Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Xogħol ta' persuna

Question

Peress li f’Novembru 2016, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kienet inħatret uffiċjalment bħala Kummissarju għall-Anzjani mill-Prim Ministru, jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-ħidma ta din il-persuna f’dawn l-aħħar sentejn u erba’ xhur u jekk qattx ħareġ rapport ta’ ħidma dwar ix-xogħol li wettqet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #9767 Sitting 214 2019-04-02 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Grievances Board

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9517 u 9089 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 8886, jista’ l-Prim Ministru jagħti d-dati u terminu ta’ żmien relevanti meta l-persuni li isimhom ġie anness mat-tweġiba kienu effettivament membri tal-Grievances Board jew bordijiet li jaqa’/jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-proċess tal-grievances li nbeda fl-2014, intemm fl-2016 u għaldaqstant il-membri msemmija fil-mistoqsija parlamentari 8886, temmew it-terminu tagħhom. Uħud minnhom servew fuq il-grievances board għal uffiċjali pubbliċi li twaqqaf fl-2017. Uħud servew bħala membri ta’ bordijiet ta’ reklutaġġ, ta’ dixxiplina jew ta’ proġett oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-membri li servew fuq kull Grievances Board , inħatru abbażi ta’ proċedura sanzjonata fl-2012 mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar uzu ta’ uffiċjali pubbliċi irtirati. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-proċess kollu tal- Grievances Boards sar bil-kunsens tal-Kummissjoni ghas-Servizz Pubbliku u tal-Uffiċċju tal-Ombudsman.
Leg 13 PQ #9768 Sitting 214 2019-04-02 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – kuntratt ta’ servizz ta’ konsulenza ta’ individwu

Question

In segwitu għall-mistoqsija parlamentari 9516 li fiha l-Ministru żvela li l-Membru Parlamentari li ismu qed jingħata separatament għandu kuntratt ta’ servizzi legali mal-Malta Film Commission kif ukoll mal-Malta Film Fund, jista’ l-Ministru: (i) jgħid meta ġew iffirmati dawn il-kuntratti u meta jintemm it-terminu tagħhom; (ii) jgħid kemm huwa l-ħlas li se jitħallas il-Membru Parlamentari in kwistjon bħala remunerazzjoni skont dan il-kuntratt? (iii) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn iż-żewġ kuntratti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li ż-żewġ kuntratti ta’ servizzi legali ġew iffirmati f’Awwissu 2017 u huma validi għal sentejn. Il-kuntratt mal-Malta Film Commission huwa ta’ €200 fix-xahar, filwaqt li dak mal-Malta Film Fund huwa ta’ €400 fix-xahar.
Leg 13 PQ #9769 Sitting 214 2019-04-02 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

FIAU – kopja tal-opinjoni formali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-opinjoni formali (formal opinion) mibgħuta lill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) mill-Kummissjoni Ewropea fit-8 ta’ Novembru 2018 u li fiha talbet lill-FIAU biex tieħu miżuri addizzjonali sabiex tottempora ruħha mad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-Ħasil tal-Flus, u dan wara li l-istess FIAU kienet diġà nstabet ħatja li kisret il-liġi tal-UE aktar kmieni matul l-2018?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni hija aċċessibli online fuq is-sit – https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/2_en_act_part1_v7-adopted_text.pdf Kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #9770 Sitting 214 2019-04-02 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

FIAU – kopja tat-tweġiba tal-opinjoni formali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tweġiba tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) għall-opinjoni formali (formal opinion) mibgħuta lill-FIAU mill-Kummissjoni Ewropea fit-8 ta’ Novembru 2018 u li fiha talbet lill-FIAU biex tieħu miżuri addizzjonali sabiex tottempora ruħha mal-liġi applikabbli tal-Unjoni Ewropea, u dan wara li l-istess FIAU kienet diġà nstabet ħatja li kisret il-liġi tal-UE aktar kmieni matul l-2018?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-FIAU ma tistax tipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-Ministru, għaliex din l-informazzjoni li qed tintalab għandha x’taqsam mal-operat tal-FIAU, u għalhekk titqies bħala informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali li at-termini tal-Att Kontra l-Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta’ Malta) ma tistax tiġi zvelata.

UAE – friżżar ta’ assi ta’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija talbux lill-awtoritajiet tal-Emirati Għarab Magħquda (UAE) sabiex iżommu ffriżati l-assi fil-kont jew kontijiet bankarji tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u dan b’konnessjoni mal-investigazzjoni dwar l-istess kumpanija anke wara li issa huwa magħruf li sid din il-kumpanija mhu ħadd ħlief wieħed mis-sidien tal-power station il-ġdida mibnija taħt id-direzzjoni politika tal-Ministru għat-Turiżmu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li dan il-każ huwa suġġett ta' Inkjesta Maġisterjali.

Pulizija – Joint Investigation Team rigward kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija talbux li jitwaqqaf Joint Investigation Team ai termini tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Model Agreement for setting up a Joint Investigation Team (JIT) (OJ C 18, 19.1.2017, p.1) u dan sabiex tissaħħaħ l-investigazzjoni dwar il-kumpanija reġistrata fid-Dubai li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li dan il-każ huwa suġġett ta' Inkjesta Maġisterjali.

Ittra mibgħuta lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja — laqgħat

Question

B’referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, datata 21 ta’ Marzu 2019, jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew rappreżentanti oħra tal-Gvern kellux/kellhomx laqgħat mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kontenut ta’ din l-ittra u/jew dwar ir-rapport tal-Kummissjoni ta’ Venezja qabel ma ntbagħtet din l-ittra?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 9727.

Ittra mibgħuta lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja — bidliet

Question

B’referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, datata 21 ta’ Marzu 2019, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern qattx intalab, formalment jew informalment, mill-Kummissjoni Ewropea biex jagħmel il-bidliet proposti f’din l-ittra?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 9727.

Ittra mibgħuta lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja – lista ta’ riformi

Question

B’referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, datata 21 ta’ Marzu 2019, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ingħatax lista ta’ riformi li huwa mistenni jwettaq mill-Kummissjoni Ewropea in segwitu għar-rapport tal-Kummissjoni ta’ Venezja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Membru li r-risposta hija fin-negattiv.

Ittra mibgħuta lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja – Proċeduri ta’ Infringments miftuħa

Question

B’referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, datata 21 ta’ Marzu 2019, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk Malta għandhiex proċedura ta’ infringement miftuħa jew jekk irċevitx reasoned opinion mill-Kummissjoni Ewropea dwar materji mniżżla jew relatati ma’ din l-ittra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Membru li r-risposta hija fin-negattiv.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — website

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fuq il-website tal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali - https://family.gov.mt/en/The-Ministry/Pages/Contact-Details.aspx - taħt it-titlu Commissioner for the Older Persons m’hemm l-ebda isem imniżżel, la tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u lanqas ta’ xi persuna oħra, u lanqas m'hemm indirizz elettroniku jew website bħalma hemm fil-każ tal-Kummissarju għat-Tfal u l-Kummissarju għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – użu ta’ uffiċċju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċċju mniżżel fil-website https://family.gov.mt/en/The-Ministry/Pages/Contact-Details.aspx li jidher bħala tal-Commissioner for the Older Persons, u li jġib l-indirizz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux fil-fatt qed jintuża mill-Kummissarju għall-Anzjani u jekk le, minn fil-fatt qiegħed jużah, jekk qiegħed jintuża?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

CPAS – servizz ta’ IT

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min qed joffri s-servizz ta’ IT fl-Isptar Mater Dei (CPAS) illum, kemm ilu joffri dan is-servizz u kemm qed jitħallas għalih kull sena? Jista’ jgħid ukoll kemm tħallas kull sena, sena b’sena, minn meta beda l-kuntratt sad-data ta’ din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tas-CPAS fl-Isptar Mater Dei qed jigi provdut minn Cursor LTD waqt li l-manutenzjoni tas-sistema hija provduta minn Mall Systems LTD. Is-CPAS ġiet introdotta uffiċjalment fl-2014. L-informazzjoni l-oħra li qed jitlob l-Onorevoli Busuttil hija ta’ natura kummerċjali. Ninformah ukoll illi hekk kif kien inbidel il-Gvern fl-2013 is-supplier tas-sistema korrenti dak iż-żmien kien informa lill-Isptar Mater Dei li t-teknoloġija kienet fi stadju ta’ end of life u għalhekk ma kienx possibbli li jkompli jsirilha manutenzjoni. Dan kien ifisser li minħabba dik is-sistema ‘skaduta’, l-Isptar Mater Dei kien f’riskju imminenti u serju li tikkrollalu l-infrastruttura u dan b’detriment dirett għall-pazjenti u għall-kwalita’ tal-kura mogħtija.

CPAS — kuntratt

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-kuntratt għas-servizz ta’ IT fl-Isptar Mater Dei (CPAS) viġenti illum ingħatax wara sejħa għall-offerta kompetittiv b’tender jew inkella b’direct order?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9718.

Servizz ta’ IT — kuntratt

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista ta’ kuntratt ta’ servizzi ta’ IT, inkluż manutenzjoni, bħalissa viġenti, fil-Ministeru tiegħu kif ukoll l-entitajiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija, flimkien ma' dettalji f’kull każ ta’ min huma l-entitajiet jew persuni fiżiċi u/jew legali li joffri dan is-servizz, id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kuntratt viġenti u kemm qed jitħallsu kull sena, sena b’sena, għas-servizz li joffru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.

CPAS – servizz ta’ IT – kumpanija li toffri s-servizz

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx xi ħadd li jaħdem fil-Ministeru tiegħu li għandu parentala mas-sidien tal-kumpanija li toffri servizzi ta’ IT fl-Isptar Mater Dei (CPAS), u jekk iva, min?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku u jindika il-persuna jew persuni li qed jirreferi għalihom ħalli nkun nista’ nagħtih risposta kompluta.

Kuntratt ta’ Servizzi — ħaddiema

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx persuni li jaħdmu fis-segretarjat tiegħu jew fil-Ministeru tiegħu li għandhom, fl-istess ħin, interess dirett jew indirett f’xi soċjetà kummerċjali li tagħti servizzi lill-istess ministeru permezz ta’ kuntratt ta’ servizzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Jista’ l-Onor. Interpellant jippreċiza għal liema kuntratt ta’ servizzi qed jirreferi?

Ittra mibgħuta lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja

Question

B’referenza għall-ittra tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans u lill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, Vera Jourova, datata 21 ta’ Marzu 2019, jista’ l-Ministru jgħid jekk din l-ittra intbagħtitx wara talba tal-Kummissjoni Ewropea biex jagħmel dan?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Gvern kontinwament izomm djalogu mal-Kummisjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew fuq materji varji fi spirtu ta' koperazzjoni kostruttiva. L-ittra msemmija mill-Onorevoli Interpellant intbaghtet fuq inizjattiva tal-Gvern f'dan l-ispirtu.
Leg 13 PQ #9712 Sitting 211 2019-03-26 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9513 u ċjoè:B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9237 li fiha l-Ministru għat-Turiżmu ammetta li żar Dubai fil-leġiżlatura li għaddiet, jista’ l-Ministru jgħid meta żar Dubai, bid-dati preċiżi taż-żjarat, għal liema raġuni mar, kemm dam, jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali u f’dak il-każ minn min kien akkumpanjat jew jekk kienx hu li akkumpanja lil ħaddieħor, u f’dak il-każ lil min akkumpanja? Jista’ jgħid ukoll kemm ġiet tiswa ż-żjara tiegħu, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispejjeż tal-vjaġġ, tal-lukanda, tal-ikel u spejjeż oħra?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif qed jinġabar.