Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mediċini Eliquis u Xeralto

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li jpoġġi l-mediċina Eliquis jew mediċina bħalha, fuq il-lista ta’ mediċini li jingħataw b’xejn, peress li kif jaf il-Ministru, bħalissa qed tingħata l-Warfarin però apparti xi side effects, b’din il-pillola l-pazjenti qed jintalbu jmorru l-outpatients regolarment għal testijiet tad-demm u għall-kuntrarju, jidher li l-konsulenti issa qed jissuġġerixxu l-Eliquis jew Xeralto li filwaqt li huma simili bħall-Warfarin, ma jeħtieġux testijiet regolari tad-demm? Peress li bħalissa din il-mediċina, li tiswa €86, irid jixtriha il-pazjent u għalkemm tiswa aktar mill-Warfarin, tevita lill-pazjenti ħafna skariġġ żejjed, ħafna appuntamenti fl-outpatients u ħafna testijiet tad-demm regolari u in vista ta’ dawn il-benefiċċji għall-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti, jista’ jgħid jekk hux qed jikkunsidra li jdaħħal l-Eliquis jew ix-Xeralto fuq il-lista ta’ mediċini b’xejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imsemmija mediċini u diversi oħrajn qed jiġu kkunsidrati biex jiddaħħlu fil-formularju tal-gvern. Permezz ta’ dan il-budget se jiġu allokati fondi speċifikament għall-mediċini għal-kundizzjonijiet tal-qalb u ċ-ċirkulazzjoni.
Leg 13 PQ #10757 Sitting 247 2019-07-09 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Security clearance ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux security clearance mill-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba taqa' taħt is-Servizz ta’ Sigurtà.
Leg 13 PQ #10751 Sitting 246 2019-07-08 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kuntratti mal-gvern ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar x’kuntratti mal-gvern kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kemm bħala person of trust jew taħt kuntratt ieħor mal-gvern jew fis-servizz pubbliku, minn Marzu tal-2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija? Jista’ jgħid ukoll, x’kienu (i) l-pożizzjonijiet u rwoli li kellu dan l-individwu permezz ta’ dawn il-kuntratti; (ii) x’kienu l-funzjonijiet tiegħu f’kull każ, (iii) id-data ta’ meta beda u skada kull kuntratt u (iv) kemm tħallas f’pagi u perkaċċi oħra dan l-individwu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tidher hawn taħt : Ġunju 2013 – April 2014 Customer Care Assistant fil-Ministeru tas-Sahha Salarju - Skala 11 Allowance in lieu of overtime - 20% ta’ Skala 14 Massimu ta’ €116.50 f’overtime ma’ kull ħlas ta’ salarju, jekk jinħadmu 23 jew 46 siegħa iktar mill-ħinijiet normali April 2014 – Dicembru 2018 Projects Director, Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi Għal dettalji ohra mitluba minnu, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 31,084 u 32,215 fil-Legizlatura XII. Jannar 2019 sal-lum Coordinator, Ufficcju tal-Prim Ministru Għal dettalji ohra mitluba minnu, nirreferi lill-Onor Interpellant għad-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fil-Leġizlatura XII.
Leg 13 PQ #10752 Sitting 246 2019-07-08 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – person of trust — individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatment jaħdimx bħala person of trust fl-Uffiċċju tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari nru 10751.
Leg 13 PQ #10753 Sitting 246 2019-07-08 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – funzjoni ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-funzjoni tal-individwu li d-dettaljii dwaru qed jingħataw separatament, fl-Uffiċċju tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari nru 10751.
Leg 13 PQ #10754 Sitting 246 2019-07-08 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni uffiċjali tal-Gvern fil-Libja – rwol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien qed jagħmel l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, f’delegazzjoni uffiċjali tal-Gvern Malti fil-Libja matul ix-xahar ta’ Ġunju ta’ din is-sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-individwu li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor. Interpellant kien parti minn delegazzjoni mmexxija mill-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Libja Charles Saliba li marret il-Libja fit-18 ta’ Ġunju 2019, biex tiddiskuti r-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn Malta u l-Libja u l-isfida tal-immigrazzjoni fost oħrajn.
Leg 13 PQ #10755 Sitting 246 2019-07-08 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni uffiċjali tal-Gvern fil-Libja – sehem ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ħa sehem f’delegazzjonijiet uffiċjali tal-Gvern Malti fil-Libja, meta kienu d-dati taż-żjarat, x’kien l-iskop taż-żjarat u x’kien ir-rwol u l-funzjoni tal-individwu msemmi, f’dawn id-delegazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li kien hemm okkazjoni waħda. Għad-dettalji l-oħra mitluba, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru 10754.
Leg 13 PQ #10756 Sitting 246 2019-07-08 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjonijiet uffiċjali tal-Gvern – sehem ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ħa sehem f’delegazzjonijiet uffiċjali tal-Gvern Malti u jgħid ukoll f’liema pajjiżi, meta kienu d-dati taż-żjarat, x’kien l-iskop taż-żjarat u x’kien ir-rwol u funzjoni tal-individwu msemmi f’dawn id-delegazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru 10754.
Leg 13 PQ #10713 Sitting 244 2019-07-02 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10411 u jipprovdi l-informazzjoni mitluba u ċjoè: Peress li fil-mistoqsija parlamentari 10194 il-Ministru ammetta li żar Dubai fi Frar tal-2016 iżda bi żvista ma weġibx għall-parti l-oħra tal-mistoqsija u ċjoè: a. id-dati eżatti taż-żjara; b. l-iskop taż-żjara; c. jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali pubbliċi jew person/s of trust u minn min; d. jekk kienx preżenti ċ- Chief of Staff tal-Prim Ministru; u e. l-ispiża li ntefqet waqt din iż-żjara, jista’ l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26832 tal-leġiżlatura l-oħra.

Tindif ta’ medda ta’ art — Tneħħija ta’ Nissen Huts

Question

Wara li tħabbar li l-Gvern biħsiebu jiftaħ għall-użu u t-tgawdija tal-pubbliku, medda art li tnaddfet wara t-tneħħija ta’ fabbrika tal-konkos li kienet abbundanta, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jara li jitneħħew ukoll in-Nissen Huts li għadhom preżenti fuq is-sit minħabba li, skont kif qal l-istess Ministru fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 10408, "ma jistax jeskludi li ma hemmx asbestos fin-Nissen Huts” u dan sabiex il-pubbliku ma jiġix espost għar-riskju tal-asbestos?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, kif diġà ġie spjegat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10408, in-Nissen Huts jinsabu fuq parti mis-sit li għadu ma sar l-ebda intervent fuqha peress li wara li saret konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali ġie rakkomandat li tali strutturi għadhom jinżammu sakemm isiru studji ulterjuri fuqhom biex jiġi determinat il-valur arkitettoniku u/jew kulturali tagħhom. L-istudji li għad iridu jsiru għandhom jiddeterminaw ukoll jekk fin-Nissen Huts hemmx preżenza tal-allegat asbestos. Sadanittant, din il-parti tas-sit fiha tmien Nissen Huts u ġiet totalment imdawra b’ħajt tal-blokki sabiex ma jkunx hemm aċċess għall-pubbliku u jiġi evitat kull periklu. Peress li l-pubbliku ma għandux aċċess għal dawn in-Nissen Huts, il-pubbliku mhux espost għar-riskju tal-asbestos.
Leg 13 PQ #10708 Sitting 243 2019-07-01 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Kuntratt ta’ servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10407 u jipprovdi l-informazzjoni mitluba u ċjoè: Jista’ l-Ministru għat-Turiżmu jagħti lista ta’ kuntratti ta’ servizzi li l-Ministeru tiegħu ta lill-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 ’il hawn kemm ilu Ministru? Jista’ jinkludi wkoll: a. l-iskop tal-kuntratt; b. iż-żmien li għalih kien jew għadu viġenti; u c. l-ammont ta’ ħlas imħallas a tenur ta’ dawn il-kuntratti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kuntratti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Ministeru l-kumpanija msemmija ingħatat contract for services fl-2013 għal konsulenza dwar il-proġett ESF2.11 Developing Leaders for Change and Innovation in Tourism. Din il-konsulenza damet għaddejja 3 xhur u l-kumpanija msemmija tħallset €2089.28. Fl-istess sena l-kumpanija msemmija tat ukoll servizzi ta’ kontabilita’ u awditjar fuq l-Archaeotur Project, għal liema servizzi tħallset €1296.61.
Leg 13 PQ #10709 Sitting 243 2019-07-01 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar f’Dubai — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10406 u jipprovdi l-informazzjoni mitluba u ċjoè: Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ma jridx jiddikjara ma’ min iltaqa’ u minn min kien akkumpanjat waqt iż-żjara tiegħu f’Dubai, suppost fuq xogħol tal-gvern?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija tiegħu hija mibnija fuq premessa żbaljata.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Kuntratti Pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10192, 10341 u 10404 u jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu minn Ġunju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija? Jista’ f’kull każ jgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b’direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x’tip ta’ xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz ta’ IT — kuntratt

Question

In segwitu tat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10413, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-ammonti li qed jitħallsu ai termini tal-kuntratti mniżżla fil-lista annessa mal-mistoqsija parlamentari 10340 u ċjoè l-ammont ta’ flus li qed jitħallsu kull sena, sena b’sena, l-entitajiet kummerċjali hemm imniżżla għas-servizz li joffru, u dan ladarba, minkejja li evidentement din hija informazzjoni kummerċjali, żgur li din mhix informazzjoni kummerċjali li tikkostitwixxi sigriet sensittiv għan-negozju jew kummerċ u hija informazzjoni fl-interess pubbliku ladarba dawn il-ħlasijiet qed isiru mill-pubbliku u mhux mill-Ministru minn butu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10413.
Leg 13 PQ #10712 Sitting 243 2019-07-01 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar Dubai

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10412 u jipprovdi l-informazzjoni mitluba u ċjoè: Peress li fil-mistoqsija parlamentari 10194, il-Ministru ammetta li żar Dubai f'Novembru tal-2016 iżda bi żvista ma weġibx għall-parti l-oħra tal-mistoqsija u ċjoè: a. id-dati eżatti taż-żjara; b. l-iskop taż-żjara; c. jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali pubbliċi jew persons of trust u minn min; d. jekk kienx preżenti ċ- Chief of Staff tal-Prim Ministru; u e. l-ispiża li ntefqet waqt din iż-żjara, jista’ l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 10194, li tirreferi għal safar fuq xogħol uffiċjali tal-gvern.
Leg 13 PQ #10632 Sitting 241 2019-06-25 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Safar f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba siefer fuq żjara uffiċjali ta’ xogħol tal-Gvern f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea minn Ġunju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija? Jista’ jgħid meta kienu d-dati tal-mawriet, f’liema pajjiżi saru l-mawriet u x’kien l-iskop tagħhom f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mediċina Xenidate — aġent

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu l-aġent li ngħata l-kuntratt pubbliku għax-xiri tal-mediċina Xenidate (il-mediċina methylphenidate slow realease Xenidate)? Jista’ jgħid ukoll meta beda u meta se jiskadi dan il-kuntratt u kemm hu l-valur ta’ dan il-kuntratt?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aġent huwa P&D. Il-kuntratt beda’ fi Frar tal-2018 u huwa għal sentejn u 6 xhur. Il-valur huwa bbażat fuq il-konsum. L-valur, għad-doża 18mg huwa ta’ massimu ta’ €170,234.40 u għad-doza 36mg huwa €190,209.99.
Leg 13 PQ #10410 Sitting 235 2019-06-11 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Safar – Dubai / Emerati Għarab Magħquda

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba żar Dubai u/jew l-Emerati Għarab Magħquda mill-2013 ’il hawn u jgħid ukoll: a. id-dati relattivi taż-żjarat; b. l-iskop tagħhom; u c. jekk kienx akkumpanjat miċ- Chief of Staff tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi d-dettalji taż-żjarat fuq xogħol f'Dubai u/jew l-Emirati Għarab Magħquda fil-perjodu indikat fil-mistoqsija tiegħu huma kif ġej : Novembru 2015 - 9th Global Residence and Citizenship Conference. Ic-Chief of Staff kien membru fid-delegazzjoni li akkumpanjatni. Frar 2016 - World Government Summit. Ic-Chief of Staff kien membru fid-delegazzjoni li akkumpanjatni. Ottubru 2017 - Global Citizenship Seminar. Ic-Chief of Staff kien membru fid-delegazzjoni li akkumpanjatni. Marzu 2019 - Special Olympics World Games. Ic-Chief of Staff ma kienx membru fid-delegazzjoni li akkumpanjatni.
Leg 13 PQ #10411 Sitting 235 2019-06-11 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

Peress li fil-mistoqsija parlamentari 10194 il-Ministru ammetta li żar Dubai fi Frar tal-2016 iżda bi żvista ma weġibx għall-parti l-oħra tal-mistoqsija u ċjoè: a. id-dati eżatti taż-żjara; b. l-iskop taż-żjara; c. jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali pubbliċi jew person/s of trust u minn min; d. jekk kienx preżenti ċ- Chief of Staff tal-Prim Ministru; u e. l-ispiża li ntefqet waqt din iż-żjara, jista’ l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10406.
Leg 13 PQ #10412 Sitting 235 2019-06-11 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Safar — Dubai

Question

Peress li fil-mistoqsija parlamentari 10194, il-Ministru ammetta li żar Dubai f'Novembru tal-2016 iżda bi żvista ma weġibx għall-parti l-oħra tal-mistoqsija u ċjoè: a. id-dati eżatti taż-żjara; b. l-iskop taż-żjara; c. jekk kienx akkumpanjat minn uffiċjali pubbliċi jew persons of trust u minn min; d. jekk kienx preżenti ċ- Chief of Staff tal-Prim Ministru; u e. l-ispiża li ntefqet waqt din iż-żjara, jista’ l-Ministru jwieġeb dawn il-mistoqsijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10406.