Ir-Rabat, Għawdex — Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ - Konċessjonijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22612, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-tmien konċessjonijiet maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet għal imwejjed u siġġijiet fi Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ, fir-Rabat, Għawdex?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista mitluba.
Il-Qrendi — Vaċċin kontra l-influwenza, COVID-19 u PVC 20
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ser ikunu qed jingħataw il-vaċċini kontra l-influwenza, l-COVID-19 u t-tilqima Pnewmokokkali 20 (PVC 20) fil-Qrendi u min ser ikun qed jaħseb għas-servizz tat-tabib u/jew infermiera biex dawn jingħataw?
Sannat, Għawdex — Triq il-Paranji - Sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid li s-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku għal Triq il-Paranji, is-Sannat, Għawdex u l-inħawi ser tkun qed tissaħħaħ permezz ta' sub-station u tindika fejn ser issir din is-substation u meta din is-sub-station ser tkun qed tiffunzjona?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddej il-proċess biex fiż-żona indikata, fix-xhur li ġejjin tiġi kumissjonata substation ġdida biex inkomplu nsaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni fil-lokalità. Ix-xogħol fuq din is-substation mistenni jkun lest sal-ewwel kwart tas-sena 2025.
Sannat, Għawdex — Triq il-Paranji - Servizz tal-elettriku
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-appartamenti l-ġodda fi Triq il-Paranji, is-Sannat, Għawdex humiex ser jingħataw is-servizz tal-elettriku wara li japplikaw jew jekk jenħtiġielhomx jistennew li tiġi installata sub-station fiż-żona?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li l-Enemalta għadha ma rċevitx applikazzjonijiet għal servizzi ġodda fil-post indikat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22121 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konċessjonijiet maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet għal imwejjed u siġġijiet fi Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta’ San Tumas?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fit-toroq msemmija hemm 29 konċessjoni maħruġa mil-Awtorità tal-Artiijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18854, 19313, 20816, 21716 u 22240 u jippreżenta lista tal-eviction orders li għadhom attivi u li turi d-dati ta’ meta nħarġu dawn l-ordnijiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa hemm 28 ordni ta’ żgumbrament li qed jiġu segwiti.
Ir-Rabat, Għawdex — Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ - Konċessjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22429 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ konċessjonijiet maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet għal imwejjed u siġġijiet fi Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fit-toroq u l-pjazza msemmija hemm 8 konċessjonijiet maħruġa mil-Awtorità tal-Artiijiet.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21802 u ċjoè: Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt snin inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta' Ħal Safi? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti r-rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid Ħal Safi jinkludu Triq Il-Kuccard, Triq Il-Punici, Triq it-Tellerit, Triq San Gwann, Triq San Pawl, Triq l-Iskola u Triq in-Nassaba p/o, u Triq is-Summien saru b’investiment ta’ aktar minn miljun ewro. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Birżebbuġa — Vaċċin kontra l-influwenza, l-COVID-19 u l-PVC 20
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ser ikunu qed jingħataw il-vaċċini kontra l-influwenza, il-COVID-19 u t-tilqima Pnewmokokkali 20 (PVC 20) f'Birżebbuġa u min ser ikun qed jaħseb għas-servizz tat-tabib u/jew infermiera biex dawn jingħataw?
Iż-Żurrieq — Vaċċin kontra l-influwenza, l-COVID-19 u l-PVC 20
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ser ikunu qed jingħataw il-vaċċini kontra l-influwenza, il-COVID-19 u t-tilqima Pnewmokokkali 20 (PVC 20) fiż-Żurrieq u min ser ikun qed jaħseb għas-servizz tat-tabib u/jew infermiera biex dawn jingħataw?
Ħal Safi — Vaċċin kontra l-influwenza, l-COVID-19 u l-PVC 20
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ser ikunu qed jingħataw il-vaċċini kontra l-influwenza, il-COVID-19 u t-tilqima Pnewmokokkali 20 (PVC 20) f'Ħal Safi u min ser ikun qed jaħseb għas-servizz tat-tabib u/jew infermiera biex dawn jingħataw?
Ħal Kirkop — Vaċċin kontra l-influwenza, l-COVID-19 u l-PVC 20
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ser ikunu qed jingħataw il-vaċċini kontra l-influwenza, il-COVID-19 u t-tilqima Pnewmokokkali 20 (PVC 20) f'Ħal Kirkop u min ser ikun qed jaħseb għas-servizz tat-tabib u/jew infermiera biex dawn jingħataw?
L-Imqabba — Vaċċin kontra l-influwenza, l-COVID-19 u l-PVC 20
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn fejn ser ikunu qed jingħataw il-vaċċini kontra l-influwenza, il-COVID-19 u t-tilqima Pnewmokokkali 20 (PVC 20) fl-Imqabba u min ser ikun qed jaħseb għas-servizz tat-tabib u/jew infermiera biex dawn jingħataw?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21800 u ċjoè: Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li nbnew mill-ġdid fl-aħħar sitt snin fil-lokalità tal-Imqabba? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid fl-Imqabba jinkludu Sqaq Tas-Serer, Triq l Gdida fi Triq Innocenzju, Triq tal-Isqof, Triq il-Familja Brancati, Triq ir-Robba, Sqaq Nru.5 fi Triq il-Parroċċa, Triq Il-Belt Valletta, Triq il-Konvoj ta' Santa Marija, Triq George Martin, Sqaq Nru 2, Triq Valletta, Sqaq Nru.1 fi Triq is-Sejba, Sqaq bla isem fi Triq is-Sejba, Triq biswit iċ-Ċimiterju/Triq iż-Żurrieq, Triq is-Sejba, Triq il-Katakombi u Triq Nazzarenu saru b’investiment ta’ aktar minn €5 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21801 u ċjoè: Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt inbnew mill-ġdid snin fil-lokalità tal-Qrendi ? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid fil-Qrendi jinkludu Sqaq tal-Lhudija, Triq it-Tempesta, Triq ġdida c/w Haġar Qim, Triq Hal-Lew, Sqaq il-Mejda, Triq Sant’Anna, Triq Ta’ Muddejn, Sqaq ġdid c/w Triq ta’ Muddejn, Triq is-Siggiewi u Sqaq il-Ħofra saru b’investiment ta’ aktar minn 3 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm anzjani użaw is-servizz tas-Silver T, lokalità lokalità u xahar b'xahar mill-1 ta' Settembru 2023 sat-30 ta' Settembru 2024?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Skema — GLA25 (Purchase of Garages Owned by Government in a Government Housing Estate Granted Under a Title of Temporary Emphyteusis or Lease)
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21806 dwar l-iskema tal-Awtorità tal-Artijiet GLA25 (Purchase of Garages Owned by Government in a Government Housing Estate Granted Under a Title of Temporary Emphyteusis or Lease), jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijet għaliex 13-il appilikazzjoni mill-applikazzjonijiet li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet mill-1 ta' Settembru 2020 'l hawn ġew rifjutati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Infurmat li l-applikazzjonijiet li qed issir riferenza għalihom ġew rifjutati għaliex ma’ kienux eleġġibli taħt il-kriterji li titlob l-istess skema.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21804 u ċjoè: Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt snin inbnew mill-ġdid f' Ħal Farruġ, Ħal Luqa? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid f’ Ħal Farruġ u Ħal Luqa jinkludu Trejqa Dun Gulju Muscat u d-Disgha ta' April, Triq Wied in-Noqor, Triq Valletta, Triq Il-Gdida, Triq San Vincenz De Paul, Triq fi Triq Ħal Farruġ, Triq Dun Pawl, Triq San Ġużepp u Triq San Ġorġ u Triq id-Dokkiena saru b’investiment ta’ aktar minn €7 miljun. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21803 u ċjoè: Bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun f'bini ta' toroq madwar il-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li fl-aħħar sitt snin inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta' Ħal Kirkop? Jista’ jindika meta tlestew u jagħti deskrizzjoni tax-xogħlijiet li saru f'kull waħda mit-toroq u jagħti rendikont tal-ispejjeż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid Ħal Kirkop jinkludu p/o Triq San Benedittu, Sqaq San Nikola, Triq il-Lewżiet u Triq iż-Żebbiegħ saru b’investiment ta’ aktar minn miljun ewro. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Ir-Rabat, Għawdex — Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ – Permessi
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numri tal-permessi għal imwejjed u siġġijiet fi Triq San Ġużepp, Triq is-Suq u Pjazza San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex u jipprovdi s-site plan u l-pjanta għal kull permess?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fejn id-deskrizzjoni tal-proposta tinkludi l-kliem “tables and chairs” jew “outdoor catering” jew “outside catering”, fit-toroq imsemmija.