Skema — GLA29 (Expired or Expiring Emphyteutical Concessions Regulations, 2023 in terms of Legal Notice 161 of 2023)
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet minn meta nfetħet l-iskema tal-Awtorità tal-Artijiet GLA29 (Expired or Expiring Emphyteutical Concessions Regulations, 2023 in terms of Legal Notice 161 of 2023)? Jista’ jgħid ukoll kemm applikazzjonijiet ġew aċċettati u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet 168 applikazzjoni għall-iskema GLA29 li fil-parti l-kbira tagħhom ġew validati u issa qed jiġu pproċessati.
Skema — GLA25 (Purchase of Garages Owned by Government in a Government Housing Estate Granted Under a Title of Temporary Emphyteusis or Lease)
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet minn meta nfetħet l-iskema tal-Awtorità tal-Artijiet GLA25 (Purchase of Garages Owned by Government in a Government Housing Estate Granted Under a Title of Temporary Emphyteusis or Lease)? Jista’ jgħid ukoll kemm applikazzjonijiet ġew aċċettati u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li mill-1 ta' Settembru 2020 'l hawn l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet total ta’ 194 il-applikazzjoni GLA25, fejn 153 gew konklużi, 28 għadhom pendenti u 13 ġew irrifjutati.
Dwar applikazzjonijiet qabel din id-data nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7161
B'referenza għad-diversi skemi għal fidi ta’ ċnus u kirjiet temporanji fuq proprjetajiet residenzjali, jista' l-Ministru jgħid, kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet, kemm-il applikazzjoni ġiet aċċettata, kemm-il applikazzjoni ġiet irrifjutata u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u jaqsam din l-informazzjoni skema skema u sena sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li mill-1 ta' Settembru 2020 'l hawn l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet total ta’ 1857 il-applikazzjoni għal fidi ta’ ċnus, li s’issa ġew validati 1074 applikazzjoni, li minnhom 533 huma konklużi waqt li 11 ġew rifjutati.
Dwar applikazzjonijiet qabel din id-data nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7161
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Dental Hygienists mad-Dipartiment tas-Saħħa u ma’ Dipartimenti oħra fil-Ministeru tas-Saħħa? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx full complement u għaldaqstant jekk hemmx vakanzi u, f’każ li hemm, meta hemm il-ħsieb illi jinfetħu l-applikazzjonijiet?
Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar snin inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta' Birżebbuġa ? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra
Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt snin inbnew mill-ġdid fil-lokalità taż-Żurrieq ? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti r-rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li nbnew mill-ġdid fl-aħħar sitt snin fil-lokalità tal-Imqabba ? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt inbnew mill-ġdid snin fil-lokalità tal-Qrendi ? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
WSC/T/118/2023 — WORKS – TRENCHING AND PIPELAYING WORKS IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER BY THE WSC - CONSOLIDATION OF SEWER AND POTABLE WATER NETWORKS IN BIRZEBBUGA, PRETTY BAY AREA’ - Xogħlijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta ser jibdew u meta huma mistennija li jkunu kompluti, ix-xogħlijiet li għalihom inħareġ it-tender ‘WSC/T/118/2023 - WORKS – TRENCHING AND PIPELAYING WORKS IN AN ENVIRONMENTALLY FRIENDLY MANNER BY THE WSC - CONSOLIDATION OF SEWER AND POTABLE WATER NETWORKS IN BIRZEBBUGA, PRETTY BAY AREA’ inkluż is-senjalazzjoni tat-traffiku?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20817. Ninsab infurmata li għaddejjin diskussjonijiet biex jitfassal pjan dwar it-twettiq ta’ dawn ix-xogħlijiet biex isiru wkoll xogħlijiet għat-tisħiħ tad-distribuzzjoni tal-elettriku fl-istess inħawi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18854 u 20816 u jippreżenta lista tal-eviction orders li għadhom attivi u li turi d-dati ta’ meta nħarġu dawn l-ordnijiet?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19323, tista' l-Ministru tikkonferma li kull wieħed mill-istabbilimenti li jiffurmaw parti mill-kumpless tat-Teatru Rjal u/jew imissu miegħu, inkluż il-faċilitajiet kummerċjali mikrija lil privat għandhom arloġġ tad-dawl irreġistrat separatament?
Wied il-Għajn — Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta' San Tumas – Permessi għal imwejjed u siġġijiet
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numri tal-permessi għal imwejjed u siġġijiet fi Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta' San Tumas f’Wied il-Għajn u jinkludi s-site-plan u l-pjanta għal kull permess?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-permessi tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Karma.
Wied il-Għajn — Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta' San Tumas – Permessi għal imwejjed u siġġijiet
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numri tal-permessi għal imwejjed u siġġijiet fi Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta' San Tumas f’Wied il-Għajn u jinkludi s-site-plan u l-pjanta għal kull permess?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Wied il-Għajn — Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta' San Tumas – Permessi għal imwejjed u siġġijiet
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numri tal-permessi għal imwejjed u siġġijiet fi Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta' San Tumas f’Wied il-Għajn u jinkludi s-site-plan u l-pjanta għal kull permess?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
L-Awtorità tal-Artijiet – Kera ta’ proprjetajiet fiż-Żurrieq
Question
Jista' l-Ministru jelenka, anke permezz ta' pjanti, liema huma l-garaxxijiet u postijiet li l-Awtorità tal-Artijiet qed tirċievi kera għalihom imma ma tistax tbigħhom għaliex għadhom ma ġewx akkwistati mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll jekk garaxxijiet u postijiet inħarġux għal bejgħ jew hemmx il-ħsieb li jinħarġu għal bejgħ mill-istess Awtorità fi Triq Karmnu Zammit u Triq Wied Babu, iż-Żurrieq?
Ħaż-Żabbar — Triq l-Iskola - Enforcement Notices attivi
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Enforcement Notices li għadhom attivi, ta' każijiet fi Triq l-Iskola, Ħaż-Żabbar li turi n-numru tal-EC, id-data meta nħarġet u deskrizzjoni qasira ta' x'azzjonijiet ittieħdu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti:
Numru tal-avviż
Indirizz
Deskrizzjoni tal-iżvilupp illegali
Azzjonijiet li ttieħdu sal-lum
EC/00097/24
St Paul, Triq l-Iskola, Zabbar
Għandek żvilupp mhux skont il-permess PB/0497/61, u dan billi nbidel l-użu ta' maħżen għal post fejn issir tiswija u manutenzjoni ta' vetturi (mechanic workshop), mingħajr permess.
L-avviż ta’ infurzar inħareġ fit-3 ta’ Lulju 2024, u s-sid irċevih fis-6 ta’ Lulju 2024. Is-sid tal-post sostna li l-użu ilu għaddej snin, iżda ma kienx f’pożizzjoni li jipproduċi liċenzja tal-użu. Fl-24 ta’ Lulju 2024 saret spezzjoni oħra mill-uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar, u ġie kkonfermat li l-użu kien għadu ma waqafx. Il-każ ġie riferut biex tittieħed azzjoni diretta mill-Awtorità tal-Ippjanar biex jitwaqqaf l-użu, liema azzjoni tittieħed skont prijoritajiet ta’ urġenza ta’ każijiet. Fl-aħħar ġimgħat l-Awtorità rċeviet ukoll ilmenti rigward periklu minħabba parkeġġ ta’ vetturi li jkunu qegħdin jissewwew fuq it-triq. L-Awtorità infurmat lil min għamel l-ilment li kwistjonjiet ta’ saħħa u sigurtà, kif ukoll aġir li jiddisturba lill-ġirien mhumiex fil-kompetenza tal-Awtorità tal-Ippjanar.
EC/00065/04
64, Triq L-Iskola, Zabbar
Għandek ċumnija mhux skont il-pjanti approvati fil-permess PA 2485/02 datat 28 ta' Ġunju 2002, billi ma rtirajtx il-ġewwa mill-faccata skont kif indikat fil-pjanti approvati
L-avviż ta’ infurzar inħareġ fit-28 ta’ Jannar 2004 peress li ċ-ċuminija ma kinitx irtirata mill-faċċata ta’ quddiem skont id-distanza indikata fuq il-pjanta approvata tal-permess PA/2485/02. Il-każ kien riferut biex tittieħed azzjoni diretta mill-Awtorità tal-Ippjanar, liema azzjoni tittieħed skont prijoritajiet ta’ urġenza ta’ każijiet. Fi Frar 2024, sid il-proprjetà talab biex l-avviż ta’ infurzar jingħalaq peress li ċ-ċumnija kienet modifikata. Iżda l-avviż ma jistax jingħalaq peress li ċ-ċumnija mhix irtirata skont il-qisien murijin fuq il-pjanta approvata.
B'referenza għal AD 01 dwar sit fix-Xgħajra jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-file relatat mat-Tender ippubblikat fit-8 ta' Jannar u jindika għaliex inħareġ it-tender wara li nbidel l-użu tas-sit minn Bar għal Restaurant? Jista' jindika min rebaħ it-tender u jippreżenta x-schedule tal-bids? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm xi intervent mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar dan is-sit partikolari u jekk hemmx il-ħsieb illi l-Awtorità tal-Artijiet tieħu lura l-post ġaladarba x-xogħlijiet waqfu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet kienet ħarġet tender ta’ post fix-Xgħajra b’użu ta’ bar u restaurant fit-8 ta’ Jannar 2021. Dan it-tender kien inħareġ wara li l-inkwilin li qabel kellu dan il-post f’idejh irritorna ċ-ċwievet lill-Awtorità u b’konsegwenza ta’dan, il-fond kien ġie battal. It-tender maħruġ kien isegwi erba’ applikazzjonijiet li kienu daħħlu minn persuni differenti b’talba għall-ħruġ ta’ tender u l-proċess segwa l-procedura stabbilta mill-Awtorità. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda ta’ dawk li tefgħu l-offerta tagħhom. Il-kumpanija li tefgħet l-ogħla offerta kienet ingħatat il-kuntratt ta’ kera. Ninsab infurmat li l-Awtorità qed tevalwa l-pożizzjoni tagħha fid-dawl tal-iżvilluppi riċenti.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20821 u tgħid meta hemm il-ħsieb li jitwassal in-new water fl-inħawi ta' Ħal Far u Ħal Blandun u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta ta’ kif se tkun is-sistema tad-distribuzzjoni fl-inħawi?
Ħal Far — Triq Ħal Far u ż-żona ta’ Ħal Blandun - Xogħlijiet
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20820 u tgħid meta se jitlestew ix-xogħlijiet fi Triq Ħal Far, f’Ħal Far u fiż-żona ta' Ħal Blandun?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet min-naħa ta’ Enemalta tlestew u t-triq reġgħet ingħatat l-asfalt skont il-permess maħruġ minn Transport Malta.