Jista' l-Ministru jgħid jekk hux meħtieġ permess mill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex binja tkun tista' tiġi użata bħala faċilità għall-kultivazzjoni tal-kannabis?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Ono. Interpellant sabiex, dwar il-kriterji applikabbli għall-permess rigwardanti kultivazzjoni tal-kannabis, jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Kunsilli Lokali – Talbiet għal xogħlijiet minn Infrastructure Malta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24891 u jippreżenta lista ta' toroq, maqsuma lokalità b’lokalità, li l-Kunsilli Lokali rispettivi talbu li jsiru minn Infrastructure Malta matul is-sena 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-kunsilli lokali jkunu f’kuntatt ma’ Infrastructure Malta dwar il-prijoritajiet fuq il-lista ta’ toroq fil-lokalitajiet tagħhom. Rigward il-lista ta' toroq, maqsuma lokalità b’lokalità, nitlob lil Onor Interpellant jaghmel il-mistoqsija lil Ministeru kkonċernat.
Il-Qajjenza — Rezoning tas-sit tal-eks impjant tal LPG
Question
Jista' l-Ministru jindika liema sit ta' mill-anqas 7,500 metru kwadru ġie identifikat biex jintuża bħala boat storage yard qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar ir-rezoning tas-sit fejn kien hemm l-impjant tal-LPG fil-Qajjenza kif stabbilit f'MQ03 tal-Pjan Lokali għall-Bajja ta' Marsaxlokk?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit hija suġġett għall-applikazzjoni PC22/23 li tipproponi, fil-qafas tal-Kap 552 tal-Liġijiet ta’ Malta, bidla fit-tqassim taż-żoni tas-sit kif propost fil-policy MQ03 tal-1995 u għall-istabbiliment ta' għoli tal-bini fi ħdan is-sit ta' razzjonalizzazzjoni.
Matul l-ipproċessar ta’ PC22/23, id-Direttorat tal-Ippjanar jinnota li l-iskema proposta ma taħsibx għaż-żona tal-ħażna tad-dgħajjes kif rakkomandat fil-Policy MQ03, u dik l-istess policy kienet tinkludi biss ħwienet tal-ikel u xorb bħala użu kummerċjali. Madankollu, dawn id-devjazzjonijiet mill-użu rakkomandat tal-art għal dan is-sit (skont il-Pjan Lokali tal-1995) mhumiex qed jiġu oġġezzjonati minħabba li l-użu tal-art jikkumplimenta t-tqassim taż-żoni tal-viċinat, u l-firxa tal-ispazju pubbliku miftuħ itejjeb il-kumditajiet taż-żona. Ta’ min iżid illi l-ħażna u l-manutenzjoni tad-dgħajjes mhumiex ikkunsidrati bħala ideali f'żoni residenzjali.
Il-Qajjenza — Rezoning tas-sit tal-ex-impjant tal LPG
Question
Jista' l-Ministru jindika kif u meta saret jew ser issir il-konsultazzjoni qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar ir-rezoning tas-sit fejn kien hemm l-impjant tal-LPG fil-Qajjenza kif rikjest f'MQ03 tal-Pjan Lokali għall-Bajja ta' Marsaxlokk?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit fejn kien hemm l-impjant tal-LPG fil-Qajjenza huwa suġġett għall-applikazzjoni PC22/23 li tipproponi bidla fit-tqassim taż-żoni tas-sit u għall-istabbiliment ta' għoli tal-bini fi ħdan is-sit ta' razzjonalizzazzjoni.
Matul l-ipproċessar ta’ PC22/23, sar il-process ta’ konsultazzjni pubblika kif regolat mill- legislazzjoni sussiddjarja S.L552.07; bejn l-erbgħa ta’ Ottubru 2023 u l-ħmistax ta’ Novembru 2023.
Din l-applikazzjoni għadha sallum ma hijex diterminata mill-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali kkonċernat kienx infurmat b'xi permess biex jingħalaq l-aċċess għall-pubbliku għas-Salini ta’ bejn il-Kalanka t-Tawwalija u Għar Bella f'Delimara, minn triq li minn Triq Delimara n-naħa tal-Kalanka t-Tawwalija kienet tagħti għal din il-parti tas-Salini?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk mhux infurmat b’xi permessi sabiex jingħalaq l-aċċess għall-pubbliku għall-imsemmija Salini f'Delimara.
Skejjel tal-Istat – Kiri ta’ swali lil għaqdiet volontarji
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 7593, 11521, 11811 u 12287 jista' Ministru jgħid jekk minn meta rrisponda l-aħħar mistoqsija, u ċjoè fis-17 ta' Ottubru 2023, kienx hemm xi istruzzjonijiet ġodda dwar ir-rati li qed jiġu ċċarġjati mill-iskejjel tal-Istat għall-kiri tas-swali tal-iskejjel lil għaqdiet volontarji u li ma joperawx għal qligħ? F'każ illi fl-affermattiv, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istruzzjonijiet il-ġodda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità tal-Ippjanar — uffiċjali li jagħu servizz ta' customer care
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar illi jagħtu servizz ta' customer care, jew jilqgħu l-ilmenti tan-nies, ġewwa l-binja tal-Ministeru f'Għawdex barra l-ħinijiet tal-uffiċċju?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm ebda uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar li jaħdmu ġewwa l-binja tal-Ministeru f’Għawdex.
Ninfurmaħ ukoll li lmenti dwar żvilupp illegali, jintlaqgħu bit-telefon direttament mill-Awtorità tal-Ippjanar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24636, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb jew jekk huwiex ippjanat li tinstab soluzzjoni għal numru ta' residenti fi Triq tal-Ġebel, f'Birżebbuġa, speċjalment dawk li joqogħdu faċċata ta' Triq il-Kus u Triq in-Narċis, li qed jidħlilhom ħafna ilma kull meta tagħmel ix-xita?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ħareġ sejħa għall-offerti biex isiru culverts għall-ilma tax-xita fi Triq il-Ġebel u Triq in-Narcis, Birżebbuġa biex tittaffa l-problema tal-ilma tax-xita fit-toroq indikati.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 24113 u 24637, jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-gradi msemmija fl-istess tweġibiet fejn l-impjegati huma mħallsin tal-overtime u jgħid jekk dan hux skont il-policy, il-ftehim kollettiv jew il-kuntratt ta' impjieg, skont il-każ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati fil-gradi kollha msemmija fi tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 24113 u 24637 ma jitħallsux tal-overtime. Madankollu, impjegati fi gradi D u E, li jkunu on-call minħabba l-eżiġenzi tas-servizz, u jkun hemm il-ħtieġa li dawn jattendu għal xi emerġenza li tinqala’, jitħallsu minimu ta’ 4 sigħat bir-rata ta’ overtime kif japplika. Dan skont il-ftehim kollettiv. Ma jsir l-ebda ħlas ieħor ta’ overtime lill-gradi l-oħra msemmija fi tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 24113 u 24637.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanati xi interventi sabiex il-culverts ma jinstaddux ma’ kull ftit xita li tagħmel? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' interventi se jsiru, meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet u meta ser ikunu lesti?
Kunsilli Lokali – Talbiet għal xogħlijiet minn Infrastructure Malta
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta lista ta' toroq, maqsuma lokalità b’lokalità, li l-Kunsilli Lokali rispettivi talbu li jsiru minn Infrastructure Malta matul is-sena 2025?
Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx permess mill-Awtorità tal-Ippjanar biex jingħalaq l-aċċess għall-pubbliku għas-Salini ta’ bejn il-Kalanka t-Tawwalija u Għar Bella f'Delimara, minn triq li minn Triq Delimara n-naħa tal-Kalanka t-Tawwalija kienet tagħti għal din il-parti tas-Salini?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jipprovdi site plan immarkata bis-sit u/jew coordinates biex b’hekk tkun tista tiġi mwieġba l-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx permess mill-Awtorità tal-Ippjanar biex jingħalaq l-aċċess għall-pubbliku għas-Salini ta’ bejn il-Kalanka t-Tawwalija u Għar Bella f'Delimara, minn triq li minn Triq Delimara n-naħa tal-Kalanka t-Tawwalija kienet tagħti għal din il-parti tas-Salini?
Jista' l-Ministru jgħid kemm diġà ħarġu permessi, lokalità lokalità, għal faċilitajiet għal kultivazzjoni tal-kannabis għad-distribuzzjoni mill-assoċjazzjonijiet relatati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal permessi, lokalità lokalità, għal faċilitajiet għal kultivazzjoni tal-kannabis għad-distribuzzjoni mill-assoċjazzjonijiet relatati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser tinxtegħel iż-zebra crossing fi Triq il-Bronja, iż-Żurrieq, viċin il-Bronja Pharmacy?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li tlestiet l-infrastruttura neċessarja, bħalissa għaddejjin l-aħħar teknikalitajiet sabiex ikun jista’ jitqabbad id-dawl.
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' kemm inħarġu multi mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fi stabbilimenti kummerċjali, xahar b'xahar u lokalità lokalità, skont it-tip tal-istabbilimenti matul l-2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fi stabbilimenti kummerċjali, xahar b'xahar u lokalità lokalità, skont it-tip tal-istabbilimenti matul l-2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Birżebbuġa – Triq tax-Xerriek – Konnessjoni tan-new water
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux possibbli li ssir konnessjoni tan-new water biswit il-ġardina pubblika ġewwa Triq tax-Xerriek, f’Birżebbuġa, sabiex tkun tista’ tissaqqa l-istess ġardina u jkunu jistgħu jiġu servuti minn tal-inqas sitt bdiewa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha l-ħsieb li twassal is-servizz tal-provvista tan-New Water, għalkemm mhux fl-immedjat, viċin l-akkwata indikata f’din il-mistoqsija parlamentari.