Legislature:
Category:
Reset
Active:

Permess għad-Deovan

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha tistenna l-permess għad-Deovan għal aktar minn tliet xhur u meta ċċempel u meta taqbad, li veru jkun diffiċli, dejjem jgħidulha li se tirċevih u ilha tixtri dawn il-pilloli x-xhur?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-applikazzjoni nstabet fl-uffiċċju tal-Out Patients ta’ Mater Dei fl-10 ta’ Jannar 2012. Il-permess għall-pilloli msemmija ħareġ u l-pazjenta rċevietu. Il-pazjenta ġiet ikkuntattjata iktar minn darba u kienet sodisfatta.

Qtugħ tal-benefiċċju tal-enerġija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30514, jista' l-Ministru jara li terġa' tintbagħat kopja tal-ittra lis-Sinjur konċernat peress li meta kkuntattjajtu qal li għadu ma rċieva xejn?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li reġgħet intbagħtet kopja tal-ittra lill-persuna indikata minnu.

Applikazzjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li applika għal dħul fir-Residenza San Vinċenz de Paul u issa l-qagħdha tiegħu ggravat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li jekk il-każ tagħha iggrava minn mindu saret l-applikazzjoni, jkun hemm bzonn li jsir update tal-applikazzjoni biex b’hekk tkun tista’ terġa tidher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni. Din l-applikazzjoni tista’ tinġib mill-kunsill lokali jew minn fuq il-website tad-Dipartiment jew inkella bil-posta. Fil-fatt id-Dipartiment diġà bagħat din l-applikazzjoni lill-individwu msemmi f’din il-mistoqsija parlamentari fuq id-dettalji li ngħataw separatament.

Riċerka dwar persuni li jabbużaw mid-droga

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31197, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16960, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riċerka li għamlet il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar persuni li jabbużaw mid-droga f’Malta?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-riċerka li għaliha qiegħda ssir referenza mhux qiegħda f’idejn il-fondazzjoni.

Permess għad-Deovan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31265 u jara li jitmexxa każ ta' anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha tistenna l-permess għad-Deovan għal aktar minn tliet xhur u meta ċċempel u meta taqbad, li veru jkun diffiċli, dejjem jgħidulha li se tirċevih u ilha tixtri dawn il-pilloli x-xhur?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-applikazzjoni nstabet fl-uffiċju tal-‘Out Patients’ tal-Isptar Mater Dei fl-10 ta’ Jannar 2012. Il-permess għall-pilloli msemmija ħareġ u l-pazjenta rċevietu. Il-pazjenta ġiet ikkuntattjatha iktar minn darba u kienet sodisfatta.

Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-kont tad-dawl u l-ilma lill-koppja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilhom ma jirċievu l-kont ix-xhur?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Ħażna ta' Ikel tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31081 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u 30816 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk il-post fejn jinħażen l-ikel tal-Ewropea hux post tajjeb għall-ħażna tal-ikel? Jista' jgħid kemm ingħataw f'valur ta' flus għall-ikel tal-Ewropa minn kemm ilu li beda jingħata dan l-ikel? Kemm se jingħataw għas-sena 2012?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-post fejn qed jinħażen l-ikel preżentement huwa wieħed temporanju u bħalissa għaddej proċess biex l-ikel tal-Ewropa jiġi trasferit għal mħazen oħra li huma aktar ċentrali li joffru li jkunu joffru faċilitajiet aħjar għal ħażna tal-ikel. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.

Każ dwar Childrens Allowance

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li minn mindu twieldet it-tarbija, minkejja li applikat għaċ-children's allowance qalet li qed tieħu bin-nieqes?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

kwestjoni dwar ħlas ta' kont

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ARMS Ltd tinvestiga l-każ ta' mara, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tiġi obbligata tħallas kont ta' €391.23 ta' anzjan familjari tagħha li miet fid-9 ta' Ġunju, 2011 u l-proprjetà ta' fejn kien jgħix ingħatat lura lis-sid?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Leg 11 PQ #31494 Sitting 444 2012-02-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

applikazzjoni għal Smart Kids

Question

Tista' l-Ministru tara fejn waslet l-applikazzjoni li għamlet omm, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għal Smart Kids, peress li m'għandha lil ħadd min jieħu ħsieb lit-tifla tagħha li għandha sena u xahar u għandha bżonn l-għajnuna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa ċ-ċentri kemm ta’ Bormla u tal-Birgu huma mimlijin bi trabi tal-età tat-tifla tal-applikanta. Il-fondazzjoni tassigura li l-iStandards Nazzjonali għall-Facilitajiet tat-Tfal ta’ Matul il-Jum (2006) huma segwiti f’kull ċentru tal-fondazzjoni u għaldaqstant irridu nżommu man-numru stipulat minn dawn l-istandards. Nassiguraw lill-Onor. Interpellant li kif ikun hemm post din l-applikazzjoni tkun ikkunsidrata.

informazzjoni dwar art mogħtija lill-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern dwar art agrikola li tingħata lill-bdiewa? Din tingħata jew tinkera bħala art kummerċjali jew b'rati aktar favorevoli? Jekk hemm politika dwar dan jista' jelabora?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

toroq li ngħataw it-tarmak

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 31209, 31039 u 30663 u jgħid kemm ingħataw kilometri ta' tarmak mis-sena 2000 'l hawn u f'liema lokalitajiet saru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi l-ġbir ta’ informazzjoni sabiex titwieġeb din il-mistoqsija jirrikjedi ammont kbir ta’ ħin u riżorsi, għalhekk din ma tistax tinġabar hekk kif mitluba. Madankollu, barra l-informazzjoni ta’ hawn taħt, li jirrigwarda xogħol li sar mill-2008 'il quddiem, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq prinċipali, (Doc A) u lista ta’ xogħlijiet fuq toroq alternattivi li kellhom isiru minħabba xogħol fuq toroq arterjali, parti mill-proġett tat-Ten T (Doc B). Dawn kollha saru mill-2008 'il quddiem. Xogħol estensiv fuq toroq (Protokol Taljan, Ten T u oħrajn) - 2008: Luqa – Mġarr 16.0 km Triq Ħal-Far (Phase 3) 3.0 km Triq l-Avjazzjoni Ċivili, Luqa 0.6 km Bypass ta’ San Pawl 3.0 km Manwel Dimech Bridge 0.3 km M’Scala Bypass 3.0 km Ta’ Penellu – Mellieħa 1.8 km Valletta Road – Żurrieq 2.0 km Triq Garibaldi u Triq il-Kusill ta’ l-Ewropa – Luqa 2.2 km Moll iċ-Ċangatura u Xatt l-Għassara tal-Għeneb – Marsa/Floriana 1.0 km Triq il-Marfa – Ċirkewwa/Mellieħa 2.6 km Triq l-Imġarr, Triq Fortunato Mizzi, Triq ir-Repubblika – Rabat/Xewkija,Għawdex 3.1 km Bini ta’ underpass tal-Marsa 1.0 km Peresss li l-Onor Interpellant jidher li hu nteressat ikollu informazzjoni dwar xogħol fuq toroq, nitolbu jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari 31256, 31656, 31657, 31658 u 31659.

Relief ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara x'ġara mir-relief tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, peress li għandha tieħu b'lura ta' tliet xhur minn Ġunju sa Settembru?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-koppja li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara jekk l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li ilu jirreġistra imma mhu qed jieħu xejn, għandux dritt għall-għajnuna soċjali?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata se tiġi ikkuntattjata permezz tat-telephone minn uffiċċjal tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex jiġi spjegat lilha il-process sabiex wieħed japplika għall-għajnuna.

każ dwar pensjoni tar-romol

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex dritt li tieħu l-pensjoni tar-romol peress li din applikat imma kemm-il darba ġiet infurmata li mhijiex intitolata għaliha?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

ARMS Ltd — kont

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li qabel għall-kont tad-dawl u l-ilma kien iħallas €210 u issa rċieva kont ta' €2,002? Jista' xi ħadd mill-ħaddiema ta' ARMS Ltd jikkuntattjah?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.

Servizz tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31082 u jara li jitmexxa każ ta' żewġ persuni li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li waħda minnhom hija Għawdxija li tikri post furnished u li issa għalqilha l-kuntratt? Peress li dawn għandhom post Marsaxlokk u applikaw għad-dawl u ilma jista' l-Ministru jara li dan is-servizz jingħatalhom mill-aktar fis biex ikunu jistgħu jidħlu fih?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għall-istallazzjoni tas-servizz tal-ilma mitlub għaddiet għand il-persuna nkarigata mix-xogħol sabiex jagħmel appuntament mal-klijenta fil-ġranet li ġejjin.

Gudja bypass — traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru traffic lights fil-Gudja bypass Gudja fejn sar stage tal-Arriva minħabba l-periklu kbir li qed jkun hemm minħabba t-traffiku u l-karozzi dejjem għaddejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti għal dawn ix-xogħlijiet ħarġet u qed tiġi aġġudikata. Ix-xogħol ikun jista' jinbeda wara li jitlesta dan il-proċess.