Jista' l-Ministru jippreżenta r-rotot u l-frekwenza ta' rotot tat-trasport pubbliku numru 80, 82, 82A, 119, X4 u 85?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dettalji dwar ir-rotta 82A ma ġietx provduta għaliex din ir-rotta għadha ma daħlitx fis-seħħ.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser tibda u titlesta l-bankina fi Triq Dun Ġorġ Zammit Birżebbuġa u jispjega fiex ser jikkonsistu x-xogħlijiet u jinkludux preparazzjoni sabiex jgħaddu cables u servizzi oħra mill-bankina?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara talba mill-kunsill Lokali ser issir site visit biex jiġi stabbilit ix-xogħol involut.
Fid-dawl li meta Triq il-Ġebel f'Birżebbuġa ngħatat wiċċ ġdid, intradmu culverts li kienu jiddirezzjonaw l-ilma tax-xita biex ikun evitat illi garaxxijiet u djar jiġu mgħarrqa, jista' l-Ministru jgħid hux ser jinvestiga din il-problema maħluqa minn Infrastructure Malta u tinstab soluzzjoni sostenibbli għaliha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm inġiniera bil-warrant u kemm hemm tekniċi kwalifikati ma’ Transport Malta li għandhom il-kompetenza u huma responsabbli li jispezzjonaw u jagħmlu spot checks fuq vetturi kbar, vetturi li jġorru l-passiġġiera u vetturi kummerċjali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spot checks minn inġiniera bil-warrant u/jew tekniċi kwalifikati fuq vetturi kbar, vetturi li jġorru l-passiġġiera u vetturi kummerċjali, sena sena u kategorija kategorija, wara li jkunu għaddew mill-VRT, mill-1 ta' Jannar 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jippreżenta pjanta tat-traffic management għall-inħawi wara li jkun tlesta l-proġett ta’ żvilupp residenzjali bi tliet sulari taħt il-livell tat-triq għal parkeġġi b'aċċess għal karozzi minn Triq Għar Dalam, Triq Bourlemaque u Triq F.M. Ferretti fil-Qajjenza, Birżebbuġa (PA/02901/16) u jikkonferma li toroq illi ġew imkissra jew imneħħija waqt il-proġett u li kienu jagħtu aċċess lill-pubbliku ġenerali u għall-proprjetajiet privati ta' terzi ser jerġgħu jiġu mibnija u aċċessibbli, min ser iħallas għal dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17643 u 17732 u jgħid x'kien it-titolu li kellu l-privat fuq art tal-Gvern li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet u għadha qed tintuża bħala campsite u/jew min kellu l-pussess tal-art bejn l-2004 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-file sħiħ tal-art inkwistjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.
Direttiva ta' SEVESO III – Toroq u żoni affettwati
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta lista u pjanti tat-toroq u żoni li huma affettwati bid-direttiva ta' SEVESO III fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-siti li jaqgħu taħt ir-regolamenti tal-Control of Major Accident Hazards (COMAH) Regulations u taħt liema klassi jaqa' kull wieħed minnhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-biċċiet ta' art illi jaqgħu b'mod sħiħ jew parti fiż-żona li għaliha hemm l-applikazzjoni PC/68/22 bejn Triq il-Kanonku Vinċenz Balzan, Triq Napuljun u Triq l-Imqabba fiż-Żurrieq illi huma mmaniġġjati mill-Awtorità tal-Artijiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Dipartiment tal-Edukazzjoni — purtinar/a u cleaners
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il purtinar/a, cleaners u/jew persuni li jagħmlu l-istess xogħol, huma impjegati mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u kemm huma impjegati tal-Kuntrattur/i imma li qed jaħdmu għad-Dipartiment tal-Edukazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hawn total ta’ 885 impjegat li jgħamlu xogħol ta’ purtinar/a, cleaners u/jew persuni li jgħamlu l-istess xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura sabiex individwu jkun jista' jilmenta dwar nuqqas ta' servizz li jista' jkun qiegħed jingħata lill-anzjani fid-djar kemm tal-istat kif ukoll tal-privat taħt ftehim ta' Public-Private Partnership (PPP)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Il-proċedura sabiex individwu jkun jista' jilmenta dwar nuqqas ta' servizz li jista' jkun qiegħed jingħata lill-anzjani fid-djar kemm tal-istat kif ukoll tal-privat taħt ftehim ta' Public-Private Partnership (PPP) huwa, billi jċempel l-Awtorità tal-Istandards Għall-Persuni Anzjani fuq in-numru 25494400 jew jibgħat e-mail feedback.opsa@gov.mt kif ukoll Ċentru Servizz Anzjan fuq in-numru 22788900.
B'referenza għall-applikazzjoni PA/06374/23 fejn il-Case Officer irrakkomanda illi l-applikazzjoni tiġi rrifjutata għaliex "The proposed development is incompatible with the urban design and environmental characteristics of the Urban Conservation Area. It would not maintain the visual integrity of the area and so does not comply with Urban Objectives 2 and 4 of the Strategic Plan for Environment and Development.", jista' l-Ministru jgħid x'sar sabiex jiġi indirizzat dan il-fatt u allura seta’ joħroġ il-permess?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni tal-Ippjanar nnotat li l-istess disinn tal-faċċata kien ġie approvat fil-permess RG 1104/18, li huwa permess maħrug fuq l-istess sit. Wara dan l-RG inħareg permess ieħor li jġib ir-referenza PA9289/19, liema permess ġie approvat biex jinbidel id-disinn tal-faċċata minn dik kif approvata fl-RG1104/18. Madankollu l-applikant fl-applikazzjoni PA6374/23, għażel li jżomm il-faċċata kif approvata preċedentament fil-permess RG1104/18 flok kif ġiet approvata fil-PA9289/19.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma s-substations f'żoni residenzjali li tlestew jew li ser ikunu lesti matul is-sena 2024, maqsuma lokalità lokalità u f'kull każ tagħti d-data ta' meta tlestew jew ser jitlestew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta għaddejja bi pjan aċċellerat fis-sistema ta’ distribuzzjoni tagħha, fejn kull sena qed jiġu kkummissjonati għexieren ta’ substations ġodda u jsiru għadd ta’ upgrades f’substations differenti. Qegħdin jitpoġġew ukoll għadd ta’ feeders li jwasslu l-provvista tal-elettriku mis-substations għal għand il-konsumaturi, u kilometri ta’ cables oħrajn fuq livell ta’ 11kV u 33kV. L-Enemalta għaddejja wkoll bi proġett t’automation, li huwa mmirat biex is-substations tagħha jkunu jistgħu jiġu kkontrollati mill-kamra ta’ kontroll u f’każ ta’ ħsara, fejn ikun possibbli jonqos il-ħin ta’ interruzzjoni.
Matul l-2024 ser jiġu kummissjonati madwar 45 substation ġdida f’Malta u Għawdex. Mill-bidu tas-sena sal-ġurnata li fiha qed titwieġeb din il-mistoqsija, Enemalta diġà kkummisjonat 15-il substation ġdida f’dawn il-lokalitajiet: Bulebel, B’Kara, Msida, Naxxar, Għaxaq, Kalkara, Rabat, Gżira, Mosta, Mellieha, Qawra, Żurrieq, Pembroke u Għajnsielem. Bħalissa għaddej xogħol ta’ preparazzjoni biex sal-aħħar tas-sena ikunu kkumisjonati substations oħra fil-lokalitajiet li ġejjin: San Ġiljan, Ħal Balzan, Ħal Qormi, Marsaxlokk, Ħal Kirkop, Ħamrun, San Pawl il-Baħar, Ħal Tarxien, Bidnija, Munxar (Xlendi), Marsalforn (Żebbuġ) u Nadur.
Persuni li twieldu qabel l-1962 – Aġġustamenti fil-pensjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura sabiex persuna tikkwalifika għal aġġustament fil-pensjoni relatata mal-anomalija ta' dawk li twieldu qabel l-1962? Jista’ jgħid ukoll kemm pensjonanti ħadu diġà dan l-aġġustament u kemm pensjonanti jonqoshom jieħdu dan l-aġġustament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor, interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm kienet in-nefqa kull sena minn kull Gvern Lokali rispettiv mis-sena 2019 sas-sena 2023 għall-ġbir tal-iskart domestiku, maqsuma lokalità lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni miġbura u mgħoddija lili.
Jista' l-Ministru jgħid meta kienet l-aħħar laqgħa tal-Bord tal-Inġiniera li saret? Jista' jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb illi jappunta l-membri fuq dan il-bord?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Board tal-Inġiniera huwa appuntat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati psikjatri u f'liema grad mill-1 ta' Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm psikjatri u f'liema grad irriżenjaw jew irtiraw fl-istess perjodu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill- 1 ta’ Jannar, 2023 sal-lum ġew ingaġġati 5 Psikjatri li huma fil-grad ta’ Basic Specialist Trainee, 2 Konsulenti ġew promossi minn Resident Specialist u 5 Higher Specialist Trainees li ġew promossi minn Resident Specialist.
Matul l-istess perjodu iriżenjaw 5 u ieħor irtira.