Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #3964 Sitting 82 2018-02-14 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpaniji li huwa involut Chief of Staff

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-kumpaniji kollha, kemm f’Malta kif ukoll dawk barra minn Malta, li ċ-Chief of Staff tiegħu huwa involut fihom hu jew il-konjuġi tiegħu, u f’kull każ jispeċifika jekk l-involviment hux fil-kapaċità ta’ ishmatarju jew ta’ direttur tal-kumpanija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob hija aċċessibbli pubblikament.
Leg 13 PQ #3965 Sitting 82 2018-02-14 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Negozji, ħwienet jew outlets li huwa involut Chief of Staff

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ negozji, ħwienet jew outlets kummerċjali oħra li ċ-Chief of Staff tiegħu huwa involut fihom hu jew il-konjuġi tiegħu, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta u f’kull każ jispeċifika liema kumpanija hija sid ta’ dan in-negozju?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob hija aċċessibbli pubblikament.
Leg 13 PQ #3966 Sitting 82 2018-02-14 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prodotti li jinnegozja Chief of Staff

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ prodotti li jinnegozja fihom iċ-Chief of Staff tiegħu u/jew il-konjuġi tiegħu u/jew il-kumpaniji kollha li huma involuti fihom, kemm direttament kif ukoll indirettament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob hija aċċessibbli pubblikament.
Leg 13 PQ #3872 Sitting 81 2018-02-08 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Ittra ta’ awtorizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra u/jew dokument li biha ta l-awtorizzazzjoni sabiex il-Vitals Global Healthcare (VGH) tkun tista’ tgħaddi l-interess tagħha fit-tliet sptarijiet pubbliċi lill-kumpanija privata Amerikana, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern mexa skont il-mekkaniżmu stipulat fil-kuntratti ta’ din il-konċessjoni.

Kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-VGH

Question

In vista tar-rapport fis-Sunday Times of Malta tal-4 ta’ Frar 2018 intitolat “'No-risk’ investment for Vitals” jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument jew Annex tal-kuntratt bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare (VGH) li allegatament ipoġġi fuq il-Gvern l-oneru li jħallas lill-VGH €100,000,000 (mitt miljun) flimkien mad-dejn kollu tal-VGH, f’każ li jiġi tterminat il-kuntratt? Jista’ jgħid għaliex ma semma xejn dwar dan il-kuntratt waqt id-dibattitu riċenti fil-Parlament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dokument imsemmi jifforma parti mill-kuntratt li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, partijiet mill-liema kuntratt jinsabu redatti minħabba s-sensittività ta’ ċerta nformazzjoni.
Leg 13 PQ #3832 Sitting 79 2018-02-06 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Film Studios — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wettaqx xi xogħlijiet fis-sit tat-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara, illum magħrufa bħala Malta Film Studios minn meta nħatar Ministru tat-Turiżmu f’Ġunju 2017? Jekk iva, x’kienu dawn ix-xogħlijiet u min ħallas għalihom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li beda jsir xogħol ta’ infrasttrutra ġol-Malta Film Studios b’koordinazzjoni ma’ diversi Ministeri u entitajiet. Huwa l-pjan tal-Gvern li jkompli jinvesti fil-Malta Film Studios sabiex ngħollu l-livell tal-kwalità li noffru lill-industrija tal-films.
Leg 13 PQ #3833 Sitting 79 2018-02-06 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Film Studios – lista ta’ prezzijiet ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħarġux lista ta’ prezzijiet ġdida għas-servizz li joffru t-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara, minn meta hu ħa l-kariga tiegħu bħala Ministru tat-Turiżmu f’Ġunju 2017?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninform lill-Onor. Interpellant li r-rati tal-Malta Film Studios huma bbażati skont is-suq u kunsiderazzjonijiet kummerċjali.
Leg 13 PQ #3834 Sitting 79 2018-02-06 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qasam tal-films – interess minn Chief of Staff

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-Chief of Staff tiegħu għandux interessi kummerċjali fil-qasam tal-films jew tal-film studios, kemm direttament jew indirettament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Le.
Leg 13 PQ #3835 Sitting 79 2018-02-06 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Interess f’kumpanija minn Chief of Staff

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-Chief of Staff tiegħu għandux interess, dirett jew indirett, fil-kumpanija li isimha qed jingħata separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-persuna li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija tiegħu m’għandux interess dirett fil-kumpanija li isimha qed jingħata separatament, iżda l-konjugi għandha kif jista jigi kkonstatat minn informazzjoni magħrufa pubblikament.
Leg 13 PQ #3836 Sitting 79 2018-02-06 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Produzzjonijiet ta’ films

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru produzzjonijiet ta’ films jew xogħlijiet simili fil-qasam awdjo-viżiv minn investituri jew interessi barranin mill-2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija u kemm minnhom intużaw it-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat li l-Kummissjoni tal-Films iżżomm statistka ta’ dawk il-produzzjonijiet li jkunu għamlu kuntatt magħha u applikaw għall-inċentivi finanzjarji. Mill-2013 sal-lum kien hawn 48 produzzjoni minn investituri jew interessi barranin f’Malta li bbenfikaw minn xi għajnuna mill-Kummisjoni tal-Films. Minn dawn it-48 produzzjoni, 16-il produzzjoni u¿aw il-faċiltajiet li jinsabu fil-Malta Film Studios. Kien hemm 4 produzzjonijet oħra li użaw il-faċilitajiet iżda ma applikawx għall-inċentivi finanzjarji li toffri il-Kummissjoni.
Leg 13 PQ #3858 Sitting 79 2018-02-06 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Suspicious Transaction Reporting — bank

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3561, jista’ l-Ministru jgħid, ladarba issa jaf li l-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma għamel l-ebda Suspicious Transaction Report (STR) lill-awtoritajiet matul l-2016 u ladarba jaf ukoll li f’din is-sena saru numru ta’ transazzjonijiet suspettużi li ma ġewx rappurtati, fosthom id-dħul ta’ mitt elf euro (€100,000) fil-kont tac-Chief of Staff tal-Prim Ministru, hekk kif żvelat f’wieħed mir-rapporti tal-FIAU, ma jidhirlux li, bħala Ministru responsabbli minn dan il-qasam għandu jieħu azzjoni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma l-Onor. Interpellant illi t-tali indħil li qiegħed jissiġġerixxi, jiġifieri li Ministru jindaħal fl-operat ta’ istituzzjoni awtonoma bħal FIAU, tmur kontra l-prinċipji fundamentali ta’ “good governance” li tagħha l-Onor. Interpellant huwa l-kelliem għall-Oppożizzjoni u suppost jaf x’inhuma.
Leg 13 PQ #3826 Sitting 78 2018-02-05 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bank — Kawża kontra persuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hu jew iċ-Chief of Staff tiegħu kenux mgħarrfa bil-kawża li l-Bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fetaħ lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-Arizona, l-Istati Uniti f’Mejju 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru sar jaf bil-kawza li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor. Interpellant meta din saret pubblika.
Leg 13 PQ #3827 Sitting 78 2018-02-05 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bank — Korrispondenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għaddietx korrispondenza kwalunkwe bejnu jew iċ-Chief of Staff tiegħu u l-Bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew is-sidien tiegħu minn meta dan kiseb il-liċenzja biex jopera f’Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma kienx hemm korrispondenza bejn il-Prim Ministru u dan il-Bank. Dan japplika wkoll għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #3828 Sitting 78 2018-02-05 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Film Studios – sejħa għall-offerti internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tas-sejħa għall-offerti internazzjonali li kienet ħarġet fl-2015 b’rabta mal-privatizzazzjoni tat-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara, illum magħrufa bħala Malta Film Studios?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu 5 kumpanijji li ssottomettew applikazzjoni għas-sejħa għall-offerti internazzjonali li kienet għalqet nhar il-15 ta Diċembru 2015. Wara skrutinju tal-applikazzjonijiet, il-5 kumpaniji kollha għaddew għat-tieni stadju tal-proċess. Fit-tieni stadju, il-Kummisjoni tal-Films ippubblikat Request for Proposals f'Settembru 2016 li għaliha il-5 kumpaniji intalbu jippreżentaw il-proposti tagħhom. Mill-5 kumpaniji, għall-proċess tal-RFP, kienet il-kumpanija Golden Zephyr Ltd li ppreżentat proposta. Wara li din il-proposta ġiet eżaminata ġiet meqjusa bħala technically non-compliant .
Leg 13 PQ #3829 Sitting 78 2018-02-05 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Film Studios – sejħa għall-offerti internazzjonali – applikazzjonijiet minn kumpaniji jew ditti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija jew ditta jew entità oħra applikat għas-sejħa għall-offerti internazzjonali li kienet ħarġet fl-2015 b’rabta mal-privatizzazzjoni tat-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara, illum magħrufa bħala Malta Film Studios?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienu ħamsa (5) il-kumpaniji li ssottomettew applikazzjoni għas-sejħa għall-offerti internazzjonali li kienet għalqet nhar il-15 ta Diċembru 2015.
Leg 13 PQ #3830 Sitting 78 2018-02-05 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Film Studios – pjani tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjani tal-Gvern għat-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara, illum magħrufa bħala Malta Film Studios u senjatament, jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiġu privatizzati?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tankijiet tal-Malta Film Studios huma strateġiċi għal pajjiżna u għalhekk qegħdin jiġu evalwati possibiltajiet differenti sabiex dawn it-tankijiet jiġu utiliżżati bl-aħjar mod possibli.
Leg 13 PQ #3831 Sitting 78 2018-02-05 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara — tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min imexxi t-tankijiet tar-Rinella fil-Kalkara llum? Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Malta Film Commission għandhiex xi rwol f’din it-tmexxija u jekk iva, ma jidhirlux li dan ipoġġi lill-Malta Film Commission f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tankijiet tal-Malta Film Studios huma amministrati mill-Kummissjoni tal-Films f’Malta fl-aħjar interess tal-qasam tal-films f’Malta.

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – reazzjoni dwar ir-rapport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tiegħu għar-rakkomandazzjoni segwenti tar-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew: “The Maltese Government should start an action programme against corruption and financial crime and increase the number of investigations and prosecutions. This should include special units in police and judiciary with sufficient and highly qualified staff”?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3548.
Leg 13 PQ #3559 Sitting 76 2018-01-30 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – reazzjoni dwar ir-rapport

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tiegħu għar-rakkomandazzjoni segwenti tar-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew: "An investigation is needed over the alleged influence of elections through increased hirings in the public sector, issuance of construction permits and regularisations of irregular constructions, as well as pay increases and promotions in the military.”?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 3548.

Passi kontra uffiċjali tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront tal-uffiċjal tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, issa li għaddew aktar minn tliet xhur mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-każ kontra l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament għadhom pendenti u l-aħħar seduta tal-Bord Dixxiplinarju saret fis-17 ta' Jannar, 2018.