Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz ta’ IT — kuntratt

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10340, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jżid mad-dokument anness mat-tweġiba għal dik il-mistoqsija, il-lista sħiħa tal-valur ta’ kull kuntratt anness fl-istess skeda u ċjoè l-ammont ta’ flus li qed jitħallsu kull sena, sena b’sena, l-entitajiet hemm imniżżla għas-servizz li joffru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija ta’ natura kummerċjali.

Servizz ta’ IT — kuntratt

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10340, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jżid mad-dokument anness mat-tweġiba għal dik il-mistoqsija, il-lista sħiħa tal-kumpanija u/jew individwi li ngħataw dawn il-kuntratti għal servizzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpaniji li taw servizzi li qiegħed jistaqsi dwarhom hu huma: Philip Toledo Limited, ACS, MAK Systems, MITA, Ergon, Mall Systems Ltd, Data Access Worldwide, DXC Ltd, GE, 2i Ltd, Exigy Ltd, Auxilium Ltd, Gnomon Informatics S.A, Galley’s, Elsevier, ICON, Traccia, Technoline, Vodafone Malta Ltd, MDT Global Solutions, Computime, Siveco Romania SA, Seasus, Smart Technologies, Robusta Solution, AM Mangion, Micromedex- Truven Health Analytics, PTL Ltd, Pharmaceutical Affairs, Cursor ltd, Everbridge, Global Entserv Solutions Ireland, Associated Equipment, SG Solutions Limited, ICT Solutions, GPI S.p.a, Logikview Analytics Limited, Eventi, Stormnet Media Ltd, Agilis, Ascent, ASCOM, Dakar, Sight Technologies, SNOMED, Webcraft, Megabyte Limited, Anova Technologies, LOQUS, Phoenix IT, Marand d.o.o, Seasus, Curvature, Robusta Solution, 4s Dawn TrioMed u Sectra.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Kuntratti Pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10341 u 10192 u jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu minn Ġunju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija? Jista’ f’kull każ jgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b’direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x’tip ta’ xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar

Miżuri ta’ Governanza tajba

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’miżuri ta’ governanza tajba jieħu fil-Ministeru tiegħu sabiex jiżgura li l-ebda impjegat b’mod partikolari fis-Segretarjat tiegħu, iżda anke fil-ministeru tiegħu, ma jkollu kunflitt ta’ interess fis-sens li waqt li jaħdem fil-Ministeru, ikollu wkoll interess dirett jew indirett f’entità kummerċjali li jkollha kuntratt ta’ servizzi mal-istess ministeru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għas-Saħħa hu ggwidat mill-policies relatati u mir-regoli tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, kif ukoll mid-Direttivi Numru 7, 9 u 10 taħt il-provedimenti tal-Att Dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (KAP 497), skont kif applikabbli.
Leg 13 PQ #10406 Sitting 234 2019-06-10 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar f’Dubai — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ma jridx jiddikjara ma’ min iltaqa’ u minn min kien akkumpanjat waqt iż-żjara tiegħu f’Dubai, suppost fuq xogħol tal-gvern?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li peress li l-mistoqsija tirreferi għall-kariga ministerjali preċedenti, l-informazzjoni addizzjonali qiegħda tinġabar.
Leg 13 PQ #10407 Sitting 234 2019-06-10 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Kuntratt ta’ servizzi

Question

Jista’ l-Ministru għat-Turiżmu jagħti lista ta’ kuntratti ta’ servizzi li l-Ministeru tiegħu ta lill-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 ’il hawn kemm ilu Ministru? Jista’ jinkludi wkoll: a. l-iskop tal-kuntratt; b. iż-żmien li għalih kien jew għadu viġenti; u c. l-ammont ta’ ħlas imħallas a tenur ta’ dawn il-kuntratti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kuntratti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ta’ Qali – Mużew tal-Avjazzjoni – tindif ta’ żona abbandunata

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10260, peress li numru ta’ nies li jiffrekwentaw Ta’ Qali qaluli li, kuntrarjament għal dak li qal il-Ministru, effettivament, kien hemm asbestos fl-istruttura li ġiet żarmata mill-post u li dan l-asbestos ma tneħħix bil-proċeduri ta’ sigurtà stabbiliti u anzi, seta’ intradam fuq il-post, b’riskju ta’ periklu għall-pubbliku ovvju u in vista ta’ dan, jista’ l-Ministru jippreżenta dokumentazzjoni li tivverifika li x-xogħol fuq il-post sar skont normi applikabbli ta’ saħħa u sigurtà, fosthom dwar applikabbli għall-handling tal-asbestos?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li l-istrutturi li ġew żarmati kienu jintużaw biex jiġu manifatturati varji tipi ta’ prodotti ta’ konkos pre-fabrikat, ta’ diversi forom u qisien. Kif diġà ntqal fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari preċedenti 10260, waqt it-tneħħija ta’ dawn l-istrutturi ma rriżultax li kien hemm xi asbestos, u lanqas ma ġie kkomunikat lill-Awtorità tal-Ippjanar li seta’ kien hemm xi asbestos fil-parti tas-sit li tnaddfet. Għaldaqstant, ma hemmx dokumentazzjoni rigward handling ta’ asbestos. Min-naħa l-oħra, wieħed għadu ma jistax jeskludi li ma hemmx asbestos fin-Nissen Huts li għadhom preżenti fuq is-sit. Dawn jinsabu fuq parti mis-sit li għadu ma sar l-ebda intervent fuqha peress li wara li saret konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali ġie rakkomandat li tali strutturi għadhom jin¿ammu sakemm isiru studji ulterjuri fuqhom biex jiġi determinat il-valur arkitettoniku u/jew kulturali tagħhom. Din il-parti tas-sit fiha tmien Nissen Huts u ġiet totalment imdawra b’ħajt tal-blokki sabiex ma jkunx hemm aċċess għall-pubbliku u jiġi evitat kull periklu. L-istudji li għad iridu jsiru għandhom jiddeterminaw jekk fin-Nissen Huts hemmx preżenza tal-allegat asbestos.
Leg 13 PQ #10409 Sitting 234 2019-06-10 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Safar – Dubai — Delegazzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-Chief of Staff tiegħu kienx parti mid-delegazzjoni governattiva li żarat Dubai f’Awwissu tal-2015 u li kienet tinkludi wkoll lill-Ministru għat-Turiżmu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Le ma kienx.

Servizz ta’ IT — kuntratt

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10190 u 9720 u ċjoè: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista ta’ kuntratt ta’ servizzi ta’ IT, inkluż manutenzjoni, bħalissa viġenti, fil-Ministeru tiegħu kif ukoll fl-entitajiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija, flimkien ma' dettalji f’kull każ ta’ min huma l-entitajiet jew persuni fiżiċi u/jew legali li joffri dan is-servizz, id-data tal-bidu u t-tmiem tal-kuntratt viġenti u kemm qed jitħallsu kull sena, sena b’sena, għas-servizz li joffru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba minnu.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Kuntratti Pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10192 u jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu minn Ġunju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija? Jista’ f’kull każ jgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b’direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x’tip ta’ xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għas-Saħħa – ħaddiema li għandhom interess f’soċjetà kummerċjali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10188, filwaqt li nispeċifika li mhux qed nirreferi għal xi persuna/persuni partikolari, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, jgħid jekk hemmx persuni li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu li għandhom, fl-istess ħin, interess dirett jew indirett f’xi soċjetà kummerċjali li tagħti servizzi lill-istess ministeru permezz ta’ kuntratt ta’ servizzi ta’ kwalunkwè natura?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 10188.

Ministeru għas-Saħħa – ħaddiema li għandhom interess f’soċjetà kummerċjali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10188, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru li hu responsabbli għalih hu jagħmilx eżerċizzju ta' skrutinju tal-possibilità ta’ kunflitt ta’ interessi li jista’ jinħoloq fis-sens li jista’ jkun hemm uffiċjali fil-ministeru tiegħu li fl-istess ħin ikollhom interess f’xi entità kummerċjali li tkun qed tipprovdi servizz lill-istess ministeru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 10188.
Leg 13 PQ #10344 Sitting 232 2019-06-04 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194 li fiha l-Ministru ammetta għall-ewwel darba li kien id-Dubai f’Awwissu tal-2015 u in vista tal-emails mikxufa f’PanamaPapers dwar l-iskop ta’ din iż-żjara, jista’ l-Ministru jgħid: (i) f’liema bank fid-Dubai fetaħ il-kont bankarju; u (ii) kemm iddepożita flus fil-kont ġdid li fetaħ fid-Dubai?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4970.
Leg 13 PQ #10201 Sitting 231 2019-06-03 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Permanenti Ewlieni – vjaġġar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista ta’ vjaġġar barra minn Malta li sar mis-Segretarju Permanenti Ewlieni mill-elezzjoni tal-2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija, inkluż il-pajjiż li fih saret iż-żjara, l-għan taż-żjara, id-dati taż-żjara, u f’kull każ, min kien qed jakkumpanja lis-Segretarju Permanenti Ewlieni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif qed jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Ta’ Qali – Mużew tal-Avjazzjoni – tindif ta’ żona abbandunata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, fil-proċess ta’ tindif taż-żona abbandunata qrib il-Mużew tal-Avjazzjoni f’Ta’ Qali fejn matul is-snin intrema skart ta’ kostruzzjoni u skart ieħor, l-Awtorità tal-Ippjanar sabitx asbestos, u f’dak il-każ, jista’ jgħid jekk dan tneħħix, b’liema proċess tneħħa u jekk it-tneħħija tal-asbestos ġietx dokumentata u ċċertifikata mill-awtoritajiet kompetenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, waqt il-proċess ta’ tindif ġewwa Ta’ Qali, ġew imqabbda varji kuntratturi mill-istess Awtorità sabiex jiġi assigurat li l-materjal li kien hemm fuq il-post jiġi mmaniġjat kif suppost. Għaldaqstant, wieħed mill-kuntratturi li ġie mqabbad mill-Awtorità hu liċenzjat sabiex, f’każ li jirriżulta jew jinstab xi tip ta’ materjal perikoluż, dan ikun jista’ jiġi dokumentat u ttrattat skont il-proċeduri indikati mill-awtoritajiet kompetenti. Iżda, waqt it-tindif ma rriżultax li kien hemm asbestos.
Leg 13 PQ #10336 Sitting 231 2019-06-03 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194 li fiha l-Ministru ammetta għall-ewwel darba li kien Dubai f’Awwissu tal-2015, jista’ l-Ministru jgħid: (i) id-data eżatti taż-żjara; (ii) x’kien l-iskop taż-żjara; (iii) jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjal pubbliku jew person of trust u f’dak il-każ, minn min; (iv) jekk fl-istess żjara kienx preżenti ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru; u (v) kemm ġiet tiswa ż-żjara, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispiża tal-vjaġġ, akkomodazzjoni, ikel u entertainment?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194.
Leg 13 PQ #10337 Sitting 231 2019-06-03 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194 li fiha l-Ministru ammetta għall-ewwel darba li kien Dubai fi Frar tal-2016, jista’ l-Ministru jgħid: (i) id-data eżatti taż-żjara; (ii) x’kien l-iskop taż-żjara; (iii) jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjal pubbliku jew person of trust u f’dak il-każ, minn min; (iv) jekk fl-istess żjara kienx preżenti ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru; (v) kemm ġiet tiswa ż-żjara, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispiża tal-vjaġġ, akkomodazzjoni, ikel u entertainment?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194.
Leg 13 PQ #10338 Sitting 231 2019-06-03 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194 li fiha l-Ministru ammetta għall-ewwel darba li kien Dubai f’Novembru tal-2016, jista’ l-Ministru jgħid: (i) id-data eżatti taż-żjara; (ii) x’kien l-iskop taż-żjara; (iii) jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjal pubbliku jew person of trust u f’dak il-każ, minn min; (iv) jekk fl-istess żjara kienx preżenti ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru; u (v) kemm ġiet tiswa ż-żjara, maqsuma fi spejjeż li jirriflettu l-ispiża tal-vjaġġ, akkomodazzjoni, ikel u entertainment?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194.

Sptar Mater Dei – servizz tal-IT

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10189, filwaqt li nispeċifika li mhux qed nirreferi għal persuna/persuni partikolari, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, iva jew le, jekk xi ħadd li jaħdem fis-Segretarjat tiegħu għandux parentela mas-sidien tal-kumpanija li toffri servizzi ta’ IT fl-Isptar Mater Dei? U jekk iva, jista’ jgħid min?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10189.
Leg 13 PQ #10195 Sitting 230 2019-06-03 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

In vista tal-fatt li l-mistoqsija parlamentari 9712 tirreferi għall-mistoqsija li ilni nagħmilha diversi xhur, jista’ l-Ministru jgħid għaliex qed idum daqstant biex jagħti dettalji dwar iż-żjarat tiegħu f’Dubai matul l-aħħar leġislatura?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10194.