Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #3561 Sitting 76 2018-01-30 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Suspicious Transaction Reporting — bank

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma bagħat l-ebda rapport magħruf bħala Suspicious Transaction Reporting (STR) matul is-sena sħiħa 2016, meta matul din is-sena (2016) saru numru ta’ transazzjonijiet suspettużi, inkluż transazzjoni ta’ dħul ta’ mitt elf ewro fil-kont taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru fl-imsemmi bank, hekk kif żvelat f’wieħed mir-rapporti tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU)?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispjegazzjoni mitluba tista’ tingħata biss mill-Bank.

Vitals Global Healthcare – bejgħ ta’ apparat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3289, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid saritx valutazzjoni tal-apparat kollu tat-tliet sptarijiet u ċjoè; l-Isptar t’Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech, qabel ma’ dan għadda għand il-Vitals Global Healthcare (VGH) u eventwalment għand il-kumpanija privata Amerikana li se tieħu f’idejha l-istess sptarijiet pubbliċi? Jekk saret valutazzjoni, jista’ jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma saritx, jista’ jgħid għaliex ma saritx?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-apparat ġie mgħoddi lill-konċessjonarji tale quale, mingħajr ebda garanzija inkluż għad-difetti li ma jidhrux (latent defects) u huwa filfatt previst li l-maġġoranza ta’ dan l-apparat jinbidel matul il-perjodu tal-koncessjoni.

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – rakkomandazzjoni tar-rapport — reazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni tiegħu għar-rakkomandazzjoni tar-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew segwenti: "Reform the Judiciary, namely on the basis of recommendations made in 2013, in order to reinforce the separation of powers and the independence of the Judiciary”?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirringrazzja lill-Onor. Interpellant tal-interess gdid li qed jiehu fir-rapport tal-Kummissjoni Bonello. Qed nghid hekk ghax fi zmien li hu kien Kap tal-Partit Nazzjonalista, l-Partit tieghu kien naqas milli jipprezenta kwalsijasi proposti matul il-process ta' konsultazzjoni li kienet nidiet il-Kummissjoni Bonello ghal riforma fil-qasam tal-Gustizzja. Minkejja li l-Partit Nazzjonalista fi zmien meta l-interpellant kien Kap tieghu naqas milli jikkontribwixxi mqar proposta wahda li hi wahda, l-Gvern xorta mexxa 'l quddiem process shih ta' riforma fil-qasam tal-Gustizzja u determinat li jkompli jimplimenta iktar u iktar riformi. Kif jaf l-Onor Interpellant, matul il-legizlatura li ghaddiet il-Gvern, bi qbil ma' l-Oppozizzjoni, ghadda sensiela ta' emendi Kostituzzjonali li sahhew bil-bosta s-separazzjoni tal-poteri u l-indipendenza tal-Gudikatura. Ghad li dak li l-Gvern u l-Oppozizzjoni - bi qbil unaninimu - implimentaw ma kienx preciz dak li pproponiet il-Kummissjoni Bonello, jista' jinghad li d-direzzjoni generali kienet fl-istess spirtu. Infakkar li bl-emendi storici li ghaddejna f'dik li kienet l-ikbar riforma Kostituzzjonali mill-1987 sal-lum: 1) Giet entrenched fil-Kostituzzjoni l-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja; 2) Inholoq mekkanizmu li bih il-Gvern neza minn idejh il-poter assolut li kellu li jahtar lil min irid bhala Magistrat jew Imhallef. Minflok il-hatra tista' ssir biss wara parir favorevoli minn kumitat indipendenti u awtonomu presedut mill-Prim Imhallef. (Il-Gvern jista' xorta wahda jmur kontra l-parir imma biex jaghmel hekk irid jispjega r-ragunijiet fil-Parlament li s'intendi jridu jkunu ragunijiet importanti hafna. Il-Gvern prezenti dejjem mexa mal-pariri tal-kumitat ghall-ghazla tal-Gudikanti u qatt ma mar kontra l-pariri). 3) Gie riformat il-metodu ta' dixxiplina tal-Gudikanti bil-holqien ta' kumitat ad hoc maghzul b'mod demokratiku mill-Gudikatura stess. A kuntrarju ta' dak propost mir-rapport Bonello, il-Gvern u l-Oppozizzjoni raw li fl-emendi taghhom jassiguraw li l-principju kardinali u fundamentali f'demokrazija li "Judges must be Judged by their own peers" jkun rispettat f'kull hin u b'mod car. 4) Inholqot pensjoni specjali ghas-servizz ghall-gudikatura b'beneficcji godda u bla precedent biex kompliet tissahhah b'mod effettiv l-awtonomija ta' dan il-korp krucjali ghal pajjizna, anke wara l-irtirar taghhom. Din il-mizura se sservi wkoll biex ikomplu jigu attirati l-ahjar mhuh legali lejn il-bank tal-Gudikatura. Irrid naghmilha cara li jien ninsab miftuh dejjem ghal proposti u ideat li jsahhu l-indipendenza tal-Gudikatura u s-separazzjoni bejn l-Ezekuttiv u l-Gudikatura. Ghalhekk perezempju rrid nara li fix-xhur li gejjin, in linea mal-manifest elettorali tal-Partit Laburista, jkollna ligi li taghti awtonomija amministrattiva lill-Qrati bl-istess mod li tajna awtonomija amministrattiva lill-Kamra tad-Deputati. Jekk hemm xi punti ohrajn li jirrigwardjaw is-separazzjoni tal-poteri u l-indipendenza tal-Gudikatura elenkati fir-rapport Bonello li l-Onor Interpellant jixtieq nirrispondih dwarhom, ninsab a pjena dispozizzjoni.

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – rakkomandazzjoni tar-rapport — reazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tiegħu għar-rakkomandazzjoni segwenti tar-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Eworpew: "The Police Commissioner should no longer be appointed by the Prime Minister but by an appropriate independent body.”?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3548.

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – reazzjoni dwar ir-rapport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tiegħu għar-rakkomandazzjoni segwenti tar-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew: “ … the veto power of the Prime Minister should no longer exist regarding the nomination of the Maltese Chief Justice”?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 3548.

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – reazzjoni dwar ir-rapport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tiegħu għar-rakkomandazzjoni segwenti tar-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew: “Mr Ferris should be granted police protection and serious consideration should be given to his application for protection under the Whistle-blower Protection Act”?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 3548.

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – reazzjoni dwar ir-rapport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tiegħu għar-rakkomandazzjoni segwenti tar-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew: “Mr Ferris should be granted police protection and serious consideration should be given to his application for protection under the Whistle-blower Protection Act” u senjatament jgħid jekk il-persuna msemmija ngħatatx protezzjoni tal-Pulizija kif mitlub mill-Parlament Ewropew?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux il-prassi li jingħad fil-pubbliku x’tip ta’ protezzjoni jkunu qed jingħataw individwi. U dan għas-sigurtà tal-istess individwu.
Leg 13 PQ #3557 Sitting 75 2018-01-29 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – reazzjoni dwar ir-rapport

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tiegħu għar-rakkomandazzjoni segwenti tar-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew: "The Maltese Government should separately publish the list of persons being granted Maltese Citizenship under the Individual Investment Programme and should start an independent assessment of this programme and of the anti- money laundering procedures applied to it”?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3548.
Leg 13 PQ #3514 Sitting 74 2018-01-25 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Post ta’ Malta fir-ranking dinji dwar il-Libertà

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex Malta waqgħet diversi postijiet - minn 17 għal 33 - fir-ranking dinji dwar il-Libertà, hekk kif maħruġ minn Freedom House?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li r-rapport imsemmi minnu ma’ kienx ippublikat mill-gvern Malti.

Pulizija – Investigazzjoni fuq iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru

Question

Fid-dawl tal-fatt li kemm il-Prim Imħallef kif ukoll il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali kkonfermaw li l-pulizija jistgħu jinvestigaw anki fuq sempliċi informazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Pulizija għadhom ma fetħux investigazzjoni fuq iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru li dwaru hemm mhux biss sempliċi informazzjoni iżda saħansitra mill-anqas żewġ rapporti tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li jikkonkludu li hemm suspett raġjonevoli ta’ reat ta’ ħasil ta’ flus u liema rapporti ntbagħtu lill-Pulizija għall-azzjoni tagħha aktar minn sena ilu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-Pulizija rċeviet ir-rapporti msemmijin mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) u sussegwentament ittieħdu l-azzjonijiet kollha biex tinġabar l-informazzjoni li kien hemm bżonn. Infurmat li meta eventwalment dawn iż-żewġ rapporti ġew a konjizzjoni tal-Maġistrati Inkwerenti, il-Pulizija ħasset li jkun aktar għaqli li tassisti lil tali Maġistrati fix-xogħol tagħhom, u tistenna l-konklużjonijiet tar-rapporti tagħhom. Dan anke minħabba l-fatt li f'dawn l-Inkjesti Maġisterjali tqabbdu diversi esperti.

Pulizija – individwu li għadu ma tressaqx il-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Pulizija għadha ma ħadet l-ebda passi u ma resqitx il-Qorti lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u li dwaru hemm rapport tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni li jikkonkludi li l-Kummissjoni hija moralment konvinta li hemm każ ta’ korruzzjoni u li issa ilu li ntbagħat lill-Pulizija madwar sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija għadhom qed jinvestigaw b'mod attiv il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament. Fil-fatt, kif kien ukoll magħruf fl-aħħar jiem minn rapportaġġ fil-midja, il-Pulizija qed tistenna risposti minn awtoritajiet barranin biex tkun tista’ tkompli tinterroga persuni b’relazzjoni ma’ dan il-każ. Il-livell ta’ evidenza li tiġbor il-Pulizija jkun ogħla minn dak kontenut fir-rapport tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni u li passi jittieħdu skont dak li jkun irriżulta, anke fl-investigazzjonijiet tagħha. Il-Pulizija qed tagħmel dak kollu possibbli biex, mingħajr dewmien, ittemm l-investigazzjonijiet tagħha, kif titlob il-Liġi
Leg 13 PQ #3548 Sitting 74 2018-01-25 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – reazzjoni fuq il-konlużjoni tar-rapport

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tar-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew wara ż-żjara tagħha f’Malta f’Novembru/Diċembru 2017, fejn qalet li “Persons perceived to be implicated in serious acts of corruption and money laundering, as a result of Panama Papers revelations and FIAU reports, should not be kept in public office and must be swiftly and formally investigated and brought to justice. Keeping them in office affects the credibility of the Government, fuels the perception of impunity and may result in further damage to State interests by enabling the continuation of criminal activity.”?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport ma jistax jittieħed f’paragrafi u sentenzi li jiġu kkwotati barra mill-kuntest. Il-Gvern ikkopera bis-sħiħ mad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew waqt iż-żjara f’Malta f’Diċembru tal-2017. Ir-rapport fl-intier tiegħu qed jiġi eżaminat u kkunsidrat. Ta’ min jirrimarka li hemm rakkommandazzjonijiet li l-istess delegazzjoni taf, u ntqal lilha uffiċjalment, li diġa’ ġew implimentati minn pajjiżna. Fost l-oħrajn ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-4th Anti-Money Laundering Directive li kienet ratifikata b’unanimita’ mill-Parlament Malti f’Diċembru tal-2017 stess. Intenni li hemm deċiżjonijiet li f’pajjiż sovran, indipendenti, bi Gvern elett demokratikament b’maġġoranza inekwivoka, jittieħdu mill-Eżekuttiv tal-pajjiż. Ninnota wkoll li r-rapport huwa wieħed li jaqbad partijiet kbar min-narrattiva tal-Oppożizzjoni meta kienet immexxija mill-Onorevoli Membru, u li sabet ruħha fir-rapport, li huma biss kummenti politiċi u li ma humiex ibbażat fuq l-ebda evidenza empirika. Bħal kumment li l-elezzjoni ntrebħet minħabba xi influwenza li saret fuq il-votanti fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Kummenti bħal dawn huma biss nuqqas ta’ fiduċja f’elettorat li għażel b’maġġoranza rekord li jagħti fiduċja lil din in-naħa tal-Kamra u li jisfiduċja lil min mexxa retorika li t-traċċi tagħha jidhru b’mod ċar f’dan id-dokument.
Leg 13 PQ #3549 Sitting 74 2018-01-25 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – rakkomandazzjoni tar-rapport — azzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tar-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew fejn qalet li "The functions of Chairman of the MFSA and the function of promoting investments into Malta should be decoupled;”?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru 3548.

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – rakkomandazzjoni tar-rapport — reazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni tiegħu għar-rakkomandazzjoni tar-rapport tal-Parlament Ewropew fejn qal "Reform the Attorney General functions, to decouple the role of advisory to the government from the role of prosecution”?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 13 PQ #3477 Sitting 73 2018-01-24 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Individual Investor Programme – Fondi fil-Fond imwaqqaf

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3063 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm tpoġġew fondi s'issa fil-Fond li twaqqaf, sabiex jintużaw fondi ġejjin mill-Individual Investor Programme (IIP)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li d-dħul tal-Fond sal-aħħar ta’ Deċembru, 2017, kien jammonta għal €363,245,398. Il-bilanċ kollu wara l-investiment li jkun sar huwa miżmum f’kont segregat li għandu l-NDSF mal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Leg 13 PQ #3478 Sitting 73 2018-01-24 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Individual Investor Programme – Użu ta’ flus mill-Fond imwaqqaf

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3064 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm flus intużaw s'issa mill-Fond li twaqqaf, sabiex jintużaw fondi mill-Individual Investor Programme (IIP)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li mil-fondi rċevuti sal-31 ta’ Diċembru 2017, ġew investiti b’kollox €27,818,284 u baqa bilanċ ta’ €335,427,094.
Leg 13 PQ #3479 Sitting 73 2018-01-24 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fond ta' Żvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali – Xiri ta’ ishma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3065 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux minnu li fondi assenjati fil-Fond li twaqqaf, sabiex jintużaw fondi mill-Individual Investor Programme (IIP) intużaw biex jinxtraw ishma fil-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? F'dak il-każ, jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw ishma, kemm kienet in-nefqa, meta nxtraw l-ishma, x'kienet ir-raġuni li nxtraw dawn l-ishma u jekk dan ix-xiri ta' ishma huwiex konformi mal-għanijiet tal-Fond u mal-funzjonijiet tal-Bord tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif tħabbar pubblikament fl-aħħar ġimghat, il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (National Development and Social Fund - NDSF) akkwista l-“nil-paid rights” maħruġin lil UniCredit S.p.A bħala parti mir-“rights issue” ta’ €150,000,000 maħruġa mil-Bank of Valletta p.l.c. (BOV). L-għan ta’ dan l-investiment fit-tul jifforma parti mill-“Long Term Directed Investment Portfolio” tal-Fond. Permezz ta’ dan l-investiment il-Fond se jkollu 15,279,218 ishma ġodda li jammontaw għal madwar 2.91% mil-ishma totali maħruġin mill-BOV. L-investiment totali jlaħħaq is-somma ta’ €27,818,284. Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Fond huwa li jagħmel investimenti għaqlin sabiex jibda jiġġenera sors ta’ dħul ieħor minbarra dak li jirċievi minn Identity Malta. L-offerta li l-Fond irċieva mil-bank UniCredit ġiet evalwata u approvata mill-Bord tal-Gvernaturi fuq il-fatt li dan l-investiment jilħaq l-obligazzjoni tal-Aġenzija. L-għan ewlieni stabbilit fl-Investment Policy tal-Fond kif ġie artikulat mill-Bord tal-Gvernaturi, huwa l-preservazzjoni tal-kapital permezz ta’ ritorn fuq l-investiment reali u fuq medda twila ta’ żmien. Kien għalhekk li l-Bord tal-NDSF dehrlu li investment f’ishma ta’ l-akbar istituzzjoni finanzjarja f’Malta, li tibbenifika minn investment grade rating tajjeb, kif ukoll li joffri ritorn ta’ investiment relattivament għoli fl-isfond tal-andament preżenti tas-suq, jikkontribwixxi għal dhul sostenibbli fit-tul. Dan l-ezercizzju jifforma wkoll parti ntegrali mill-istess amministrazzjoni tal-fond fl-interess pubbliku. L-NDSF itenni li hija prassi aċċettata li sovereign wealth funds oħra jżommu fil-portafoll tal-investiment, ishma fl-istituzzjonijiet ewlenin ta’ pajjiżhom.
Leg 13 PQ #3480 Sitting 73 2018-01-24 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fond ta' Żvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali – Xiri ta’ ishma

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3066 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid b'liema mod ix-xiri ta’ ishma fil-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jikkonformi mal-għanijiet tal-Fond li twaqqaf għal skop ta’ żvilupp soċjali u ekonomiku sabiex jintużaw fondi mill-Individual Investor Programme (IIP)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 3479.
Leg 13 PQ #3502 Sitting 73 2018-01-24 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Internal Audit and Investigations Department – eżitu dwar każ ta’ canvasser

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 2811 u 3067, jista’ l-Prim Ministru jgħid kienx hemm eżitu tal-każ dwar l-eks canvasser tal-Ministru Evarist Bartolo li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Internal Audit and Investigations Department u x’kien l-eżitu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-IAID għadda l-materjal li kellu l-Puliżija.

Enemalta – xiri tal-elettriku

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3074, jista’ l-Ministru għall-anqas jgħid, jekk il-prezz li bih l-Enemalta xtrat l-elettriku mill-interconnector kienx għola jew orħos mill-prezz li bih xtrat l-elettriku mill-Electrogas minn meta din bdiet taħdem sena ilu? Nispeċifika li mhux qed nitlob prezzijiet jew dettalji ta’ natura kummerċjali iżda sempliċement jekk il-prezz li bih xtrat l-elettriku l-Enemalta - li wara kollox hija entità pubblika b’kontroll maġġoritarju f’idejn il-Gvern - hux għola jew orħos mill-interconnector jew mill-Electrogas.

Response (MIZZI, JOE)

L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li l-prezz tal-elettriku li l-Enemalta tixtri permezz tal-Malta-Italy Interconnector ivarja l-ħin kollu, minn siegħa għall-oħra.