Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18854 u jippreżenta lista tal-eviction orders li għadhom attivi u li turi d-dati ta’ meta nħarġu dawn l-ordnijiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Membru jippreċiża d-domanda tiegħu u jispeċifika għal liema eviction orders attivi qed jirreferi.
Kunsill Konsultattiv dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' meta ltaqa' l-Kunsill Konsultattiv dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni minn mindu twaqqaf sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u min kien preżenti għal kull waħda mil-laqgħat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar t’April 2024.
Jista' l-Ministru jgħid għal kemm nies hija ddisinjata ż-żona tal-kunċerti ta' Ta' Qali u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikazzjoni tal-istruttura/i illi juru li tiflaħ/jifilħu għall-ammont ta' nies li hija/huma ddisinjata/i għalihom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel ma jinħareġ permess għal kwalunkwe attività tal-massa, jitħejja Risk Assessment Report dettaljat li jagħti indikazzjoni ċara tan-numru tan-nies li jistgħu jattendu għal dik l-attività.
Rigward l-istruttura, dan il-proġett ġie ddisinjat skont l-istandards ta’ loadings strutturali. Id-disinn u l-kalkoli huwa responsabbli għalihom il-perit tal-proġett.
Ta’ Qali — Żona tal-kunċerti - Risk Assessment Report
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Risk Assessment Report għaż-żona tal-kunċerti ta' Ta' Qali għal kemm hi l-kapaċità massima taż-żona meta din ikollha attività ppjanata?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Risk Assessment Report jiġi mħejji għal kull attività tal-massa li tkun ser tiġi organizzata. Kull organizzatur hu obbligat bil-liġi li jqabbad espert fuq is-Saħħa u s-Sigurtà li jagħmel rapport skont is-set-up ta’ dik l-attività partikolari.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Compliance Report, iċ-Ċertifikazzjoni, Emergency Plan u Fire Audit Report għall-faċilitajiet li saru taħt iż-żona tal-kunċerti ta' Ta' Qali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali rapporti jinsabu għand l-entitajiet rispettivi u kienu jagħmlu parti mill-kundizzjonijiet tal-permess kif approvat u maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi liema huma l-artijiet tal-Gvern fi Triq Salvu Cauchi bejn Triq in-Nassaba u Triq San Pawl f'Ħal Safi?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Membru jippreċiża d-domanda tiegħu u jispeċifika għal liema sit qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser issir Triq Salvu Cauchi bejn Triq in-Nassaba u Triq San Pawl f'Ħal Safi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Pjan ta’ ħidma mal-Kunsilli Lokali, Triq Salvu Cauchi hija waħda mit-toroq li ġiet proposta mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi. Ix-xogħol tat-toroq jiġi allokkat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalità rispettiva tagħhom
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-linja tat-Triq San Tumas f’Ħal Safi tiġi kkoreġuta ġaladarba hemm numru ta' binjiet li jaqbżu l-linja kurrenti u diġà ġew sanzjonati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess biex tinbidel linja tal-bini huwa dak kontemplat fl-Avviż Legali (AL) 71 ta' 2007, hekk kif amendat b'AL 73 ta' 2015 u 103 ta' 2017.
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet wara li l-Ombudsman Parlamentari ppreżenta rapport lill-Parlament dwar ilment minn persuna li ma ġietx rimborżata spejjeż wara li weġġgħet minħabba l-kondizzjoni ħażina tat-triq f'San Ġwann?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali wara diskussjonijiet, reġgħet iċċirkolat mal-Kunsilli Lokali kollha proċedura li għandha tiġi addottata f’każi ta’ talbiet ta’ kumpens simili. Id-deċiżjoni jekk għandux jingħata kumpens hija tal-Kunsill Lokali u l-Gvern jirrispetta l-awtonomija li hija mogħtija bil-liġi lill-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'azzjoni ser tittieħed sabiex jiġi implimentat dak li ġie rrakomandat mill-Ombudsman Parlamentari fil-każijiet OMB-22-3333 u OMB-22-3696 u sabiex tiġi ċċarata l-policy dwar il-pre-retirement leave għal kull ħaddiem f'kull entità u awtorità pubblika?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-azzjonijiet li jittieħdu sabiex fejn hu legalment possibbli jiġu implimentati rakkomandazzjonijiet mill-Ombudsman Parlamentari, jiġu ppublikati f' rapport annwali li joħrog is-Servizz Pubbliku.
Dipartiment tal-Edukazzjoni – purtinara/cleaners ingaġġati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il purtinar/a, cleaners u/jew persuni li jagħmlu l-istess xogħol huma impjegati mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u kemm huma impjegati tal-Kuntrattur/i imma li qed jaħdmu għad-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Jista' jelenka l-ogħla rata fis-siegħa, lanqas rata fis-siegħa u r-rata medja fis-siegħa ta' dawk ingaġġati direttament mad-Dipartiment u dawk ingaġġati indirettament permezz ta' kuntrattur u li jagħmlu xogħol ta' purtinara/cleaners?
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-purtinar/a, cleaners u/jew persuni li jagħmlu l-istess xogħol huma impjegati mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u kemm huma impjegati tal-kuntrattur/i imma li qed jaħdmu mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-servizzi li qed jingħataw mill-berġa tal-Imqabba u liema servizzi ser ikomplu jew ser jibdew jingħataw matul din is-sena mill-istess berġa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħala pjan tal-Primary HealthCare rigward kliniċi tal-komunità, is-servizz ħolistiku jinkorpora team multidixxiplinarju sabiex jaqdi żona ta’ irħula fil-viċin. B’hekk servizzi mediċi joħorġu miċ-Ċentri tas-Saħħa u jersqu aktar qrib il-poplu. L-Imqabba jgħamel parti minn ċirku tar-rħula li jinkludu, l-Qrendi, iż-Żurrieq u Ħal Safi. Il-klinika tal-komunità li taqdi dawn l-irħula hija ċentrallizzata’ fiż-Żurrieq. Hawnhekk jingħataw servizzi b’appuntament ta’ tabib, infermiera, podjatrija, patoloġija tal-lingwa u diskors, psikoloġija u fiżjoterapija.
Iċ-Ċentru tas-Saħħa ewlieni f’din iż-żona jinsab ġewwa Ħal-Kirkop fejn hemm ukoll faċilita’ ta’ servizzi mediċi b’appuntamnet kif ukoll servizz ta’ tabib u treatment room bħala walk-in.
Jista' l-Ministru jgħid meta ħareġ l-aħħar tender relatat mal-proġett tal-promenade ta' Wied il-Buni, Birżebbuġa u jikkonferma li ma nbidel xejn mid-disinn imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14792? Kemm ser ikun hemm bankijiet li fuqhom ikunu jistgħu jpoġġu n-nies, speċjalment l-anzjani? Jista’ jgħid ukoll meta huwa mistenni li jibda dan il-proġett?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14792 u 18646, ninfurmah li l-proġett mistenni jibda lejn l-aħħar kwart tas-sena u fih se jkun hemm madwar 75 bank.
Dipartiment tal-Indafa Pubblika — Impjegati fuq bażi full-time
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14791 u 18647 u jgħid kemm kien hemm persuni impjegati fuq bażi full-time, u f’liema grad, mad-Dipartiment tal-Indafa Pubblika fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika fl-1 ta' Jannar, 2024? Jista' jgħid ukoll kemm hemm persuni impjegati fuq bażi full-time fl-istess Dipartiment fil-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija u f'liema grad?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta’ impjegati fuq bażi full-time fid-Dipartiment tal-Indafa Pubblika huwa s-segwenti:
Sezzjoni
Numru ta’ ħaddiema
Amministrazzjoni
32
Customer Care
9
Supervisory
95
Engineering / Technical
8
Health & Safety
1
Cleansing
377
Maintenance
30
Drivers (including Heavy Plant)
42
Security
5
Kunsill Konsultattiv dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni — Membri
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kunsill Konsultattiv dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni fil-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni mitluba.
Awtorità tal-Ippjananr – Azzjonijiet meħuda dwar applikazzjoni PA867/20
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 7761 u 18721 dwar żvilupp li mhux kopert b’permess ta’ żvilupp, jista' l-Ministru jelenka l-azzjonijiet meħuda mill-Awtorità tal-Ippjanar minn mindu l-istess Awtorità ħadet konjizzjoni tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell dwar l-applikazzjoni PA867/20 sabiex dan l-iżvilupp li ma kienx kopert b’permess ta’ żvilupp jiġi konformi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar diġà tat ir-risposta tagħha fil-mistoqsija parlamentari 18721.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx site visit fi Triq Dun Ġorġ Zammit Birżebbuġa biex jiġi stabbilit liema xogħlijiet iridu jsiru fuq il-bankina? Jista’ jispjega fiex ser jikkonsistu x-xogħlijiet u jinkludux preparamenti sabiex cables u servizzi oħra jiġu mgħoddija mill-bankina? Jista’ jgħid meta ser jibdew u jispiċċaw ix-xogħlijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li għaddejjin diskussjonijiet mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi dwar ix-xogħlijiet meħtieġa, inkluż dawk anċillari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati għalliema kkwalifikati bħala għalliema u kemm għalliema kwalifikati irriżenjaw? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew ingaġġati għalliema supply u kemm għalliema supply irriżenjaw?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena skolastika ġew ingaġġati 261 f’għalliema kwalifikati jew għalliema supply, filwaqt li rriżenjaw total ta’ 69 f’għalliema kwalifikati jew għalliema supply.