Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skema ta’ Qsim ta’ Ekwità - Medja u medjan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3213 u jipprovdi, f’tabella separata għal kull sena mill-2022 sal-2025 u għall-2026 sal-aħħar data disponibbli, għall-każijiet konklużi taħt l-Iskema ta’ Qsim ta’ Ekwità, il-medja u l-medjan tal-prezz tal-proprjetà, tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Awtorità u tal-perċentwal tas-sehem tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Skema ta’ Self Soċjali - Medja u medjan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3215 u jgħid, għal kull sena mill-2022 sal-2025 u għall-2026 sal-aħħar data disponibbli, għall-każijiet konklużi taħt l-Iskema tas-Self Soċjali, x’kienu l-medja u l-medjan tal-prezz tal-proprjetà, tal-ammont tas-self, u tas-sussidju ta’ kull xahar approvat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Birżebbuġa – Triq iż-Żurrieq – Distribuzzjoni tal-elettriku

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq iż-Żurrieq, Birżebbuġa, tista' l-Ministru tgħid jekk sarux, jew hemmx il-ħsieb li jsiru, ix-xogħlijiet neċessarji sabiex id-distribuzzjoni tal-elettriku issir minn taħt l-art?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fil-preżent l-Enemalta m’għandhiex ippjanati tali xogħlijiet.

Birżebbuġa – Triq iż-Żurrieq – Xogħlijiet – Ċertifikati

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq iż-Żurrieq, Birżebbuġa, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra iċ-ċertifikati ta' kwalità u/jew konformità għax-xogħlijiet li diġà saru?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li preżentament il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed twettaq spezzjonijiet permezz ta’ CCTV fuq il-mejnijiet li qed jitpoġġew waqt ix-xogħlijiet biex tiżgura li dawn qegħdin jiġu installati f’konformità mal-proċeduri stabbiliti.  Meta ix-xogħol ikun finalizzat terġa’ ssir spezzjoni oħra finali fejn jiġi ċċertifikat ix-xogħol kollu.

Birżebbuġa – Triq iż-Żurrieq – Xogħlijiet – Ċertifikati

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq iż-Żurrieq, Birżebbuġa, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra iċ-ċertifikati ta' kwalità u/jew konformità għax-xogħlijiet li diġà saru?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Birżebbuġa – Triq iż-Żurrieq – Sistema tad-drenaġġ

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq iż-Żurrieq, Birżebbuġa, tista' l-Ministru tgħid kif u xiex ser jinbidel fis-sistema tad-drenaġġ, b'kemm ser tiżdied il-kapaċità tas-sistema u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti li juru dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bi proġett estensiv fejn qed isir bdil tal-mejnijiet tad-drenaġġ eżistenti kollha biex titjieb l-effiċjenza tan-network eżistenti.

Birżebbuġa – Triq iż-Żurrieq – Water culverts

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq iż-Żurrieq, Birżebbuġa, jista' l-Ministru jgħid jekk hux ser isiru water culverts biex jiġi immaniġġjat l-ilma tax-xita u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti li juru l-infrastruttura li ser issir jew li ser tinbidel għal dan il-għan?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Birżebbuġa – Triq iż-Żurrieq – Xogħlijiet

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq iż-Żurrieq, Birżebbuġa, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-project plan li juri liema huma x-xogħlijiet li saru, jew ser isiru, min huwa responsabbli għal liema xogħlijiet u t-timeline?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Skema tal-10% Depożitu u Skema ta’ Qsim ta’ Ekwità – Numru ta’ applikazzjonijiet miċħuda

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3219 u jipprovdi, separatament għall-iskema tal-10% Depożitu u għall-Iskema ta’ Qsim ta’ Ekwità, għal kull sena mill-2022 sal-2025 u għall-2026 sal-aħħar data disponibbli, in-numru ta’ applikazzjonijiet miċħuda minħabba: (a) dħul ogħla mil-limitu, kemm qabżuh b’sa €1,000, b’bejn €1,001 u €5,000, u b’aktar minn €5,000; (b) dħul taħt il-minimu applikabbli jew insuffiċjenti għall-ħlas tas-self; (ċ) età; (d) assi jew ownership ta’ proprjetà oħra; (e) prezz jew valur tal-proprjetà ogħla mill-limitu; (f) nuqqas ta’ konformità ma’ kriterji oħra tal-bank; jew (g) raġunijiet oħra, li għandhom jiġu speċifikati? Jista’ l-Ministru jiddistingwi bejn ċaħdiet mill-Awtorità u dawk mill-bank, u jgħid kemm-il applikazzjoni ġiet approvata mill-Awtorità iżda sussegwentement miċħuda mill-bank? Fejn applikazzjoni għandha aktar minn raġuni waħda, jista’ jiċċara dan sabiex jiġu evitati kalkulazzjonijiet doppji?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Strutturi illegali – Sena 2025

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3220 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1432, jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalità kienu jinstabu l-każijiet ta’ strutturi li sal-aħħar tas-sena 2025 li għalkemm ħallsu l-multa massima kienu għadhom illegali, irregolari jew mhux sanzjonati u jekk inbidilx l-istatus tagħhom mill-aħħar tal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-każijiet imsemmija, kien hemm bidla fl-istatus ta’ każ wieħed biss, fil-lokalità ta’ Ħal Qormi, fejn l-iżvilupp illegali tneħħa. Fir-rigward tal-każijiet fin-Naxxar, Ħal Luqa u l-Mellieħa, ma kien hemm l-ebda bidla fl-istatus tagħhom sa mil-aħħar tal-2025.

Proprjetajiet mixtrija minn persuni li ma kenux ċittadini Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw proprjetajiet f'Malta u f'Għawdex minn persuni li ma kenux ċittadini Maltin fil-mument li sar il-kuntratt sena b'sena mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Tax Rate for Income from Sports Activities – Investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi investigazzjoni mill-Kummissarju għat-Taxxi Interni fuq xi tip ta’ abbuż rigward Tax Rate for Income from Sports Activities u jekk iva, fuq liema dixxiplina saret din l-investigazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ilil l-MTCA twettaq verifiki bbażati fuq ir-riskju f’diversi oqsma, inkluż fir-rigward tar-rata tat-taxxa applikabbli għal dħul minn attivitajiet sportivi. Dettalji dwar każijiet jew verifiki speċifiċi, inkluż id-dixxiplina sportiva kkonċernata, ma jistgħux jiġu żvelati minħabba d-dispożizzjonijiet dwar is-segretezza skont il-liġijiet tat-taxxa.

Tax Rate for Income from Sports Activities – Investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi investigazzjoni mill-Kummissarju għat-Taxxi Interni fuq xi tip ta’ abbuż rigward Tax Rate for Income from Sports Activities u jekk iva, fuq liema dixxiplina saret din l-investigazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat

Birżebbuġa – Konkos fi trejqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3222 u jgħid jekk is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għamlitx investigazzjoni dwar konkos li sar fi trejqa qrib id-Dar ta’ Pultu, fil-limiti ta’ Birżebbuġa? Jekk iva, jista’ jgħid x’kien ir-riżultat u/jew x’azzjoni ttieħdet u/jew ser tittieħed?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li uffiċċjali tas-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali ser ikunu qed jispezzjonaw is-sit fil-ġranet li ġejjin.

Skema tal-10% Depożitu u Skema ta’ Qsim ta’ Ekwità - Numru ta’ applikazzjonijiet miċħuda

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi, separatament għall-iskema tal-10% Depożitu u għall-Iskema ta’ Qsim ta’ Ekwità, għal kull sena mill-2022 sal-2025 u għall-2026 sal-aħħar data disponibbli, in-numru ta’ applikazzjonijiet miċħuda minħabba: (a) dħul ogħla mil-limitu, kemm qabżuh b’sa €1,000, b’bejn €1,001 u €5,000, u b’aktar minn €5,000; (b) dħul taħt il-minimu applikabbli jew insuffiċjenti għall-ħlas tas-self; (ċ) età; (d) assi jew ownership ta’ proprjetà oħra; (e) prezz jew valur tal-proprjetà ogħla mill-limitu; (f) nuqqas ta’ konformità ma’ kriterji oħra tal-bank; jew (g) raġunijiet oħra, li għandhom jiġu speċifikati? Jista’ l-Ministru jiddistingwi bejn ċaħdiet mill-Awtorità u dawk mill-bank, u jgħid kemm-il applikazzjoni ġiet approvata mill-Awtorità iżda sussegwentement miċħuda mill-bank? Fejn applikazzjoni għandha aktar minn raġuni waħda, jista’ jiċċara dan sabiex jiġu evitati kalkulazzjonijiet doppji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Birżebbuġa - Konkos fi trejqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għamlitx investigazzjoni dwar konkos li sar fi trejqa qrib id-Dar ta’ Pultu, fil-limiti ta’ Birżebbuġa? Jekk iva, jista’ jgħid x’kien ir-riżultat u/jew x’azzjoni ttieħdet u/jew ser tittieħed?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Proprjetajiet mixtrija minn ċittadini mhux Maltin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il proprjetà f’Malta u f’Għawdex inxtrat minn persuni li ma kinux ċittadini Maltin fil-mument li sar il-kuntratt bejn is-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Strutturi illegali - Sena 2025

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1432, jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalità kienu jinstabu l-każijiet ta’ strutturi li sal-aħħar tas-sena 2025 li għalkemm ħallsu l-multa massima kienu għadhom illegali, irregolari jew mhux sanzjonati u jekk inbidilx l-istatus tagħhom mill-aħħar tal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura.

Għotja għax-Xiri ta’ Residenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, għal kull sena mill-bidu tal-iskema tal-Għotja għax-Xiri ta’ Residenza sal-aħħar data disponibbli fl-2026, kemm-il applikazzjoni tilfet pagamenti minħabba sottomissjoni tardiva, kemm-il għotja twaqqfet u għal liema raġuni, u l-valur tal-pagamenti futuri marbuta mal-għotjiet approvati, suġġetti għat-tkomplija tal-eliġibbiltà?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fir-rigward tal-applikazzjonijiet li tilfu d-dritt għall-pagament minħabba s-sottomissjoni tardiva, fl-2022 kien hemm 46 applikazzjoni, fl-2023 kien hemm 230 applikazzjoni, fl-2024 kien hemm 54 applikazzjoni u fl-2025 kien hemm 17-il applikazzjoni, filwaqt li fl-2026 ma kien hemm l-ebda applikazzjoni f’din il-kategorija. Fir-rigward tal-għotjiet li twaqqfu, fl-2022 twaqqfu 144 applikazzjoni, fl-2023 twaqqfu 57 applikazzjoni, fl-2024 twaqqfu 24 applikazzjoni, fl-2025 twaqqfu 12-il applikazzjoni u fl-2026 twaqqfu żewġ applikazzjonijiet. It-twaqqif ta’ dawn l-applikazzjonijiet kien dovut għal diversi raġunijiet, fosthom meta l-proprjetà ġiet trasferita lil terzi, meta s-self relatat mal-proprjetà tħallas kollu kemm hu, jew meta l-proprjetà bdiet tinkera lil terzi mis-sidien tagħha. Fir-rigward tal-pagamenti, dawn isiru matul ix-xahar ta’ Ġunju ta’ kull sena, u għalhekk, fir-rigward tal-pagament dovut f’Ġunju tal-2027, l-Awtorità tad-Djar għandha, sal-lum, ammont ta’ €9,073,400. Fl-aħħar nett, bħalissa hemm 738 applikazzjoni pendenti, li għadhom qegħdin jiġu vverifikati mill-Awtorità tad-Djar sabiex jiġi stabbilit jekk jissodisfawx il-kriterji ta’ eliġibbiltà.

Għotja għax-Xiri ta’ Residenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, għal kull sena mill-bidu tal-iskema tal-Għotja għax-Xiri ta’ Residenza sal-aħħar data disponibbli fl-2026, kemm kienu x-xerrejja għall-ewwel darba, ix-xerrejja għat-tieni darba jew il-benefiċjarji tal-għotja miżjuda marbuta mad-diżabilità?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda fit-tabella t’hawn taħt: Data tax-Xiri Tal-Proprjetà 1st Time Buyers 2nd Time Buyers * 2022 3723 226* 2023 3016 185* 2024 3044 184* 2025 2969 176* 2026 sas- 7/10/2026 227 2 Total 12,979 773 * Ma kkwalifikawx għall-1st time buyers għaliex l-iskema ma kinitx tippermetti bejn 2022 u 2025 imma mhux bilfors huma 2nd time buyers. Peress li l-emenda tal-għotja miżjuda marbuta mad-diżabilità hija intiża għall- persuni li xtraw il-proprjetà  fis-sena 2026 sa issa ma kellna l-ebda benefiċjarju li bbenifika mill-għotja miżjuda.