Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18452 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal clearance mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) li għadhom ma ġewx deċiżi fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari li ilhom aktar minn sentejn, ilhom bejn sena u nofs u sentejn, ilhom bejn sena u sena u nofs, ilhom bejn sitt xhur u sena, ilhom bejn tliet xhur u sitt xhur u li ilhom tliet xhur li ġew sottomessi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni disponnibli hija biss għal applikazzjonijiet għal clearance li jaqgħu taħt Regolament 4 u Regolament 6 tal-LS 623.06.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din l-informazzjoni, kif ukoll in-numru ta’ clearances maħruġa mill-Awtorità mill-2022.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18502 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-file numru E/0026/2002/1/0010 relatat mal-art bin-numru: E270558 (P.D.2022_0101) f'Ħas-Saptan, Ħal Għaxaq u l-kuntratt u s-segwenti emendi, jekk applikabbli, li ġie ffirmat meta ngħata t-tender relatat illi juri l-kundizzjonijiet kollha li għandhom jinżammu minn min rebaħ it-tender?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm kienet in-nefqa kull sena għat-tipping fees minn kull Gvern Lokali rispettiv, mis-sena 2019 sas-sena 2023, maqsuma lokalità lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba u mgħoddija lili.
L-Imġarr, Malta — Tal-Palma - Enforcement notices maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta lista ta’ enforcement notices li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet f’Tal-Palma, limiti tal-Imġarr, Malta, mill-2005 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’kienu l-azzjonijiet li l-Awtorità ħadet f’kull wieħed mill-każijiet u jelenka x’kienu l-effetti tal-azzjonijiet li l-Awtorità ħadet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ notifiki ta’ Twettieq u Infurzar, maħruga mill-Awtorità ta’ l-Ippjanar fiż-żona Tal-Palma limiti tal-Imġarr Malta, bejn 2005 u 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus ta’ EC/00144/08, x’kienu l-azzjonijiet li l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet fir-rigward ta’ din il-kontravenzjoni u/jew illegalità u jelenka x’kienu l-effetti tal-azzjonijiet li l-Awtorità ħadet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li EC144/08 huwa każ magħluq, stante li kien sar żball billi l-plotting tas-sit ma kienx ikopri l-illegalitajiet suġġetti għal din in-notifika. Minħabba f’hekk inħarget notifika oħra f’ EC134/21.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus ta’ EC/00134/21, x’kienu l-azzjonijiet li l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet fir-rigward ta’ din il-kontravenzjoni u/jew illegalità u jelenka x’kienu l-effetti tal-azzjonijiet li l-Awtorità ħadet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet Notifika ta’ Twettieq u Infurzar skont EC134/21 - maħruġa nhar il-15 ta’ Ottubru 2021 - li għadha attiva.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus ta’ EC/00868/00, x’kienu l-azzjonijiet li l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet fir-rigward ta’ din il-kontravenzjoni u/jew illegalità u jelenka x’kienu l-effetti tal-azzjonijiet li l-Awtorità ħadet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li EC868/00 huwa magħluq stante li ġiet sottomessa applikazzjoni biex tissannzjona l-iżvilupp, PA5267/00, liema applikazzjoni ġiet approvata fit-2 ta’ Settembru 2003.
Jista’ l-Ministru jippreżenta lista ta’ kemm saru applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, relatati mal-Avviż Legali 96 tal-2023, Regolamenti dwar ir-Regolarizzazzjoni ta’ Żvilupp Eżistenti tal-2016, maqsuma lokalità lokalità, kemm minnhom ġew approvati, kemm minnhom ġew miċħuda u kemm minnhom għadhom pendenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d-dettalji mitluba tal-applikazzjonijiet għal regolarizzazjoni kompluti, li rċeviet l-Awtorità tal-Ippjanar, relatati ma’ siti li jaqaw jew f’Category 1 ODZ Settlement jew siti li jestendu parzjalment barra miż-Żona tal-Iżvilupp.
L-informazjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fid-29 ta’ April 2024.
Attachments:PQ 18727 - RG Applications In Cat 1 or Partly ODZ.pdf
L-Imġarr, Malta — Tal-Palma - Sanzjonar u/jew regolarizzazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta lista ta’ applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar għal sanzjonar u/jew regolarizzazzjoni f’Tal-Palma, limiti tal-Imġarr, Malta, mill-2005 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u x’inhu l-istatus ta’ kull waħda minn dawn l-applikazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi d-dettalji mitluba tal-applikazzjonijiet għal sanzjonar fl-Mġarr li fl-indirizz tas-sit kif provdut mill-perit tal-applikazzjoni għandhom il-kliem “Tal-Palma” jew “Il-Palma”, u li fil-proposta għall-iżvilupp hemm il-kelma “sanction” jew “sanzjon”. Ma rriżultaw l-ebda applikazzjonijiet għal regolarizzazjoni li għandhom il-kliem “Tal-Palma” jew “Il-Palma” fl-indirizz tas-sit kif provdut mill-perit. Biex tiġi provduta lista eżawrjenti, l-Onorevoli Interpellant ikun irid jipprovdi site plan taż-żona li tinteressaħ.
Attachments:PQ 18728 - Pending or Decided Cases Palma Mgarr.pdf
Jista' l-Ministru jippreżenta lista u pjanti tat-toroq u żoni li huma affetwati bid-direttiva ta' SEVESO III fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Iterpellant li s-siti li jaqgħu taħt id-Direttiva SEVESO III, għandhom Consultation Zones li jiddeterminaw xi żvilupp jista' jsir madwarhom. Dawn huma rregolati mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u jinstabu fil-Map Server tal-PA taħt "Planning/Constraints/Seveso Zones".
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17643, 17732 u 18215 u jgħid x'kien it-titolu li kellu l-privat fuq art tal-Gvern li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet u għadha qed tintuża bħala campsite u/jew min kellu l-pussess tal-art bejn l-2004 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-file sħiħ tal-art inkwistjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa mis-sena 2004, il-privat kellu titlu ta’ kirja li tiskadi wara għaxar snin, kif ukoll xi permessi li ingħataw fuq siti iżgħar abbażi ta’ encroachment.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18214 u jippreżenta pjanta tat-traffic management għall-inħawi wara li jkun tlesta l-proġett ta’ żvilupp residenzjali bi tliet sulari taħt il-livell tat-triq għal parkeġġi b'aċċess għal karozzi minn Triq Għar Dalam, Triq Bourlemaque u Triq F.M. Ferretti fil-Qajjenza, Birżebbuġa (PA/02901/16) u jikkonferma li toroq illi ġew imkissra jew imneħħija waqt il-proġett u li kienu jagħtu aċċess lill-pubbliku ġenerali u għall-proprjetajiet privati ta' terzi ser jerġgħu jiġu mibnija u aċċessibbli, min ser iħallas għal dawn ix-xogħlijiet u meta ser jitlestew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-proġett imsemmi ma jidhirx li ser ikun hemm pjan ta’ tibdil fit-traffic management. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari, il-Gvern u l-Kunsill Lokali jkunu responsabbli minn dawk it-toroq jew passaġġi li huma skemati skont il-Pjan Lokali tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Bord tal-Inġiniera – Applikazzjonijiet għal warrant
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18213 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal warrant li għadhom pendenti quddiem il-Bord tal-Inġiniera?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej il-proċess fuq 98 applikazzjoni .
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7761 fejn intqal li dwar il-permess bin-numru PA867/20, l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet konjizzjoni tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, jista’ l-Ministru jelenka l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Awtorità u/jew mis-sid mit-18 ta’ April 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari sabiex dan l-iżvilupp li ma kienx kopert b’permess ta’ żvilupp jiġi konformi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-risposta mgħotija għall-mistoqsija parlamentari 7761, l-Awtorità tal-Ippjanar qed tipproċedi skont il-proċedura stabbilita f’każijiet fejn jinstab żvilupp li mhux kopert b’permess ta’ żvilupp.
Ħal Għaxaq, il-Gudja u Marsaxlokk – strutturi li mhumiex skont il-permess – stop and enforcement notices
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2096 fejn ġiet ippreżentata lista ta’ Avviżi biex Tieqaf u ta’ Twettieq relatati ma’ strutturi li mhumiex skont il-permess maħruġin mill-2013 sal-2021 f’Ħal Għaxaq, il-Gudja u Marsaxlokk, jista’ l-Ministru jelenka l-azzjonijiet, f’kull każ, li ttieħdu mill-Awtorità u/jew mis-sid mit-3 ta’ Ottubru 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sabiex l-iżvilupp ikkonċernat jiġi konformi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18332 u jgħid kemm hemm inġiniera bil-warrant u kemm hemm tekniċi kwalifikati ma’ Transport Malta li għandhom il-kompetenza u huma responsabbli li jispezzjonaw u jagħmlu spot checks fuq vetturi kbar, vetturi li jġorru l-passiġġiera u vetturi kummerċjali fis-17 ta' April 2024?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-Taqsima Teknika tad-Direttorat għat-Trasport fuq l-Art, hemm ħames uffiċjali tekniċi kwalifikati li għandhom it-taħriġ u l-kompetenza meħtieġa sabiex iwettqu spezzjonijiet tekniċi ta’ kull tip ta’ vettura bil-mutur. Ma’ dawn hemm ukoll żewg uffiċjali tal-Infurzar li għandhom kompetenzi simili u li xogħolhom huwa li jwettqu spezzjonijiet tekniċi fil-ġenb tat-triq (technical roadside inspections).
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18331 u ċjoè: Fid-dawl li meta Triq il-Ġebel f'Birżebbuġa ngħatat wiċċ ġdid, intradmu culverts li kienu jiddirezzjonaw l-ilma tax-xita biex ikun evitat illi garaxxijiet u djar jiġu mgħarrqa, jista' l-Ministru jgħid hux ser jinvestiga din il-problema maħluqa minn Infrastructure Malta u tinstab soluzzjoni sostenibbli għaliha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ittieħdet nota.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx is-site visit fi Triq Dun Ġorġ Zammit f’Birżebbuġa biex jiġi stabbilit ix-xogħol involut fuq il-bankina? Jista’ jgħid ukoll fiex ser jikkonsistu x-xogħlijiet u jekk jinkludux preparazzjoni sabiex jgħaddu cables u servizzi oħra mill-bankina, u meta ser jibdew u jispiċċaw ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser tibda topera r-rotta 82A, x'ser tkun ir-rotta u x'ser tkun il-frekwenza tagħha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rotta 82A hija mistennija li tiġi ntrodotta sa Ġunju ta’ din is-sena bi frekwenza ta’ żewġ vjaġġi fis-siegħa fil-ħinijiet meqjusa bħala “peak” u vjaġġ wieħed fis-siegħa f’ħinijiet oħra.