Jista’ l-Ministru jikkonferma li se jsiru x-xogħlijiet neċessarji f’Ħal Millieri, limiti tal-Imqabba, biex l-ilma tax-xita jibda jinġabar mill-culverts eżistenti u biex dawn ma jinstaddux ma’ kull ftit xita li tagħmel? Jista’ jgħid ukoll meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser ikunu lesti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li Infrastructure Malta m’għandhiex xogħol ta’ kanali għall-ilma tax-xita ippjanat f’Ħal Millieri, limiti tal-Imqabba.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat illi ssir Triq is-Sienja, fiż-Żurrieq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li ġejt infurmat li fil-preżent din it-triq ma tinsabx fil-lista ta’ xogħlijiet, però Infrastructure Malta qegħdin f’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq rigward prijoritajiet ta’ xogħol f’din il-lokalita. Qegħdha tiġi diskussa wkoll l-iskema Vjal Kulħadd, liema proposti qegħdin jiġu evalwati.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li Infrastructure Malta tibda x-xogħlijiet fi Triq tal-Ġebel, f’Birżebbuġa, sabiex l-eqreb parti ta’ din it-triq lejn Birżebbuġa tkun tista’ ssir one-way? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa ppjanat li se jdumu dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi Infrastructure Malta qed tistenna li jinħarġu l-permessi neċessarji mill-awtoritajiet rispettivi, liema permessi applika għalihom il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, sabiex ikunu jistgħu jibdew ix-xogħlijiet.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta’ fejn ser isiru l-kanali għall-ilma tax-xita fi Triq tal-Ġebel, f’Birżebbuġa? Jista’ jgħid meta ser jibdew ix-xogħlijiet u kemm huwa ppjanat li ser idumu?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li Infrastructure Malta m’għandiex xogħol ta’ kanali għall-ilma tax-xita ippjanati fi Triq tal-Ġebel, f’Birżebbuġa.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24113 dwar impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar, jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż benefiċċji addizzjonali u s-salarju gross ta’ kull grad imsemmi fl-istess tweġiba u kull grad ieħor minn Area Manager sa Executive Chairman?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat dwar il-liċenzjar tal-Bennejja? Jista’ jgħid ukoll x’pożizzjoni għandu kull membru f'dan il-kumitat u xi kriterji u kompetenzi għandu kull membru li abbażi tagħhom intgħażel fuq il-kumitat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-Kumitat dwar il-Liċenzjar tal-Bennejja, inkluż il-pożizzjoni tagħhom fuq dan l-kumitat. Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-membri ġew appuntati skont ir-rekwiżiti mitluba fil-Regolamenti tal-2024 dwar il-Liċenzja tal-Bennejja.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kumitat tal-liċenzjar tal-Kuntratturi? Jista’ jgħid x’pożizzjoni għandu kull membru f'dan il-kumitat; u xi kriterji u kompetenzi għandu kull membru li abbażi tagħhom intgħażel fuq il-kumitat?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-Kumitat dwar il-Liċenzjar tal-Kuntratturi, inkluż il-pożizzjoni tagħhom fuq dan l-kumitat. Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-membri ġew appuntati skont ir-rekwiżiti mitluba fil-Regolamenti tal-2023 dwar il-Liċenzjar għall-Industrija tal-Kostruzzjoni.
Awtorità tal-Ippjanar – Ħitan tas-sejjieħ — Skemi ta’ għajnuna
Question
Jista' l-Ministru jelenka l-iskemi ta' għajnuna li l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) ħarġet għall-konservazzjoni u/jew tiswija ta' ħitan tas-sejjieħ mill-1 ta' Lulju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jinħarġu skemi f'dan ir-rigward u meta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità m’għandha l-ebda skema li tirrigwarda l-konservazzjoni jew it-tiswija tal-ħitan tas-Sejjieħ.
Awtorità tal-Ippjanar — Lista tal-impjegati mislufa
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24114 dwar impjegati li huma mislufa lill-Awtorità tal-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-titolu u l-grad tal-impjegati mislufa, minn fejn huma mislufin u x'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol inkluż benefiċċji addizzjonali u s-salarju gross ta’ kull impjegat misluf?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:a_24246 Awtorità tal-Ippjanar - Lista tal-impjegati mislufa.pdf
Urban Improvement Fund u Development Planning Fund
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24112, jista' l-Ministru jelenka l-proġetti li ġew iffinanzjati mill-Urban Improvement Fund u mid-Development Planning Fund, fond fond, sena sena u lokalità lokalità, mill-1 ta' Jannar 2013 sal-aħħar ta' Novembru 2024? Jista’ jgħid ukoll x'kien l-ammont ta' finanzjament proġett proġett, fejn sar kull proġett u x'inhu l-istatus ta' kull proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 24112.
Urban Improvement Fund u Development Planning Fund
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24112, jista' l-Ministru jipprovdi l-lista ta' applikazzjonijiet u min kienu l-iżviluppaturi f'kull każ, li kkontribwixxew għall-Urban Improvement Fund u għad-Development Planning Fund, fond fond, żvilupp żvilupp, lokalità lokalità għal-lokalitajiet ta' Birkirkara, Gżira, San Ġiljan, is-Swieqi u San Pawl il-Baħar mill-1 ta' Jannar 2013 sal-aħħar ta' Novembru 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta' applikazzjonijiet li kkontribwixxew għall-Urban Improvement Fund u għad-Development Planning Fund għall-lokalitajiet ta' Birkirkara, Gżira, San Ġiljan, is-Swieqi u San Pawl il-Baħar mill-1 ta' Jannar 2013 sal-aħħar ta' Novembru 2024 huma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq urbani u residenzjali, jew partijiet minn toroq urbani jew residenzjali, li għadhom qatt ma saru u li huma ppjanati li jsiru ġodda fil-Qrendi matul is-sena 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2025 huwa ppjanajt li jsiru xogħlijiet f’dawn it-toroq fil-Qrendi:
· Sqaq fi Triq Wied Costa,
· Sqaq Nru. 2 fi Triq tal-Ħniena,
· Triq bla isem fi Triq Wiedi ż-Zurrieq, u
· Triq bla isem fi Triq il-Madonna tal-Ħniena.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq urbani u residenzjali, jew partijiet minn toroq urbani jew residenzjali, li għadhom qatt ma saru u li huma ppjanati li jsiru ġodda fl-Imqabba matul is-sena 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2025 huwa ppjanajt li jsiru xogħlijiet f’dawn it-toroq fl-Imqabba:
· Triq Baskal Xuereb, u
· Sqaq Nru. 1 fi Triq is-Sejba.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq urbani u residenzjali, jew partijiet minn toroq urbani jew residenzjali, li għadhom qatt ma saru u li huma ppjanati li jsiru ġodda fiż-Żurrieq matul is-sena 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2025 huwa ppjanajt li jsiru xogħlijiet f’dawn it-toroq fiż-Żurrieq:
· Triq Constantino Farrugia,
· Triq Dun Nazzareno Farrugia,
· Triq San Porfirju,
· P/o Triq Salvu Saliba,
· Sqaq fi Triq Wied iż-Żurrieq,
· Sqaq tal-Blat,
· Sqaq S. Ciru, u
· triq bla isem fi Triq Wied iż-Żurrieq.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq urbani u residenzjali, jew partijiet minn toroq urbani jew residenzjali, li għadhom qatt ma saru u li huma ppjanati li jsiru ġodda f'Birżebbuġa matul is-sena 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2025 huwa ppjanajt li jsiru xogħlijiet f’dawn it-toroq f’Birżebbuġa:
· Triq il-Madonna ta’ Lourdes,
· Sqaq Borġ in-Nadur,
· Sqaq fi Triq tal-Papa, No. 1, u
· Sqaq fi Triq il-Fortizza, No. 2.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq urbani u residenzjali, jew partijiet minn toroq urbani jew residenzjali, li għadhom qatt ma saru u li huma ppjanati li jsiru ġodda f'Ħal Kirkop matul is-sena 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2025 huwa ppjanajt li jsiru xogħlijiet f’dawn it-toroq f’Ħal Kirkop:
· Triq San Pietru, Kirkop,
· Triq L-industrija,
· P/o Triq San Nikola, u
· Mistraħ Kirkop.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq urbani u residenzjali, jew partijiet minn toroq urbani jew residenzjali, li għadhom qatt ma saru u li huma ppjanati li jsiru ġodda f'Ħal Safi matul is-sena 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2025 huwa ppjanajt li jsiru xogħlijiet f’dawn it-toroq f’Ħal Safi:
· Triq Qerd in-Naħal, u
· Sqaq fi Triq it-Torri ta' Ġawhar.
Urban Improvement Fund u Development Planning Fund
Question
Jista' l-Ministru jelenka kemm daħlu flus fl-Urban Improvement Fund u fid-Development Planning Fund, fond b’fond, sena b’sena u lokalità b’lokalità, mill-1 ta' Jannar 2013 sal-aħħar ta' Novembru 2024, liema kienu l-proġetti li ġew iffinanzjati minn dawn il-fondi, x'kien l-ammont ta' finanzjament proġett proġett, fejn sar kull proġett u x'inhu l-istatus ta' kull proġett, u x'kien il-bilanċ ta' kull fond, lokalità b’lokalità fl-aħħar ta' Novembru 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar li huma fil-grad ta’ Area Team Manager sal-grad ta’ Executive Chairman, u x'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol inkluż benefiċċji addizzjonali u s-salarju gross ta’ kull impjegat, li jaqa’ f’kull waħda mill-kategoriji bejn grad ta’ Area Manager sa grad ta' Executive Chairman?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tal-Ippjanar — Lista tal-impjegati mislufa
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' impjegati li huma mislufa lill-Awtorità tal-Ippjanar, x'inhu t-titolu tagħhom, minn fejn huma mislufin u u x'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol inkluż benefiċċji addizzjonali u s-salarju gross ta’ kull impjegat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħames impjegati mislufa.