Ħatra ta’ Kummissarju dwar Standards fil-Ħajja Pubblika
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jgħaddi għall-ħatra ta’ Kummissarju dwar Standards fil-Ħajja Pubblika kif stipulat fil-liġi l-ġdida li taħseb għat-twaqqif ta’ din il-kariga?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejja konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni biex ikun hemm qbil dwar persuna idonea.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont s’issa tal-implimentazzjoni tal-liġi l-ġdida dwar Standards fil-Ħajja Pubblika?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Onor. Membru huwa mgħarraf li l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika għadu ma nġiebx fis-seħħ pero hemm konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni biex tkun tista’ tiġi identifikata persuna li tkun tista’ tieħu l-inkarigu ta’ Kummissarju taħt l-Att.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – uffiċċju ta’ individwu
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2914, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qatt kellux uffiċċju, skrivanija - temporanja jew permanenti - fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija u jekk fl-affermattiv, meta?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2810, jista’ l-Ministru jgħid għaliex, skont hu, l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u minn liema liġi joħroġ l-obbligu li ma jagħtix l-informazzjoni mitluba għal din ir-raġuni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Enemalta plc hija kumpanija li tinnegozja f’suq miftuħ sabiex tixtri l-elettriku meħtieġ mill-klijenti tagħha minn sorsi differenti, lokali u barranin, fosthom il-Malta – Italy Interconnector u l-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku Delimara 3 u Delimara 4. Il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar prezzijiet speċifiċi jew dettalji oħra simili jistgħu jippreġudikaw dan il-proċess kontinwu.
Dipartiment tat-Taxxa u/jew l-FIAU – investigazzjoni fil-konfront ta’ individwi
Question
Ladarba fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 2830, il-Ministru qal illi meta jkun hemm każ li ċittadin Malti jinqabad b'kumpanija sigrieta fil-Panama, "l-entitajiet tad-Dipartiment tat-Taxxa u/jew tal-FIAU jinvestigaw skont in-natura tal-każ", jista’ l-Ministru jgħid x'investigazzjoni wettqu d-Dipartiment tat-Taxxa u/jew il-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) fil-konfront tal-Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (a) u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (b) li t-tnejn li huma nqabdu b'kumpanija sigrieta fil-Panama?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar fejn waslu l-investigazzjonijiet fuq il-persuni li nstabu fuq il-lista tal-Panama ngħatat mill-Kummissarju tat-Taxxi u mistennija li tibqa’ tingħata minn żmien għal żmien sakemm tintemm.
Fil-każ tal-FIAU, jien m'għandi xejn x’inżid mal-istqarrijiet li l-Bord tad-Diretturi ta’ din l-istituzzjoni għamel dan l-aħħar.
Fond ta' Żvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali — għanijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-għanijiet tal-Fond ta' Żvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali li twaqqaf sabiex jintużaw parti sostanzjali tal-fondi ġejjin mill-Individual Investor Programme (IIP)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Fond ta' Żvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali – xiri ta’ ishma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fondi assenjati fil-Fond li twaqqaf, sabiex jintużaw fondi mill-Individual Investor Programme (IIP) intużaw biex jinxtraw ishma fil-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? F'dak il-każ, jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw ishma, kemm kienet in-nefqa, meta inxtraw l-ishma, x'kienet ir-raġuni li nxtraw dawn l-ishma u jekk dan ix-xiri ta' ishma huwiex konfirmi mal-għanijiet tal-Fond u mal-funzjonijiet tal-Bord tiegħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Fond ta' Żvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali – xiri ta’ ishma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid b'liema mod ix-xiri ta’ ishma fil-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jikkonformi mal-għanijiet tal-Fond li twaqqaf għal skop ta’ żvilupp soċjali u ekonomiku sabiex jintużaw fondi mill-Individual Investor Programme (IIP)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Passi kontra ditta u persuni ta’ financial intermediaries
Question
Ladarba l-ebda mill-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu ma ħadu l-ebda azzjoni effettiva fil-konfront tal-persuni u tad-ditta ta’ financial intermediaries li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu hu biex jara li l-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu jwettqu dmirhom fil-konfront ta’ dan il-bank?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirriferi għat tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 2951.
Fid-dawl tar-riżoluzzjoni reċenti tal-Parlament Ewropew dwar is-saltna tad-dritt f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa jew se jieħu biex jindirizza l-punti mqajjma fl-istess riżoluzzjoni b’relevanza għar-responsabilità ministerjali tiegħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Il-punti li qiegħed jirriferi għalihom l-Onorevoli Interpellant jirrigwardjaw, fost oħrajn, suġġetti li dwarhom Malta ttrasponiet, qegħda tittrasponi u tkompli tittrasponi direttivi tal-Unjoni Ewropeja f’liġijiet, f’regolamenti u fit-tisħiħ tal-istituzzjonjiet koncernati.
Rapporti fuq il-media fuq persuna u kumpanija ta’ investiment
Question
Fid-dawl tar-rapporti reċenti fil-media, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħadu jew se jieħdu l-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu dwar il-persuna u l-kumpanija ta’ investiment li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
IIP – kumpanija – persuna li toffri servizz bi ħlas fil-forma ta’ referral services
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid hux aċċettabbli għalih li skont kif qed jiġi rapportat, il-kumpanija tal-mara taċ-Chief of Staff tiegħu toffri servizzi bi ħlas fil-forma ta’ referral services for private individuals who wish to take part in the IIP (Individual Investor Programme)?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk xi nies li ltaqa’ magħhom iċ-Chief of Staff tiegħu sarux klijenti tal-kumpanija tal-mara taċ-Chief of Staff tiegħu fil-kuntest tas-servizz li toffri ta’ referral service for private individuals who wish to take part in the IIP (Individual Investor Programme) jew fil-kuntest ta’ kwalunkwe servizz ieħor li toffri?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-Chief of Staff tiegħu talabx il-permess tiegħu qabel ma’ l-mara tiegħu,skont kif qed jiġi rapportat, bdiet toffri servizz ta’ referral service for private individuals who wish to take part in the IIP (Individual Investor Programme) mill-kumpanija tagħha?
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li ċ-Chief of Staff tiegħu, li terġa’, jinsab taħt inkjesta kriminali dwar allegat tixħim fuq bejgħ ta’ passaporti, għandu kunflitt ta’ interess meta skont kif qed jiġi rapportat il-mara tiegħu hija azzjonista f’kumpaniji li toffri servizzi marbuta mal-Individual Investor Programme (IIP) jew kif inhu magħruf aħjar il-programm ta’ bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi waqt li l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu bħal drabi ohra ohra hija bba¿ata fuq premessa ¿baljata, dwar it-tieni parti tal-mistoqsija tieghu nirreferih ghat-tweġiba għal mistoqsija 2915.
Ladarba l-ebda mill-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu ma ħadu l-ebda azzjoni effettiva fil-konfront tal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħata separatament, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu hu biex jara li l-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu iwettqu dmirhom fil-konfront ta’ dan il-bank?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mgħandi l-ebda ħsieb li nħalli lil min ju\ani biex issir xi pressjoni fuq istitutzzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Filwaqt li ntenni l-fiduċja sħiħa tiegħi fihom nappella lil dawn l-istituzzjonijiet jitħallew jaħdmu b’mod trankwil fil-qadi ta’ xogħolhom.
Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – responsabilità politika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fid-dawl tal-fatt li l-eks canvasser tiegħu, li ddaħħal jaħdem f’entità li taqa’ taħt ir-responsabilità ministerjali tiegħu, tressaq il-Qorti b’rabta ma’ każi ta’ tixħim u frodi fil-qadi ta’ dmirijietu fl-istess entità; u fid-dawl ta’ dak li dejjem sostna dwar responsabilità politika u dwar l-importanza li m’għandux ikun hemm liġi għall-allat u liġi għall-annimali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jerfa’ responsabilità politika dwar dan il-każ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Dejjem erfajt ir-responsabbiltà politika u ħadt il-passi kollha meħtieġa biex ħadd, hu min hu, ma jkun 'il fuq mil-liġi kif spjegajt fl-istqarrija ministerjali li għamilt fis-seduta 458 tal-5 ta' Diċembru 2016.
Fil-fatt fis-16 ta' April 2016 jiena infurmajt lill-Kap Eżekuttiv ta’ dak iż-żmien li “Treat him like any normal employee.” u “No one outside good governance regulations....”.
F’April stess tas-sena l-oħra għidtlu wkoll “Please understand that no one no one enjoys immunity or is untouchable....”.
F’Ġunju ta’ dik is-sena għidt lis-CEO “...we cannot have him run a parallel rogue operation that does not respect any procedures on how public money is spent...”
Fl-istess żmien ridt li ma jitħallsux irċevuti ssuspettati li huma falsifikati. F’Awwissu ordnajt investigazzjoni dwar dan. Malli ntemmet u rrikkmandat li jittieħdu passi rajt li jsir rapport lill-Pulizija dwar dan.
Fl-10 ta’ Settembru 2016 is-CEO ta’ dak iż-żmien qalli, wara li ħadt il-passi meħtieġa, “But Sir what you are doing NOW, after you have plenty of tangible evidence is what you will be judged upon...nobody thinks you were involved then...but now your duty is clear.”
Dan id-dmir wettaqtu. Malli kelli "tangible evidence" infurmajt lill-Pulizija, lill-Internal Audit and Investigations Department u lill-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni b’dak li ġara u mpenjajt ruħi li nikkopera f’kull investigazzjoni li riedu jagħmlu.