Legislature:
Category:
Reset
Active:

Applikazzjoni għall-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li minkejja li applika għall-pensjoni, jidher li hemm xi problemi fuq xi P3 tas-snin 1971 - 1973?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Children's Allowance

Question

Jista' l-Ministru jara kif il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ma rċevietx iċ-childrens' allowance minkejja li għadda ż-żmien?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Awtorità tad-Djar — soqfa tad-dar kundanati

Question

Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-file tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li għandha s-soqfa kkundannati u applikat għal post tal-housing?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

B'risposta għall-mistoqsija parlamentari 31358 ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2006 saret spezzjoni minn perit tal-Awtorità tad-Djar fl-indirizz minn fejn qed japplika l-individwu. L-indiviwu kien imħeġġeġ japplika taħt Skema tal-Awtorità tad-Djar u ġew anke elenkati x-xogħlijiet sabiex irrendi l-post abitabbli. L-individwu esprima x-xewqa li ma kienx jirranġa dan il-post. Peress li l-istock tal-postijiet huwa limitat ħafna, l-applikant huwa mħeġġa biex jikri mis-settur privat u jiġi ġewwa l-Awtorità tad-Djar u japplika għas-sussidju tal-kera dejjem jekk tkun konformi mal-kriterji tal-istess awtorità.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħarġu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' koppja anzjana, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, li ilhom ma jirċievu l-kontijiet xhur u minkejja li jċemplu l-ARMS Ltd jibqgħu bla risposta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

Persuna li qed tistenna għall-operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara każ ta' anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li fl-24 ta Novembru, 2011 mar l-isptar biex issirlu l-operazzjoni, imma bagħtuh lura d-dar? Jista' l-Ministru jara l-każ u jiġi kkuntattjat dan l-anzjan?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-każ ta' anzjan, li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, qiegħed fil-lista tal-operazzjonijiet u se jiġi operat f'qasir żmien. Għall-fatt illi huwa ma ġiex operat fid-data stipulata, tajjeb li wieħed jkun infurmat illi f’din l-imsemmija data kien hemm ħafna operazzjonijiet b’emerġenza u li għalhekk kellhom jitħassru oħrajn, sfortunatament fosthom tal-anzjan imsemmi. Il-pazjent ġie infurmat li għandu jirċievi telifonata mingħand it-tobba rigward dan il-każ mis-sezzjoni tal-Customer Care tal-isptar.

Forti Ricasoli — restawr

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 29873 li oriġinarjament saret lill-Minsitru għar-Riżosri u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux se jsir restawr fil-Forti Ricasoli? Jekk iva, meta se jsir? Bħalissa min qed juża dan il-post? Hemm xi ħsieb u/jew pjan għal din il-forti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29873.

negozju żgħir — għajnuna mill-gvern u mill-banek

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30531 u jgħid x'tip ta' għajnuna hemm mill-gvern u mill-banek għal min jiftaħ xi negozju żgħir?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30531.

każ tal-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-ARMS Ltd jindirizzaw il-problema li għandu l-individwu , li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn il-kont tiegħu qed jiġi kkalkulat fuq three phase meta hu għandu single phase?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 31159.

ħruġ ta' liċenzja

Question

Jista' l-Ministru jara li tinħareġ il-liċenzja tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għamel il-kors u sab xogħol imma ma jistax jibda minħabba li ma ħarġitx il-liċenzja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.

Appell ta' Benefiċċju soċjali

Question

Tista' l-Ministru tara meta se jibagħtu għaliha biex tidher quddiem l-appell tas-sigurtà soċjali lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li issa f'idejha anke għandha MRI u minkejja li għaddew diversi xhur, għadha bla risposta wara li kienet ilha tieħu dan il-benefiċċju tmien snin?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li reġgħet intbagħtet kopja tal-ittra lill-persuna ndikata minnu.

Kont tat-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jara l-kaz ta' anzjan ta' 79 sena, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li rċieva kont tat-taxxa ta' €6,782 tas-sena 2010 fejn dan ma joħroġx mid-dar u huwa nieqes mid-dawl u qed iħoss li hemm xi żball? Jista' xi ħadd mill-impjegati tat-taxxa jikkuntatjaw lil dan is-sinjur biex jekk hemm xi żball jiġi rimedjat?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.

Ambulanzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-Dipartiment tas-Saħħa jikrix xi ambulanzi? Jekk iva, kemm tiswa l-kirja kuljum minn kemm ilhom jinkrew? Jista' jgħid jekk dawn jinkrewx bid-driver? Min iħallas il-fuel?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata sodda komda lill-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li jinsab fir-Residenza San Vinċenz de Paul biex ma jkollux problemi ta' feriti minħabba s-sodda?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li qed tittieħed kull miżura possibili sabiex il-persuna msemmija ma jkolliex problemi ta’ feriti, fosthom l-użu ta’ manually operated nursing bed b’mitraħ tal-foam u ‘ripple mattress’. Il-pazjent jitnizzel ta’ kull jum fuq armchair mgħammar b’ egg-shell cushion kif ukoll użu ta’ ‘wheelchair.

każ ta' voucher skadut

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu voucher skadut u minkejja li mar l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali u anke l-Arms Ltd, ma rranġawlux? Jista' jiġi kkuntattjat biex jgħidulu xi jrid jagħmel?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata b’telefonata dwar il-każ tagħha.

Applikazzjoni għal blue sticker

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li applika għall-blue sticker u l-bord m'aċċettax din l-applikazzjoni? Jistgħu l-persuni nkarigati jaraw il-każ għax huwa baqa' jsostni li għandu bżonn dan is-servizz? Barra minn hekk huwa stqarr li mhux pjaċir tiegħu, imma għax iħoss u jemmen li huwa bżonn.

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Fid-19 ta' Ottubru 2011 l-KNPD infurmat lill-individwu kkoncernat li ma jikkwalifikax ghas-servizz tal-Blue Sticker. Wara dan, fis-7 ta' Novembru 2011 huwa appella mid-decizjoni tal-KNPD u se jidher quddiem il-Bord tal-Appelli fis-27 ta' Jannar 2012.

permess ta' Skeda V li għadu ma ntbagħatx

Question

Jista' l-Ministru jara li jintbagħat il-permess ta' Skeda V lis-Sinjur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li ilu xhur jistenna u mingħajr dan il-permess ma jistax jieħu l-pilloli intitolati lilu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru tat-telefon ċellulari li ġie mgħoti ma jikkorispondix mall-persuna msemmija.

liċenzja ta' driving instructor

Question

Jista' l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li applika għal-liċenzja ta' driving instructor xhur ilu u s'issa ma rċieva xejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta’ l-individwu konċernat.

kwestjoni mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li għandu xi problemi mad-Dipartimet tas-Sigurtà Soċjali? Jista' xi rappreżentat tad-dipartiment jikkuntattjah ħalli jagħmlu appuntament u peress li hemm xi flus li jridu jitħallsu, ikun jista' jsir xi ftehim?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.

każ ta' kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-koppja li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament peress li ilhom ma jirċevuh u meta jċemplu lill-ARMS Ltd, dejjem jibqgħu bla risposta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.