Jista' l-Ministru jara l-każ ta' ġuvni li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li jgħix f'post tal-gvern li minnu qed joħroġ kwantità ta' ilma u meta kienu marru jarawh tal-housing qalulu li se jirranġawh, imma minkejja li għadda ż-żmien dan baqa' bla risposta? Jista' jara li jinstab xi rimedju għal din il-problema?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-proprjetà allokata lill-inkwilin issewwiet fis-17 ta’ Lulju, 2009. Fl-20 ta’ Jannar, 2010, il-girien sewwew is-sistema tad-dranaġġ minn naħa tagħhom, u ġie kkonstatat minn tekniċi tal-Awtorità illi l-problema waqqfet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31349 u jara l-każ tal-persuna anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pazjenta li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, li hija mniżżla għall operazzjoni tal-hip bone, sarula t-testijiet neċessarji fil-PAC (Pre-Assessment Clinic) nhar is-27 ta’ Jannar 2012. Id-data tal-operazzjoni tingħata aktar 'il quddiem mill-konsulent inkarigat mill-kura tal-pazjenta.
B'referenza għall-anzjana li d-dettajli tagħha qed jingħataw separatament u li tinsab fir-Residenza San Vinċenz de Paul, jista' l-Ministru jgħid kemm il-gvern se jeħdilha mill-ammont muri fl-ittra annessa u kemm se jibqa' jkollha f'idejha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Applikazzjonijiet għar-Residenza San Vinċenz de Paul
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' żewġ anzjani li d-dettajli tagħhom qed jingħataw separatament, li applikaw biex jidħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paul għax mhux kapaċi jmexxu waħedhom u issa t-tnejn li huma jinsabu fl-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni li ngħatat mill-Onor. Interpellant tirreferi għal persuna waħda biss mill-kopja. Ma’ dan kollu il-koppja kienet ġiet approvata mill-Bord tal-Ammissjoni sabiex tidħol fir-Residenza ta’ San Vinċenz. Jekk is-saħħa tal-koppja msemmija ddeterjorat huwa mportanti li ssir upgrade tal-applikazzjoni biex b’hekk terġa tidher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' bini mill-ġdid ta' Triq Ġarakol, Għaxaq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-maġġoranza tal-imsemmija triq diġa' kienet saret u għalhekk il-manutenzjoni tagħha taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali konċernat.
Rigward dik il-parti żgħira li għadha qatt ma saret u għalhekk hi responsabbilta' tal-Gvern Ċentrali, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 31257, fejn hemm spjegat kif u meta Transport Malta tiddeċiedi li tintervjeni fuq triq residenzjali li qatt ma' tkun inbniet.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li r-raġel tagħha ilu mejjet 21 sena u xtaqet tkun taf jekk għandhiex dritt ta' flus minn fondi li kienu jfaddlu l-istess ħaddiema tax-xatt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29648, jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li qed jitlob biex jiġi trasferit minn sala għall-oħra peress li qed jagħmel f'qalbu u saħansitra tilef ħafna mill-piż?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kundizzjoni li jinsab fiha l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant m’għadiex tali li għandu jiġi trasferit fis-sala speċjalizzata għall-persuni li jbgħatu bid-dimentia, minħabba li l-livell ta’ dipendenza żdied. L-anzjan ġie trasferit f’sala oħra li titratta persuni b’kundizzjonijiet mediċi. Il-qraba tal-anzjan kienu nfurmati b’dan il-pass.
kwestjoni dwar residenti li jridu jsiru sidien ta' darhom
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tar-residenti, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, għax minkejja li ħafna residenti saru sidien ta' darhom permezz tal-iskema, huma għadhom ma ffirmawx il-kuntratt?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorità tad-Djar giet infurmata mid-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Propjeta’ li l-art fejn jinstabu dawn id-djar issa saret propjeta’ tal-Gvern. L-Awtorità tad-Djar talbet lill-Avukat Generali tar-Repubblika joħrog Avviz Legali sabiex din l-art tigi ttrasferita lill-istess Awtorita’. Meta jitlesta dan il-proċess l-Awtorita’ tad-Djar tkun f’pożizzjoni li tiffirma l-kuntratti finali tal-postijiet imsemmija.
Jista' l-Ministru jara li tinħareġ il-kartuna s-safra Schedule V tal-anzjana, li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li wara li ġie ċċekjat fl-Uffiċċju tal-Medicines Entitlement Unit (MEU), jekk hemmx applikazzjonijiet għall-kartuna s-safra tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, rriżulta li ma kienx hemm.
Din il-persuna ġiet ikkuntattjata fuq in-numru pprovdut. Mid-dehra hija kellha l-applikazzjoni f’idejha, imma marret f’diversi postijiet żbaljati biex tapplika. Ġie spjegat eżatt il-post u l-ħinijiet ta’ ftuħ, tal- MEU sabiex din il-persuna tapplika għall-kartuna s-safra personalment.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu seaparatament, li ilha li applikat għall-post tal-gvern mill-2007 u s'issa għadha mingħajr post? Jista' jara x'jista' jsir peress li din il-perusna għandha erbat itfal u għadha qed tgħix mal-ġenituri tagħha?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna in kwestjoni qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jinvestiga każ quddeem l-arbitru fejn is-sinjur, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separtament, qed iħoss li saret inġustizzja miegħu u jaħseb li kien hemm żball u għalhekk jixtieq li jkollu ċ-ċans li jitkellem għax jidher li ma fehmux il-każ tiegħu? Jista' l-Ministru jara li l-bord jikkuntatjaw lil dan is-sinjur biex jiċċaraw il-każ għax jidher li sar żball fix-xhieda?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qrati tal-Gustizzja l-uniku każijiet li jinstemgħu minn arbitru huma każijiet tat-Tribunal dwar il-Qsim ta’ Wirt. Mir-records tal-Qorti ma jidhirx li kien hemm xi każ tal-persuna indikata. Il-każijiet l-oħra li jinstmegħu minn arbitru huma każijiet quddiem il-Bord tal-Arbitraġġ li jinstemgħu quddiem il-Bord tal-Arbitragg u li ma jaqax taħt il-kompetenza tal-Qorti.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma ta' koppja, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li ilhom ma jirċievu dawn il-kontijiet ix-xhur?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ kont tal-koppja anzjana, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li ilhom ma jirċievu l-kont u kienu wkoll ilmentaw li kienu jiġuhom kontijiet għolja?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30522 u ċioe: Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 29873 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżosri u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux se jsir restawr fil-Forti Ricasoli? Jekk iva, meta se jsir? Bħalissa min qed juża dan il-post? Hemm xi ħsieb u/jew pjan għal din il-forti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31152.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-kont tad-dawl u l-ilma lill-koppja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilhom ma jirċievu l-kont ix-xhur?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30704, tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk l-14-il childcare centre li huma mmexxija mill-gvern u f’liema lokalitajiet qegħdin? Kemm huwa l-ħlas kull siegħa biex wieħed jagħmel użu minn dan is-servizz? X’għandu wieħed jagħmel jekk ma jistax iħallas għal dan is-servizz minħabba li l-familja tiegħu qiegħda f’riskju ta' faqar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30608, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk is-servizzi ta’ speċjalisti li jagħtu servizz regolari f’kull berġa li hawn f’pajjiżna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
postijiet/ċentri li jagħtu servizzi lill-persuni bi problemi ta’ droga u alkoħol
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istandards nazzjonali li jridu jigu osservati fil-postijiet/ċentri li jagħtu servizzi lill-persuni bi problemi ta’ droga u alkoħol? Jekk dawn l-istandards għadhom mhux identifikati, meta se jiġu identifikati jekk irridu li jingħata servizz adegwat lil dawn il-persuni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Id-Dipartiment tal- iStandards fil-Ħarsien Soċjali beda jaħdem fuq dawn l- iStandards lejn l-aħħar tas-sena 2010 billi laqqa’ grupp ta’ ħidma sabiex jiddiskutu Standards għar- Residenzi li joffru servizz għal persuni bi problemi relatati mal- addictions. Il-grupp ta’ ħidma ltaqa’ 12-il darba u kkonsulta ma’ persuni relevanti sabiex jiġi stabbilit abbozz. Bħalissa d-Dipartiment tal-iStandards fil-Ħarsien Soċjali qed jagħmel konsultazzjoni nterna ma’ għadd ta’ dipartimenti u entitajiet fi ħdan il-gvern sabiex jistabbilixxi abbozz komprensiv għall-konsultazzjoni pubblika.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30589, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-quality indicators li se jibdew jintużaw mill-Welfare Services Assessment Unit biex jaraw li s-servizz tal-fostering qed jingħata b’mod professjonali u b’mod speċjali għall-benefiċċju tat-tfal li qed jiġu fostered?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Id-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali ipprepara l-accreditation criteria għall-aġenziji tal-fostering u kif ukoll l-istandards għall-tfal tal-out of home care u fostering. S’issa għad m’hemmx quality indicators.
Jista' l-Minsitru jara l-każ tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li tħallas kera ta' €1000 fis-sena imma taħseb li qed tħallas aktar milli suppost?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kera kummerċjali tal-persuna in kwestjoni hija ta’ € 2, 989 fis-sena u tibbenefika minn sussidju ta’ 70 fil-mija. Għaldaqstant hija tħallas kera ta' € 897 fis-sena li hija l-anqas kera li tista’ tħallas.