B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4970, li fiha l-Ministru wieġeb li m’għandux kont bankarju fid-Dubai u/jew fil-UAE, jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx kellu kont bankarju fid-Dubai u/jew fil-UAE kemm f’ismu personali kif ukoll f’isem ta’ xi entità li fiha għandu interess, kemm direttament jew indirettament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-mistoqsija tiegħu hija bbażata biss fuq spekulazzjoni bla bażi li diġà ġiet miċħuda pubblikament, ngħarrfu xorta waħda li la kelli u lanqas għandi tali kont.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4971, li fiha l-Ministru wieġeb li m’għandux kont bankarju fil-Bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx kellu kont bankarju f’dan l-istess Bank, kemm f’ismu personali kif ukoll f’isem ta’ xi entita li fiha għandu interess, kemm direttament jew indirettament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-mistoqsija tiegħu hija bbażata biss fuq spekulazzjoni bla bażi li diġà ġiet miċħuda pubblikament, ngħarrfu xorta waħda li la kelli u lanqas għandi tali kont.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien ir-rigal tat-tieġ li huwa ta lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid min ħallas għal dan ir-rigal u jippreżenta prova ta’ ħlas?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li jien inħallas għar-rigali kollha ta’ tiġijiet u avvenimenti privati personalment kif jista’ jixhed kwalunkwe skrutinju ta’ fondi pubbliċi. Fil-każ tal-avveniment imsemmi mill-Onor. Interpellant, ħallast ghall-vjaggi u spejjez relatati ukoll personalment. Id-dettalji tal-avveniment diga’ huma pubblici u huwa ironiku kif l-Onor. Membru qed jistaqsi għal dettalji meta diġa’ għamel stqarrijiet pubblici dwar dan il-kaz, li forsi ifisser li mill-ġdid wasal ghal konklużjonijiet bla ma kellu fatti f’ idejh.
Żjara fl-Italja għal tieġ ta’ individwu – ħlas tal-vjaġġ u akkomodazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min ħallas għall-vjaġġ u għall-akkomodazzjoni tiegħu waqt iż-żjara fl-Italja għat-tieġ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fil-persuni tal-Ministru għat-Turiżmu u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru li għaliha saret referenza pubblika mill-Prim Ministru?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onoveroli Interpellant li l-Artiklu 4 tal-Income Tax Management Act jipprojbixxi kull uffiċjal tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni milli jagħti informazzjoni bħal dik mitluba minnu.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4449 fejn irreferejtni għal sensiela ta’ tweġibiet mogħtija fil-leġiżlatura preċedenti li, fis-sustanza jgħidu li l-persuna li isimha ngħata minni separatament kienet ingħatat l-awtorizzazzjoni tas-Segretarju Permanenti biex tagħmel xogħol privat skont kif stipulat fil-Public Service Management Code, wara li fl-1 ta’ Ġunju 2013 kienet ġiet maħtura f'pożizzjoni ta' fiduċja fi rwol ta’ Kap Eżekuttiv fir-Residenza għall-Anzjani San Vinċenz de Paul, meta dan ix-xogħol privat mill-persuna konċernata jikkonsisti f’xogħol ta’ tabib u t-tmexxija ta’ klinika privata f'San Pawl il-Baħar, liema xogħol jikkonfliġġi b’mod ċar mal-eżerċizzju tad-dmirijiet uffiċjali tagħha bħala Kap Eżekuttiv tar-Residenza msemmija li sservi kemm bħala sptar kif ukoll bħala nursing home, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu biex dan il-kunflitt u dan il-ksur tal-Kodiċi ta’ Etika jitwaqqaf, anke in vista ta’ Paragrafu 6.2.3.1. tal-Public Service Management Code intitolat ‘Private Work’ u ta’ Taqsima B tal-Kodiċi ta’ Etika intitolata “Konflitti ta’ Interess”?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, m’għandi xejn aktar x’inżid mat-tweġiba li diġà tajt għall-mistoqsija parlamentari 4449, kif ukoll id-diversi tweġibiet li diġà ngħataw fuq l-istess suġġett matul il-leġiżlatura preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront tal-individwu li jaħdem ma’ Transport Malta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament wara li dan għamel kummenti ta’ theddid serju fuq Facebook kif riprodott fl-istampa li qed tidher separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li min naħa ta’ Transport Malta qegħdin jinfurmawni, li l-individwu li jidher fl-istampa tal-profil ta’ Facebook li tidher fl-iscreenshot mibgħuta separatament, għalkemm fid-dettalji tal-profil tiegħu elenka li hu impjegat ma Transport Malta, la qatt kien u anqas huwa, impjegat ta’ l-istess Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux kont bankarju fid-Dubai u/jew fil-UAE (United Arab Emirates)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-mistoqsija tiegħu hija bbażata biss fuq spekulazzjoni bla bażi li diġà ġiet miċħuda pubblikament, ngħarrfu xorta waħda li m’għandix tali kont.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux kont bankarju fil-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-mistoqsija tiegħu hija bbażata biss fuq spekulazzjoni bla bażi li diġà ġiet miċħuda pubblikament, ngħarrfu xorta waħda li m’għandix tali kont.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb iwaqqaf Fond ieħor sabiex jagħmel tajjeb u/jew jissostitwixxi l-funzjoni tal-Mutual Help Fund tal-Pulizija li issa twaqqaf?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li għalissa m’hemmx il-ħsieb li jitwaqqaf fond ieħor, biex jissostitwixxi l-assistenza li fil-passat ingħatat mill-Mutual Help Fund tal-Pulizija lill-werrieta tal-ex-membri tal-Korp.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus lill-Pulizija u/jew lill-familjari tagħhom minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija, u għal liema raġuni tħallsu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-Mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li l-Mutual Help Fund tal-Pulizija jieqaf?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-Mutual Help Fund tal-Pulizija ma twaqqafx, iżda matul iż-żmien ġie inkorporat mal-Police General Fund. Infurmat li d-deċiżjoni li l-assistenza li fil-passat kienet tingħata lill-werrieta ta’ ex-membri tal-Korp li jiġu nieqsa, waqfet wara deċizjoni kollettiva ta’ bord imwaqqaf apposta u mmexxi mill-Kummissarju tal-Pulizija, u minn membri tal-amministrazzjoni tal-Korp, u rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni tal-Pulizija Pensjonanti (MARPO), kif ukoll iż-żewġ unions li huma l-Police Officers Union (POU- GWU) u l-Malta Police Association (MPA). Din id-deċiżjoni ttieħdet wara rapport tal-Awditur Ġenerali fl-2015.
Jista’ l-Ministru jgħid, issa li l-Mutual Help Fund tal-Pulizija twaqqaf, kif se jiġu kkumpensati l-pulizija kollha li, matul is-snin, kien ħallsu kontribuzzjonijiet fih?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-pulizija kollha li matul is-snin ħallsu kontribuzzjonijiet għall-Mutual Help Fund ser jibdew jieħdu lura gradwalment il-ħlasijiet li huma kienu ħallsu matul is-snin meta servew u li komplew iħallsu meta rtiraw mill-Korp. Infurmat li dawk li għadhom iservu fil-korp ser jibqgħu jibbenefikaw bl-assistenza.
Jista’ l-Ministru jgħid, issa li l-Mutual Help Fund tal-Pulizija twaqqaf, x’għajnuna se tingħata lill-familjari tal-Pulizija u/jew tal-eks-Pulizija li jiġu nieqsa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-Mutual Help Fund tal-Pulizija ma twaqqafx, iżda matul iż-żmien ġie inkorporat mal-Police General Fund . Infurmat illi minn din is-sena ma tistax tibqa’ tingħata aktar għajnuna lill-familjari tal-eks-Pulizija li jiġu nieqsa kif kien isir fil-passat. Irid jingħad illi mis-sena 2017, il-pensjonanti ser jibdew jieħdu lura gradwalment il-ħlasijiet li huma kienu ħallsu matul is-snin meta servew u meta rtiraw mill-Korp.
Projects Malta Ltd – Proġett Mtarfa Internationl School
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4550, jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proġett “Mtarfa International School” li saret referenza għaliha fit-tweġiba għal dik il-mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett se jkun qed jinvolvi skola internazzjonali f’pajjiżna. Din l-iskola se tkun qed toffri kurrikuli internazzjonali. Aktar dettalji dwar il-proċess kompetittiv ser ikunu qed jingħataw aktar tard.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4550, jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proġett “Car Parks” li saret referenza għaliha fit-tweġiba għal dik il-mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li attwalment il-Gvern qed jaħdem fuq diversi proġetti ta’ ħolqien ta’ parkeġġi ġodda f’lokalitajiet differenti f’pajjiżna. Fosthom hemm il-proġett tal-parkeġġ il-ġdid f’Marsaxlokk lix-xogħol fuqu jinsab fi stadju avvanzat.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4550, jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proġett “Transport Links” li saret referenza għaliha fit-tweġiba għal dik il-mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li attwalment il-Gvern qed jaħdem fuq il-proġett ta’ trasport alternattiv bil-baħar li mistenni jgħaqqad flimkien il-Belt Valletta mal-arterji ewlenin. Dan il-proġett mhux biss se jnaqqas il-volum tat-traffiku iżda se jnaqqas ukoll il-livelli tat-tniġġiż fl-arja. Dan il-proġett kiseb l-appoġġ tal-UNESCO li saħqet li dan il-proġett mhu se jkun ta’ l-ebda theddida għall-wirt storiku u arkitettoniku tal-Belt Valletta.
Projects Malta Ltd – Proġett Riġenerazzjoni ta’ Marsaxlokk
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4550, jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proġett “Riġenerazzjoni ta’ Marsaxlokk” li saret referenza għaliha fit-tweġiba għal dik il-mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan ta’ dan il-proġett hu biex jissebbaħ il-villaġġ pittoresk ta’ Marsaxlokk u sabiex dan isir post aħjar għall-benefiċċju tar-residenti kif ukoll għat-turisti li jżuruh. Fl-ewwel fażi tlestew żewġ toroq u qed isir xogħol fuq parkeġġ ġdid.
Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – rakkomandazzjoni tar-rapport — reazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3550 u jgħid x’inhi r-reazzjoni tiegħu għar-rakkomandazzjoni tar-rapport tal-Parlament Ewropew fejn qal "Reform the Attorney General functions, to decouple the role of advisory to the government from the role of prosecution”?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta moghtija f’mistoqsija parlamentari 4107.
Infakkar li l-istruttura tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kienet suġġetta għal skrutinju meta pajjiżna ġie biex jissieħeb bħala membru fi hdan l-Unjoni Ewropea u l-eżitu kien pozittiv.
Infakkar ukoll li l-GRECO tagħmel review tal-istess Ufficju u dejjem kien hemm rispons pożittiv dwar l-indipendenza tiegħu u l-fiduċja li dan jattira.