Ir-Rabat, Għawdex — Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ – Permessi
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ permessi maħruġa mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal imwejjed u siġġijiet fi Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ir-Rabat, Għawdex — Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ - Konċessjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ konċessjonijiet maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet għal imwejjed u siġġijiet fi Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex?
Birżebbuġa – Triq il-Port Ħieles – Zebra Crossings
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21797 u jgħid meta ser jinxtegħel id-dawl taż-zebra crossings fi Triq il-Port Ħieles, Birżebbuġa, in-naħa tal-Malta Freeport?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta approvat upgrading ta’ pedestrian crossings fi Triq il-Port Ħieles f’Birzebbuġa u issa għaddiet għal fażi tal- implimentazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21798 u ċjoè: Bħala parti mill-proġett ta’ €700 miljun f’bini ta’ toroq madwar il-pajjiż, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar snin inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta’ Birżebbuġa? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f’kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid f’Birżebbuġa jinkludu Triq Mons Spir Penza, Triq San Partrizju – Parking Area, Triq San Patrizju, Triq Ferdinand Stuflesser ll, Sqaq il-Girghien, Triq il-Kan Karm Bugelli, Triq il-Barrieri, Triq il-Barrieri, Triq il-Musbieħ, Triq il-B¿ulizija, Triq Gebel u Triq tal-Papa p/o, Triq Żaren Dalli, Triq il-Brolli, n/s fi Triq il-Qorll, Triq Mons Spir Penza, Triq ix-Xerriek, Triq it-Tankijiet, Triq Ħal Far, Triq il-Qalb Imqaddsa, Sqaq unamed alley in Triq Ħal Frar, Sqaq fi Triq l-Immakulata Kunċizzjoni, Triq ta’ Giligejla, Triq il-Fortizza ta’ Karagg, ix-Xatt ta’ San Ġorġ p/o Triq Nazzarenu Dalli u p/o Triq San Pietru, Sqaq fi Triq Limiti ta’ Wied il-Qoton, Triq 22 ta’ Frar, Triq l-Imnarja, Triq il-Fortizza, Triq Birżebbuġa, Triq ta’ Feliċjan u Shooting Range, saru b’investiment ta’ aktar minn €10 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21799 u ċjoè: Bħala parti mill-proġett ta’ €700 miljun f’bini ta’ toroq madwar il-pajjiż, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt snin inbnew mill-ġdid fil-lokalità taż-Żurrieq? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f’kull waħda mit-toroq u jagħti r-rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid fiż-Żurrieq jinkludu Sqaq Barcellona, Triq l-Għerien, Triq San Martin, Triq San Martin, Triq Santa Agata Triq Ġdida fi, Triq Sant Agata, Triq E. Grech, Triq il-Wardija, Triq bla isem fi Triq il-Belt Valletta, Triq Qortin, Sqaq il-Wahx, Triq Unamed Road in Triq il-Wardija, Triq il-Qroll p/o, Antonia Farrugia, Triq Wied Ganu, Sqaw Ta’ b’Xejn, Triq Zaccaria Roncali, Triq San Ġorġ Preca, Triq fi Triq il-Wardija, Triq Ħal Millieri, Triq Ġdida fi Triq Wied Fuliija, Sqaq ir-Rikka, Triq Wied Fulija, Vjal ix-Xarolla, Triq Bronja & Triq Dun Vincenz Schembri, Vjal il-Blu Grotto, Triq ic-Combini saru b’investiment ta’ aktar minn €7 miljun. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Wied il-Għajn — Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta' San Tumas – Permessi għal imwejjed u siġġijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21718, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-siteplan u l-pjanta għal kull permess imsemmi għal imwejjed u siġġijiet fi Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta' San Tumas f’Wied il-Għajn?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra s-siteplans u l-pjanti approvati. Dawn id-dokumenti huma aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-website tal-Awtorità tal-Ippjanar www.pa.org.mt.
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' stabbilimenti privati li għandhom titolu u x'inhu t-titolu fuq proprjetà li tagħmel parti mill-kumpless tat-Teatru Rjal u/jew imissu miegħu, ikluż il-faċilitajiet kummerċjali?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistosija parlamentari 19310.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18854, 19313, 20816 u 21716 u jippreżenta lista tal-eviction orders li għadhom attivi u li turi d-dati ta’ meta nħarġu dawn l-ordnijiet?
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumentazzjoni kollha li ġiet mgħoddija lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex seta’ jiskatta l-proċess rigward it-tibdil propost fil-parti tal-Pjani Lokali tal-2006 għar-Rural Settlements?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument mitlub ma huwiex wieħed li jaqgħa taħt l-Artiklu 33(2) tal-Kap 552, li jiddefinixxi liema huma d-dokumenti li għandhom ikunu aċċessibli u disponibbli għall-pubbliku.
Madankollu, d-dokumentazzjoni tikkonsisti f’istruzzjoni sabiex jigu ppublikati l-objettivi relevanti u li issa huma pubbliċi għal konsultazzjoni pubblika.
Dan kif titlob il-ligi.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumentazzjoni kollha li ġiet mgħoddija lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex seta' jiskatta l-proċess rigward it-tibdil propost fil-parti tal-Pjani Lokali tal-2006 għal Għawdex u Kemmuna għal Għajnsielem u x-Xewkija?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument mitlub ma huwiex wieħed li jaqgħa taħt l-Artiklu 33(2) tal-Kap 552, li jiddefinixxi liema huma d-dokumenti li għandhom ikunu aċċessibli u disponibbli għall-pubbliku.
Madankollu, d-dokumentazzjoni tikkonsisti f’istruzzjoni sabiex jigu ppublikati l-objettivi relevanti u li issa huma pubbliċi għal konsultazzjoni pubblika.
Dan kif titlob il-ligi.
Imwejjed u siġġijiet — Permessi ġodda maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' permessi ġodda maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għall-imwejjed u siġġijiet, mill-ewwel ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2024, maqsuma xahar b'xahar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ permessi eżekuttibli għal perjodu mitlub. Għal kull permess hemm indikat jekk dan huwiex permess full jew renewal (li jġedded il-validità ta’ permess diġà eżistenti). L-informazzjoni murija f’din it-tabella nġabret mis-sistema tal-informatika tal-istess Awtorità fejn id-deskrizzjoni tal-proposta tinkludi l-kliem “tables and chairs” jew “outdoor catering” jew “outside catering”.
Awtorità tal-Artijiet – Trasferiment ta’ Palm Beach
Question
B’referenza għall-informazzjoni diġà fid-dominju pubbliku dwar l-akkwist minn entità privata tal-lido li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk din hijiex korretta u x’tip ta’ trasferiment sar f’dan il-każ? Jista’ jgħid liema proċedura ntużat għal din it-transazzjoni u jekk ħariġx tender? Jista’ jgħid ukoll f’liema fażijiet l-Awtorità tal-Artijiet kienet involuta u f’liema stadji tat l-approvazzjoni tagħha?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-konċessjoni emfitewtika li ngħatat permezz ta’ kuntratt tal-4 ta’ Mejju 2006, liema konċessjoni tipprospetta li ċ-ċenswalist jista’ jitresferixxi l-konċessjoni emfitewtika jew jagħti kirja lil terzi sakemm jingħata l-kunsens mill-Kummissarju tal-Artijiet u illum mill-Awtorita tal-Artijiet. Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra li permezz tagħha ġie kkomunikat il-kunsens tal-Awtorità tal-Artijiet għat-trasferiment tal-konċessjoni.
Ħal Far, Wied Fulija, Ħal Blandun u Bengħisa — New water
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21584 fl-intier tagħha u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta tad-distribuzzjoni u project plan li jelenka x-xogħlijiet li għad baqa’ jsiru biex ikun imwassal in-New Water fiż-żoni ta’ Ħal Far, Wied Fulija, Ħal Blandun u Bengħisa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Kif spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21584, dan il-proġett huwa maqsum f'diversi fażijiet u huwa mmirat li jitlesta kollu lejn l-aħħar tas-sena 2026, fejn imbagħad il-bdiewa jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ min-New Water fil-bidu tas-sena 2027. Bħalissa diġà għaddejjin ix-xogħlijiet fiż-żoni ta’ Marsaxlokk, Ħal Għaxaq, Ħal Safi u ż-Żurrieq li mbagħad se jimxu lejn Wied Fulija, waqt li x-xogħol fl-inħawi ta’ Ħal Far għandu jibda fil-ġimgħat li ġejjin.
Awtorità tal-Ippjanar – Żona ta’ Villa Rosa – Tibdil fil-Pjan Lokali għal Portijiet tat-Tramuntana
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumentazzjoni kollha illi ġiet mgħoddija lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex seta’ jiskatta l-proċess rigward it-tibdil propost fil-parti tal-Pjan Lokali għal Portijiet tat-Tramuntana fiż-żona ta’ Villa Rosa u l-madwar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument mitlub mhuwiex wieħed li jaqa' taħt l-Artiklu 33(2) tal-Kap 552, li jiddefinixxi liema huma d-dokumenti li għandhom ikunu aċċessibli u disponibbli għall-pubbliku.
Mandankollu, kif diġà kkonfermajt b’mod pubbliku fil-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, id-dokumentazzjoni li ġiet mgħoddija lill-Awtorità tal-Ippjanar hija l-istruzzjoni għal pubblikazzjoni tal-objettivi kif hemm ippublikat fil-konsultazzjoni pubblika.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9980 u 10341, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull ftehim li l-Gvern Malti kien għamel ma’ investituri barranin bejn l-1970 u l-1990 dwar l-art fejn inbniet il-Lukanda Jerma?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret, l-uniku kuntratt bejn il-Gvern u investituri barranin marbut mal-lukanda in kwistjoni, li sar fis-snin li rrefera għalihom Onorevoli Membru huwa dak li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-permessi maħruġa mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal imwejjed u siġġijiet fi Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta’ San Tumas?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konċessjonijiet maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet għal imwejjed u siġġijiet fi Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta’ San Tumas?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt snin inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta' Ħal Safi? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti r-rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt snin inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta' Ħal Kirkop? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt snin inbnew mill-ġdid f' Ħal Farruġ, Ħal Luqa? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.