u meta ser jispiċċaw?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.