Legislature:
Category:
Reset
Active:

informazzjoni dwar art mogħtija lill-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31515 u jgħid x'inhi l-politika tal-gvern dwar art agrikola li tingħata lill-bdiewa? Din tingħata jew tinkera bħala art kummerċjali jew b'rati aktar favorevoli? Jekk hemm politika dwar dan jista' jelabora?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 32067.

applikazzjoni għar-relief

Question

Jista' l-Minsitru jara l-każ ta' omm b'żewġt itfal li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għar-relief fl-1 ta' Lulju, 2011 imma s'issa għadha ma rċeviet xejn u ħadd għadu ma taha risposta?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Operazzjoni tal-irkoppa

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament li għalkemm mhux kbira fl-età, għandha bżonn operazzjoni tal-irkoppa li flimkien maċ-ċertifikat li ukoll qed jingħata separatament, dejjem qed jgħidulha li se jibagħtu għaliha xahar ieħor imma qatt ma jkollha risposta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li din il-pazjenta ilha tistenna operazzjoni tal-irkoppa mit-13 ta’ Awwissu 2009. Qiegħda fuq lista ta’ prijorità normali però, peress li l-każ ġie rivedut, hi se titpoġġa fuq lista ta’ prijorità urġenti.

Applikazzjoni għal post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, fejn din qed titlob li tbiddel id-dar għal post ieħor li ma jkunx isfel?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Attentati ta' Suwiċidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm attentati ta' suwiċidju fl-2007, 2008, 2009, 2010 u 2011? X'etajiet kellhom il-persuni li ppruvaw jagħmlu dawn l-attentati ta' suwiċidju?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema Hospital Activity Analysis MDH, in-numru ta’ attentati ta’ suwiċidju fl- 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011 kienu hekk: Gruppi ta’ Eta 2007 2008 2009 2010 2011 5-25 3 6 11 26 27 26-45 1 3 13 39 36 46-65 5 3 8 24 25 66+ 0 0 1 8 9 Total 9 12 33 102 97 Dawn in-numri jirriflettu attentati ta’ suwiċidju li ddaħħlu għal-kura fl-isptarijiet ta’ Mater Dei u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Iż-żieda fin-numri ta’ bejn is-snin 2009 u 2010/2011 huwa r-riżultat ta’ titjib fil-ġbir tal-informazzjoni u fil-mod ta’ kif dawn il-każijiet qegħdin jiġu rraportati. Dan għaliex il-każijiet tal-attentati ta’ suwiċidju qegħdin jiġu mniżżla taħt kategorija speċifika.

Aġenzija Appoġġ — care orders segwiti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30589, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rakkmandazzjonijiet tad-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali rigward il-care orders u jekk humiex qegħdin jiġu segwiti mill-Aġenzija Appoġġ?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Kif jitlob l-Att dwar Tfal u Żgħażagħ (ordnijiet għall-Ħarsien) ir-rwol tad-Direttur tad-Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali fir-rigward ta’ care orders huwa li jisma l-oġġezzjonijiet tal-ġenituri Il-każijiet kollha tal-care orders jigu segwiti mill-Aġenzija Appoġġ.u r-rakkmandazzjonjiet fuq kull każ tal-care order isiru mill-Bord Konsultattiv dwar it-Tfal u ż-Żgħażagħ.

Dipartimenti tas-Servizz Soċjali — risposta mogħtija lill-pubbliku

Question

B'referenza għaċ-ċirkulari tal-OPM numru 3/2001, jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali, dipartimenti oħra u entitajiet oħra li huwa responsabbli tagħhom humiex marbuta bi standards ta' din iċ-ċirkulari u jekk il-pubbliku hux qed jingħata risposta għat-talbiet tiegħu fi żmien qasir? Kemm għandha ddum biex tingħata tweġiba mibgħuta b'email?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, bħal kull Ministeru, Dipartiment u entità oħra li jaqgħu taħt l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, huwa marbut bid-Direttiva nru 4 maħruġa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-17 ta’ Marzu 2010. Jien infurmat li d-dipartiment dejjem jimxi skont il-kriterji stabbiliti f’din id-direttiva, li tesiġi fost oħrajn li għandha tingħata tweġiba għal kull korrispondenza mibgħuta mill-pubbliku (inkluż b’imejl) fi żmien 5 jiem ta’ xogħol. Madankollu, minħabba l-kumplessità tal-mistoqsijiet u t-talbiet għall-informazzjoni li jagħmel il-pubbliku, mhux dejjem ikun possibbli li tingħata tweġiba definittiva fi żmien 5 jiem ta’ xogħol. F’każi bħal dawn, id-dipartiment jibgħat tweġiba temporanja sakemm ikun jista’ jiġbor l-informazzjoni kollha mitluba mill-pubbliku li imbgħad tintbgħat fl-iqsar żmien possibbli, kif konsentit mill-istess direttiva imsemmija.

Pensjoni tal-irtirar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li kemm ilu li applika għall-penzjoni tal-irtirar ma jafx eżatt kemm irid jirċievi u kemm se jkollu kull xahar, jgħidulu bil-miktub kemm hija l-pensjoni tiegħu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuna kkonċernata qed tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha.

Taxxa fuq flus il-bank

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjan, li d-dettaljid waru qed jintbagħtu separatament, li minkejja l-flus li għandu l-bank jaqtgħulu bil-15%, imma minn kemm ilu li ħa ż-żieda spiċċa taxxabli u qed jaqbad inqas mis-sena l-oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.

Ħal Għaxaq — Triq Ġistakor - tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir it-tarmac fi Triq Ġistakor f'Ħal Għaxaq peress li l-aħħar parti tat-triq tinsab fi stat perikoluż ħafna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fl-imsemmija triq mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.

provvista ta' elettriku- spezzjonijiet fi djar residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jara li xi ħadd mill-Korporazzjoni Enemalta jmur jagħmel spezzjoni fuq il-main tad-dawl tal-anzjan li d-dettlaji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li qed jissuspetta li xi ħadd seraqlu xi fergħa?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret fil-preżenza tal-konsumatur jirriżulta li l-provvista tal-elettriku qiegħda skont ir-regolamenti tal-elettriku u ma nstab l-ebda rregolarità.

Tiswija tat-telecare

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandha t-telecare li nqatgħet il-linja aktar minn darba u minkejja li ġew jirranġawh, reġgħet inqatgħet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru tat-telefon li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant mhuwiex bis-Servizz tat-Telecare b’hekk id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ma jistax jidħol fil-problema msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari.

każ ta' karti li għadhom ma ntbagħtux

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha ma rċevietx il-karta biex tkun tista' tapplika għas-sussidju fuq il-kont tad-dawl u l-ilma minkejja li l-main inbidel minn fuq isem ir-raġel tagħha għal fuqha wara li miet?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha

Applikazzjoni pendenti għal post tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' single parent li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fejn din applikat għal post tal-gvern tmien snin ilu iżda għadha bla risposta?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tas-sinjura in kwestjoni hija pproċċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra li l-Awtorità tad-Djar għandha għall-akkomodazzjoni alternattiva.

Servizz tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ ta' żewġ persuni li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li waħda minnhom hija Għawdxija li tikri post furnished u li issa għalqilha l-kuntratt? Peress li dawn għandhom post Marsaxlokk u applikaw għad-dawl u ilma jista' l-Ministru jara li dan is-servizz jingħatalhom mill-aktar fis biex ikunu jistgħu jidħlu fih?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31404.

Applikazzjoni ta' Schedule V

Question

Jista' l-Ministru jara x'sar minn applikazzjoni ta' Schedule V ta' anzjana li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li ilha li bagħtet din l-applikazzjoni u għad ma kellhiex risposta fuq dawn il-pilloli?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet ikkuntattjata fuq in-numru tat-telephone mogħti. Minkejja dan, xorta ma nstabx li xi applikazzjoni waslet fl-Uffiċċju tal-Medicines Entitlement Unit (MEU). Ġie mistoqsi fejn tħalliet l-applikazzjoni, pero’ ma ngħatatx risposta, minħabba l-fatt li kien hemm persuna oħra nvoluta li kellha tieħu ħsieb din l-applikazzjoni u għalhekk il-pazjent ma jafx x’ġara. Minn naħa tad-Dipartiment ġie spjegat li kif ikun hemm iktar informazzjoni ta’ fejn tħalliet l-applikazzjoni il-pazjenta tista’ tingħata iktar għajnuna billi ċċempel fuq il-linja telefonika tal-MEU Schedule V Customer helpline 25951402.

Applikazzjoni għall-wens

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' ġuvni li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, peress li jieħu ħsieb lil missieru li għandu 87 u lil ħuħ b'diżabilità u ma jistax joħroġ jaħdem? Peress li dan applika għall-benefiċċju tal-wens u ma kellux risposta fil-pożittiv u peress li minkejja li għandu l-proprjetà, flus fil-bank m'għandux, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Applikazzjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament li applikat għar-Residenza San Vinċenz de Paul u li kienet tinsab ġo home privata, imma issa peress li spiċċawla l-flus ma tistax tkompli f'din il-home?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minħabba li l-kundizzjoni tal-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant iddeterjorat, fit-2 ta’ Settembru 2010 il-Bord ħass li l-klijenta ma kenitx aktar tajba sabiex tidħol f’dar fil-komunità u ġiet approvata sabiex tidħol San Vinċenz bħala prijorità għolja. B’hekk l-applikazzjoni ta’ din il-persuna tqiegħedet fil-lista ta’ stennija ta’ prijorità għolja għar-Residenza ta’ San Vinċenz.

każ dwar children's allowance

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, mhux qed tirċievi children's allowance u kull darba li tmur titkellem dwar il-każ tagħha dejjem jgħidulha li s-somma għadha qed tinħadem?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

talba għal post tal-gvern

Question

Jista’ l-Ministru jara każ ta’ single parent li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha li applikat għal post tal-gvern xi 11-il sena u minkejja li kemm-il darba marret il-Housing għadha bla risposta?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni m’għandiex applikazzjoni minn dan il-fond imsemmi. Għaldaqstant hija mitluba biex tiġi ġewwa l-Awtorità tad-Djar u tammenda l-applikazzjoni għall-akkommodazzjoni alternattiva u tiċċekja wkoll jekk tikkwalifikax għal Skema R biex tkun tista’ tibbenefika minn sussidju fuq il-kera.