Legislature:
Category:
Reset
Active:

children's allowance

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32469, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-foster carers jirċevux kollha ċ-children’s allowance flimkien maċ-Child in Care Benefit?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuni li jirċievu ċ-Child in Care Benefit (Foster Care Benefit) mhumiex intitolati li jirċievu ukoll iċ-Childrens Allowance.

awtorità li tieħu ħsieb l-NGOs

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32389, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sorveljanza twettaq il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (apparti li tinvestiga l-ilmenti) biex tara li s-servizzi mogħtija mill-gvern u l-aġenziji tiegħu huma ta’ livell aċċettabbli?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-KNPD titratta lmenti u ma tagħmilx xogħol ta’ moniteraġġ. Kif imsemmi diġà, ir-Rapport tal-Kumitat Inter Ministerjali dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni jirrakmanda li jkun hemm sistema wara r-ratifika biex dan isir

Dikjarazzjoni tal-kunsill tal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa wara d-dikjarazzjoni li saru mill-kunsillier li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament f'laqgħa tal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema meta ddikjara li "il-Laburisti għandhom inqas paga fil-post tiegħi, in-Nazzjonlisti għandhom iżjed"? Jista' jgħid jekk id-direttur għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg investigax id-dikjarazzjonijiet pubbliċi li għamel?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tax-Xoghol u Relazzjonijiet Industrijali qiegħed jinvestiga dan il-każ. Nirreferih ukoll għar-risposta li ngħatat f’mistoqsija parlamentari 32607

Każ ta' inġustizzja ma' konsumatur

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament fejn dan ħass li ma ġiex trattat tajjeb bħala konsumatur?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-Sur Magro kien ressaq ilment kontra kummerċjant lid-Dipartiment tal-Konsumaturi f’Jannar 2008. Billi nonostante l-intervent ta’ dan id-dipartiment ma ntlaħaqx ftehim bejn il-kummerċjant u s-Sur Magro, dan ta’ l-aħħar, ressaq il-każ tiegħu quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi. It-Tribunal wara li sema’ iż-żewġ partijiet u eżamina r-rapport ippreżentat mill-espert tekniku imqabbad mit-Tribunal, iddeċieda il-każ billi ċaħad it-talba tas-Sur Magro. Id-deċiżjoni tat-Tribunal ingħatat fil-21 ta’ Jannar 2009, liema deċiżjoni setgħet tiġi appellata. Qed nippreżenta kopja tad-deċiżjoni tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi.

Pensjoni tar-romol

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' din il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament li din mietilha r-raġel u ma tieħu l-ebda pensjoni jew dħul ieħor tal-gvern?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninsab infurmat li l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata sabiex tagħti aktar informazzjoni lid-dipartiment sabiex ikun jista' jagħmel ir-riċerka neċessarja u jagħti tweġiba.

Każ fejn konsumatur ma rċeviex il-flus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32064 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jara l-każ tal-konsumatur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li kellu jirċievi somma ta' €389.35 u għalkemm bagħat ittra, baqa' ma rċeva xejn?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba. Nerġa’ għal darba oħra niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dwar materja bħal din ma kienx hemm għalfejn issir mistoqsija fil-parlament. Kien ikun biżżejjed kieku l-persuna konċernata marret fit-taqsima tat-Taxpayer Service fi Blokk 4, Floriana, fejn normalment jiġu ttrattati każijiet bħal dawn minn taqsima apposta. Inħeġġeġ biex kwistjonijiet simili jiġu ttrattati bil-mod kif qed nispjega f’din it-tweġiba.

talba għal home tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li talbet transfer mid-dar għal xi home jew day centre , minħabba mard?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għalilha l-Onor. Interpellant għamlet it-talba tagħha fil-25 ta’ Jannar 2012 fejn id-Dipartiment offrilha l-possibilita li taħdem b’siegħat mnaqqsa minħabba raġunijiet ta’ saħħa. Bħalissa m’hemmx postijiet vakanti fid-Day Centres fl-area fejn toqgħod din il-persuna. Peress li hija ma tiflaħx, din il-persuna għandha l-possibilta li tapplika għall-proċeduri sabiex tidher quddiem Bord Mediku.

talba għal sussidju tal-mard

Question

Jista' l-Ministru jara jekk l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux id-dritt li jieħu sussidju tal-mard u dak supplimentari?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ħal Tarxien — Triq l-Isqajjaq - tiswija tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-problema tad-drenaġġ li ħiereġ minn Triq l-Isqajjaq Ħal Tarxien u jgħid meta se tiġi rranġata din it-triq li tinsab fi stat ħażin ħafna u li minnha jgħaddu ħafna tfal tal-iskola?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-passat il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma kellha rapporti ta’ fawran ta’ drenaġġ, li kollha ġew indirizzati ġewwa din it-triq. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu informazzjoni dwar każ speċifiku, dan jista’ jiġi investigat mill-Korporazzjoni. Il-konsumatur jista jikkuntatja ukoll lil Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fuq il-freephone 80072222.

każ ta' anzjan li ma ħax iż-żieda ta' €300

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li dan ma kellux inkluż it-€300 li ħadu l-anzjani kollha? Jista' jara l-każ u jekk jista' jkun l-anzjan jiġi infurmat bil-miktub? Jista' jara ukoll li jibda jieħu l-pensjoni li hi dovuta lilu peress li nstab li kien hemm xi żball imma s'issa għadu qed jieħu l-pensjoni bin-nieqes?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu giet infurmata bil-miktub dwar il-kaz taghha.

Awtorità tad-Djar — applikazzjoni għal post tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-mara li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li fil-mument qed tieħu s-sussidju tal-kera; li kienet applikat għal post tal-gvern wara li kienet reġgħet irranġat mar-raġel tagħha imma wara li sseparat l-applikazzjoni ma baqgħetx valida? Jista' l-Ministru jgħid kif din il-persuna tista' terġa' tiftaħ il-file tagħha biex jiġi investigat il-każ tagħha?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jinforma lill-individwu biex jiġi fit-taqsima tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar u japplika għall-akkomodazzjoni alternattiva bħala persuna separata dejjem jekk ikun konformi mal-kriterji tal-Awtorità tad-Djar. L-applikazzjoni tal-individwu ġiet ikkanċellata nhar is-6 ta’ Settembru, 2010 peress li l-istatus u s-sitwazzjoni tal-individwu inbidlet u ma kienx ġie jemmenda l-applikazzjoni.

operazzjoni li qed tiġi posponuta

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tistenna biex tagħmel operazzjoni f'irkobbitha u d-data tal-operazzjoni ilha tiġi posponuta minn Ottubru tas-sena l-oħra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Applikazzjoni għar-Resideza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jara każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab fl-Isptar Zammit Clapp u applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenż de Paul peress li din l-anzjana għandha bżonn għajnuna kontinwa? Jista' l-Ministru jara l-każ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna msemmija kienet ammessa Zammit Clapp Home. Hija prattika normali li jekk l-persuna tixtieq li tiġi trasferita f’xi post ieħor, din għandha tagħmel it-talba (relocation request) tagħha lill-amministrazzjoni tal-post fejn tinsab.

Kontijiet pendenti tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħarġu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li ilu żmien twil ma jirċievihom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

xiri ta' mediċini derivati mill-kannabis

Question

Peress li s-Sativex u Bedrocan huma uħud mill-mediċini derivati mill-kannabis li wieħed jista' jsib fi Stati Ewropej, jista' l-Ministru jgħid kif jista' l-konsumatur Malti jixtri din il-mediċina jekk tiġi preskritta lilu mit-tabib? Il-gvern lest li jipprovdi din il-mediċina?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li biex prodott mediċinali jiġi wżat f’Malta jeħtieġ li ssir applikazzjoni mid-Detentur tal-Awtorizzazzjoni fuq is-Suq tal-prodott biex dan jiġi reġistrat f’Malta. S’issa l-Awtorità dwar il-Liċenzjar tal-Mediċini ma irċeviet l-ebda applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tal-imsemmijin prodotti Sative®x u Bedrocan®. Qabel ma’ tinħareġ licenzja, l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni jiġu evalwati mill-Awtorità tal-Mediċini. Kemm Sativex® kif ukoll Bedrocan® ma jinstabux fil-Formularju tal-Gvern u l-anqas m’hemm applikazzjoniet biex jiġu nklużi fil-Formularju tal-Gvern.

persuna li tidħol f'Malta u jkollha preskrizzjoni ta’ Bedrocan jew Sativex

Question

Jekk persuna tkun qed tivvjaġġa minn pajjiż fiż-żona Schengen u jkollha preskrizzjoni ta’ Bedrocan jew Sativex mit-tabib tagħha, jista' l-Ministru jgħid jekk hi u dieħla f'Malta bil-mediċini tagħha, din hux se tiġi mwaqqfa jew arrestata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ġarr ta’ sustanzi narkotiċi għal skop ta’ trattament mediku huwa rregolat mix-Schengen Agreement. Għalhekk kull ġarr ta' dawn is-sustanzi, inkluż dawk imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, għandu jsir skont kif jipprovdi l-Art. 75 tal-istess Agreement li jgħid:- 1 . "As regards the movement of travellers to the territories of the contracting parties or their movement within these territories, persons may carry the narcotic drugs and psychotropic substances that are necessary for their medical treatment provided that, at any check, they produce a certificate issued or authenticated by a competent authority of their State of residence. 2. The Executive Committee shall lay down the form and content of the certificate referred to in paragraph 1 and issued by one of the contracting parties, with particular reference to details on the nature and quantity of the products and substances and the duration of the journey. 3. The contracting parties shall notify each other of the authorities responsible for the issue and authentication of the certificate referred to in paragraph 2. " , kif ukoll l-annessa, li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

kannabis medika provduta lill-pazjenti tal-kanċer

Question

Minn informazzjoni li ġbarna minn onkoliġisti Maltin jidher li pazjenti tal-kanċer Maltin fl-Ingilterra ġieli jingħataw xi tip ta' kannabis medika, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju u evalwazzjoni xierqa dwar jekk din għandhiex tibda tiġi provduta lill-pazjenti tal-kanċer f'pajjiżna?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ebda forma ta’ kannabis mediċinali ma hija liċenzjata f’Malta jew tinstab fil-Formularju tal-Gvern. Evalwazzjoni xierqa issir meta ssir applikazzjoni biex mediċina liċenzjata f’Malta tddaħħal fil-Formularju tal-Gvern.

inċidenti tat-traffiku — toxicology report

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk f'kull inċident serju tat-traffiku jsirx toxicology report fuq dawk involuti? Jekk iva, x’perċentwali minn dawn instabilhom livell ta’ alkoħol ogħla minn dak stipulat mil-liġi tas-sewqan? Kemm minn dawn kienu fatali?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fid-dipartiment tal-emerġenza eżamijiet tossikoloġiċi isiru għal skopijiet mediċi u mhux mediko-legali. Dawn l-eżamijiet isiru fuq il-pazjenti kollha li jkunu mitlufin minn sensihom, konfuzi jew juru sinjali oħra newroloġiċi jew ikun hemm suspetti kliniċi oħra li l-pazjent jista jkun taħt effett ta' xi sustanza. Dawn l-eżamijiet għaldaqstant isiru f'dawk l-inċidenti tat-traffiku fejn il-pazjenti jkollhom dawn is-sinjali. Id-dipartiment tal-emerġenza ma jzommx dawn il-perċentwali. Ir-riżultati ta' dawn l-eżamijiet ikunu mehmuzin fil-file mediku tal-individwu.

Qtugħ tal-benefiċċju tal-Enerġija

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31517, jista' l-Ministru jara li kopja tal-ittra tintbagħat fl-indirizz it-tajjeb liema indirizz qiegħed jintbagħat separatament peress li l-persuna inkwestjoni qiegħda tinformani li għadha ma rċevitx il-korrispondenza mid-dipartiment?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Jien infurmat li ntbagħatet ittra oħra fl-indirizz indikat mill-Onorevoli Interpellant.

Kartuna Roża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31856 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilu u jara li tinħareġ il-kartuna r-roża tal-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament peress li dan ħalla kartuna biex iġibulu l-pilloli u issa infurmawh li tilfu l-kartuna?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.