B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9407 jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Independent Police Complaints Board, meta ġew appuntati u kemm huwa twil il-mandat tal-ħatra tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Il-membri tal-Independent Police Complaints Board, kienu maħtura permezz ta’ notifika fil-‘Gazzetta tal-Gvern’ numru 19787 paġna 5873 tas-26 ta’ Mejju 2017, skont l-Artikolu 35 tal-Att dwar il-Pulizija (Kap 164) għal perjodu ta’ tliet snin b’seħħ mit-12 ta’ Mejju 2017.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9407 jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li jieħu żmien biex dan il-każ jiġi investigat u deċiż mill-Independent Police Complaints Board?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Il-Kumissarju tal-Pulizija talab lill-Independent Police Complaints Board biex jinvestiga dan il-każ u l-Bord beda jeżamina d-dokumenti relattivi. Huwa ttamat li l-investigazzjoni msemmija mill-Interpellant tiġi magħluqa fi żmien relattivament qasir.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9408, jista’ l-Prim Minsitru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għandux kuntratt ta’ servizzi ta’ konsulenza mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Ir-Rabat/Imtarfa – Twessigħ ta’ Triq Buqana – ħitan tas-sejjieħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fil-proġett tat-twessigħ ta’ Triq Buqana (Rotta 16) li mir-Rabat/Imtarfa tagħti għall-Mosta/Imġarr, il-ħitan tas-sejjieħ li qed jinbnew qed jiġu mibnija tant għolja li qed jgħattu l-veduta tal-għelieqi, tal-Imdina u tal-ambjent sabiħ tal-madwar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed tagħmel dan il-proġett b’investiment ta’ madwar €3.6 miljun biex twessa’ u tibni mill-ġdid Triq Buqana, il-konnessjoni ewlenija bejn l-Imtarfa, il-Mosta u l-Imġarr. Permezz ta’ dan il-proġett se tiżdied korsija għall-vetturi mill-Imtarfa lejn il-Mosta u l-Imġarr, u korsija għar-roti ġdida b’tul ta’ 1.8 kilometri, fl-istess direzzjoni.
B’hekk, Infrastructure Malta se tkun qed tkompli żżid aktar infrastruttura sigura li tħajjar aktar persuni ju¿aw mezzi ta’ vvjaġġar alternattivi. Fl-istess waqt, qed tkompli tnaqqas id-diffikultajiet li jwasslu għal dewmien fl-ivvjaġġar għal madwar 18,000 persuna li ta’ kuljum jużaw din ir-rotta fi triqithom minn u lejn it-tramuntana tal-gżira, u Għawdex. Bħala parti minn dan il-proġett, ser jinbena mill-ġdid ukoll il-pont ta’ Wied il-Qlejja (Chadwick Lakes) li minn fuqu tgħaddi din it-triq.
Bi tħejjija għall-bini tal-korsiji tal-karozzi u r-roti ġodda, kellu jsir skavar wara l-ħitan tal-ġnub tat-triq, u qegħdin isiru wkoll 1.8 kilometri ta’ ħitan bil-ġebel tas-sejjieħ ġodda. Il-ħitan indikati huma meħtieġa biex iżommu l-ħamrija milli tinġarr mir-riħ u bix-xita bil-konsegwenza li tintilef mill-għelieqi billi tisipiċċa fit-triq.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għandux il-ħsieb li joħroġ sejħa għal tender kompetittiv, b’konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea, hekk kif il-kuntratt tas-servizz ta’ IT fl-Isptar Mater Dei (CPAS) jagħlaq, u jekk le, għaliex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb li joħroġ sejħa pubblika għal interess kompetittiv, b’konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropeja, hekk kif il-kuntratt tas-servizz tal-IT fl-Isptar Mater Dei (CPAS) jiskadi. Dan ser issir skont il-prassi legali, biex jiġi evalwat jekk hemmx il-kompetizzjoni neċessarja biex il-kuntratturi jkomplu jiżvilupaw is-sistema.
Ministeru għat-Turiżmu – kuntratt ta’ servizz ta’ konsulenza ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew kwalunkwe entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għandhiex ftehim jew kuntratt ta’ servizz ta’ konsulenza mal-Membru Parlamentari li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta Film Commission u l-Malta Film Fund għandhom kuntratt ta’ servizzi legali mal-Membru Parlamentari msemmi.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9089 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8886, jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dati u terminu ta’ żmien relevanti meta l-persuni li isimhom ġie anness mat-tweġiba kienu effettivament membri tal-Grievances Board jew bordijiet li jaqa’/jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu twil il-perjodu ta’ ħatra tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li dan l-aħħar ġie żvelat li ġie maħtur bħala rappreżentant tal-gvern fuq il-board of trustees tal-American University of Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħatra tal-persuna li qed jagħmel riferenza għaliha hija għal perjodu ta’ 3 snin. Il-ħatra ta’ din il-persuna fuq il-board of trustees tal-American University of Malta ilha zmien twil magħrufa pubblikament.
Kumpanija tat-trasport pubbliku – ħlas ta’ sussidju mill-gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas sussidju mill-gvern lill-kumpanija privata li tħaddem is-servizz tat-trasport pubbliku, sena b’sena, mill-bidu tal-2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport, jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 28413 tal-Leġiżlatura XII rigward is-sussidju li tħallas bejn is-snin 2013 u 2015 kif ukoll għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 4197 ta’ din il-leġiżlatura rigward is-sussidju li tħallas fl-2017.
Infurmat ukoll minn Transport Malta, li s-sussidju li tħallas fl-2016 kien jammonta għal €29,199,996 filwaqt li l-ammont li tħallas fis-sena 2018 kien ta’ € 29,530,095. L-ammont li tħallas bejn Jannar u l-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena jammonta għal €7,299,999.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9237 li fiha l-Ministru għat-Turiżmu ammetta li żar Dubai fil-leġiżlatura li għaddiet, jista’ l-Ministru jgħid meta żar Dubai, bid-dati preċiżi taż-żjarat, għal liema raġuni mar, kemm dam, jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali u f’dak il-każ minn min kien akkumpanjat jew jekk kienx hu li akkumpanja lil ħaddieħor, u f’dak il-każ lil min akkumpanja? Jista’ jgħid ukoll kemm ġiet tiswa ż-żjara tiegħu, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispejjeż tal-vjaġġ, tal-lukanda, tal-ikel u spejjeż oħra?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – kuntratt ta’ servizz ta’ konsulenza ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew kwalunkwe entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għandhiex ftehim jew kuntratt ta’ servizz ta’ konsulenza mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasterju tiegħi m’hemm l-ebda ftehim jew kuntratt ta’servizz ta’konsulenza mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.
Ministeru għall-Finanzi – kuntratt ta’ servizz ta’ konsulenza ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew kwalunkwe entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għandhiex ftehim jew kuntratt ta’ servizz ta’ konsulenza mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u l-entitajiet tiegħu m'għandhom ebda ftehim jew kuntratt ta' servizz ta konsulenza mal-individwu kkonċernat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9055 dwar kopja tal-kuntratt li jirrigwarda r-rating agency li qed titħallas mill-Ministeru għall-Finanzi, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li bagħat il-Ministeru lir-rating agency li permezz tagħha, talab il-permess tal-aġenzija sabiex jiġi ppubblikat il-kuntratt?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta saret il-mistoqsija parlamentari 9055, irċevejna l-kunsens mill-Fitch Rating Agency, u allura qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ kuntratti – dak iffirmat mal-istess Aġenzija fis-sena 2005, u l-aħħar kuntratt iffirmat fis-sena 2016.
Korp tal-Pulizija- Dħul lura ta’ surġent tal-Pulizija
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9221, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li ddaħħal lura fil-Korp tal-Pulizija fil-grad ta’ surġent u li dan l-aħħar tella’ fuq Facebook, video post mimli diskors partiġġjan, għaddiex minn eżami mediku jew fitness test qabel iddaħħal lura?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li dwar il-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant, dan kien suġġett għall-istess proċedura li tittieħed qabel ma uffiċjal jerġa’ jiddaħħal lura fil-Korp.
Korp tal-Pulizija- Dħul lura ta’ surġent tal-Pulizija
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9221, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji mediċi li persuna trid tissodisfa biex tidħol fil-Korp tal-Pulizija jew sabiex terġa tiġi reinstated fil-korp wara numru ta’ snin u jekk l-individwu li ddaħħal lura fil-Korp tal-Pulizija fil-grad ta’ surġent u li dan l-aħħar tella’ fuq Facebook video post mimli diskors partiġġjan u li dettalji dwaru qed jingħataw separatament, issodisfax dawn il-kriterji qabel reġa’ ddaħħal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
L-Onor. Interpellant hu konxju li mhux prudenti u possibbli li tingħata informazzjoni medika personali fuq l-ebda persuna. Ninsab infurmat li l-kriterji mediċi li persuna trid tissodisfa biex tidħol fil-Korp tal-Pulizija jew sabiex terġa’ tiġi reinstated fil-korp huma dawk li jinsabu fir-Regolament 3(b) tal-Legiżlazzjoni Sussidjarja 164.01. Infakkar li dan il-każ ġie rriferut għall-investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.
Korp tal-Pulizija — Dħul lura ta’ surġent tal-Pulizija - investigazzjonijiet
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 9219, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ddaħħal lura fil-Korp tal-Pulizija fil-grad ta’ surġent u li dan l-aħħar tella’ fuq Facebook video post mimli diskors partiġġjan?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjonijiet dwar il-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant qed isiru mill-Independent Police Complaints Board.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li dan l-aħħar ġie żvelat li ġie maħtur bħala rappreżentant tal-gvern fuq il-board of trustees tal-American University of Malta għandux ħatriet oħra jew ġiex appuntat fuq bordijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u f’dak il-każ:
(i) liema huwa dawn il-bordijiet/entitajiet?
(ii) kemm hija r-remunerazzjoni marbuta magħhom?
(iii) kemm huwa twil il-perjodu tal-ħatra?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-persuna li qed jagħmel riferenza għaliha ma kienx appuntat fuq bordijiet oħra li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’remunerazzjoni totali qed jitħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li dan l-aħħar ġie żvelat li ġie maħtur bħala rappreżentant tal-gvern fuq il-board of trustees tal-American University of Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li qed jagħmel referenza ħaliha ma jirċievi l-ebda remunerazzjoni bħala rappreżentant tal-gvern fuq il-board of trustees tal-American University of Malta.