Legislature:
Category:
Reset
Active:

Applikazzjoni għall-post alternettiv tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara każ ta' kopja b'erbat itfal li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-post tal-gvern għax ir-raġel ma jaħdimx peress li għandu diżabilità u jinsabu bir-relief?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanti in kwestjoni qegħda tigi pproċessata. Huma jikru post mill-privat u jħallsu kera ta’ €2, 633.31 fis-sena pero’ jibbenefikaw minn sussidju fuq il-kera li jammonta għall-€966. 69 fis-sena. Dan ifisser li din il-familja tħallas minn butha kera ta’ €139 fix-xahar. L-Awtorità tad-Djar prezentament għandha 218 persuna li jibbenefikaw minn sussidju tal-kera izda li wkoll għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva.

Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali — Parental Skill Programs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Parental Skills Program ġew organizzati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali s-sena li għaddiet? F'liema lokalitajiet saru dawn il-programmi tant bżonnjużi? Fejn se jiġu organizzati aktar programmi matul din is-sena?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija Sedqa (fi hdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali) organizzat tnejn u ghoxrin (22) kors ta’ Parental Skills, filwaqt li din is-sena (2012) diġà organizzat tlettax (13) oħra. Bħalissa qegħdin ukoll f’diskussjonijiet bil-għan li norganizzaw disa' (9) korsijiet oħra matul l-2012. Il-postijiet fejn ġew organizzati dawn il-korsijiet s’issa jinsabu fil-lista hawn taħt: Parental Skills Courses 2011 Total: 22 Lija Primary School St. Paul's Missionary College Rabat St Venera Primary School Safi Primary School St Joseph Paola B'Kara Primary School 2 korsijiet B.O.V. Bank Employees - diversi lokalitajiet St Dorothy Sliema Fgura Primary School Ċentru Sant' Andrija Mosta Mqabba Primary Ghaxaq / Gudja Primary School Valletta Primary School San Gwann Primary School 3 sedqa parental skills programmes - diversi lokalitajiet Parental Skills Courses 2012 Total:13 St Joan Antide Gudja B’Bugia Primary School St Elena Parish B’Kara Mosta Primary School Zabbar Primary School A. Mellieha Primary School Rabat Primary School Zejtun Primary School Swatar Baby & Mother Club TLC Childcare Centre - Fgura St Francis Primary School Msida St Benild's Sliema Parrocca San Guzepp Haddiem

HomeStart Malta — standards u quality assurance

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31574, jista l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Istandards u l-quality assurance tal-HomeStart Malta li ilha mwaqqfa mill-2006? Kemm hemm familji li qed jirċievu dan is-servizz u minn liema lokalitajiet ġejjin?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istandards li jzomm maghhom Home-Start Malta huma dawk indikati mill-Home-Start Worldwide. Dawn l-istandards huma bbazati fuq: 1. Ipjanar u tmexxija tas-servizz (strategic planning and governance) 2. Impjegati u voluntiera – (managing staff and volunteers) 3. Finanzi u rizorzi (managing money and resources) 4. Monitoring u evalwazzjoni 5. Promozzjoni tal-kwalita’ tal-hajja tat-tfal (promoting children’s welfare) 6. Kunfidenzjalita’ u informazzjoni (confidentiality and information sharing ) 7. Sapport ghall-familji 8. Hidma ma’ entitajiet ohra (partnership) 9. Servizzi ohra , cioe dawk is-servizzi li jistghu jinghataw ghal beneficcju tal-familji. Biex jinzamm dejjem il- quality assurance il-Home-Start Worldwide network jibghatu kull sena kwestjonarju* lill-membri kollha tieghu biex jassigura li l-istandards qed jinzammu. Home-Start Malta wkoll jircievi u jimla l-kwestjonarju. F’kaz li hemm indikat xi problema, in- network tal-pajjizi jissapportjaw dak il-pajjiz li ghaddej minn xi problema, biex is-servizz ma jkunx detrimentali ghall-familji kif ukoll ghas-servizz innifsu. Bhalissa, hemm 26 familja li qeghdin jibbenifikaw mis-servizz. Il-lokalitajiet minn fejn gejjin dawn il-familji huma Fgura, Zabbar, Cospicua, Zejtun, Birkirkara, Rabat, Qormi, Guardamangia, Hamrun u Xghajra. Il-maggoranza tal-familji gejjin minn Cospicua fejn originarjament beda s-servizz. Is-servizz jinghata skond jekk hemmx voluntiera li tkun tista’ tigi “matched” mas-sitwazzjoni li qed tipprezenta l-familja. Home-Start Gozo, ukoll parti minn Home-Start Malta, qieghed fil-process li jsib persuna li tkun tista’ tmexxi s-servizz, kif ukoll nies biex ikunu parti mill-Bord (Management Committee) li l-rwol tieghu huwa li jhares l-efficenza u l-effettivita’ tas-servizz. Home-Start Malta jikkommetti ruhu ghall-harsien tat-tfal , kemm bhala membru mill-organizzazzjoni internazzjonali ta’ Home-Start, izda wkoll bhala organizzazzjoni nazzjonali li ssegwi l-proceduri tal-harsien tat-tfal fil-kuntest u ligijiet lokali kollha fejn ikun hemm il-bzonn. Huwa ta’ vantagg li Home-Start Malta jahdem qrib ferm mas-servizzi ta’ l-Appogg li ghandha wkoll is-servizz tal-harsien tat-tfal. Allura, dan jiffacilita l-komunikazzjoni bejn iz-zewg servizzi.

Fondazzjoni għas-Servizz ta' Ħarsien Soċjali — ilmenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24968, jista' l-Ministru jgħid kemm saru ilmenti minn klijenti li jirċievu s-servizzi tal-Fondazzjoni għas-Servizz ta' Ħarsien Soċjali f'dawn l-aħħar tliet snin? Dwar liema servizzi kien hemm dawn l-ilmenti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-policy speċifika li tirrigwardja kif klijent jista' jagħmel l-ilment tiegħu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar tliet snin l-Aġenzija Sedqa u l-Aġenzija Sapport ma rċevew l-ebda ilment filwaqt li l-Agenzija Appoġġ rċeviet disgħa ilmenti mill-klijenti tas-servizzi msemmija hawn taħt: Sena Servizzi Ammont ta' Ilmenti 2009 Supervised Access Visits 2 2010 Supervised Access Visits 1 2010 Child Protection Services 1 2011 Cottonera Community Services 1 2011 Appogg Services (in general) 1 2011 Supervised Access Visits 1 2011 Fostering 1 2011 Initial Response Service 1 TOTAL 9 L-ilment jgħaddi bil-miktub għand uffiċjal mill-Head Office sabiex ikun jista’ jiġi investigat. L-eżitu tal-investigazzjoni fuq l-ilment tiġi kkomunikata lill-persuna li tkun għamlet l-ilment. Hemm policy speċifika li tirrigwardja kif klijent jista’ jagħmel ilment u din tiġi spjegata fid-dettal lil kull klijent li jagħmel użu mis-servizz ta’ l-Appoġġ. Fir- reception ta’ l-Aġenzija hemm ukoll mehmuza mal-ħajt id-drittijiet tal-klijenti li jaghmlu użu mis-servizzi. Il-kopja tal- policy tal-Fondazzjoni għas-Servizz tal-Ħarsien Soċjali f’dan ir-rigward qed tiġi mpoggija fuq il-mejda tal-Kamra.

Ħruġ ta' Liċenzja

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31344, jista' l-Ministru jara li tinħareġ il-liċenzja tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li għamel il-kors u sab xogħol imma ma jistax jibda minħabba li ma ħarġitx il-liċenzja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji dwaru ntbagħtu separatament m’għandu l-ebda applikazzjoni pendenti mas-sezzjoni tal-Liċenzjar ta’ Transport Malta. Madanakollu, Transport Malta se tikkuntattja lill-klijent sabiex tassistih kif tista’.

talba għal post tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li talb biex ikollu post tal-gvern peress li bħalissa qed iħallas €280 biex jgħix ġo post furnished imma peress li jgħix fuq ir-relief u għandu tlett itfal, ma jistax ilaħħaq finanzjarjament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikant in kwestjoni applika għall-akkomodazzjoni alternattiva nhar it-2 t’Awwissu, 2011 u qegħda proċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra. Huwa jikri post mill-privat u jħallas kera ta’ €3,360 fis-sena pero’ qiegħed ukoll jibbenefika minn sussidju fuq il-kera li jammonta għall-€966. 69 fis-sena. Dan ifisser li din il-persuna qegħda tħallas minn butha kera ta’ €199.45 kull xahar. L-Awtorità tad-Djar prezentament għandha 218 persuna li jibbenefikaw minn sussidju tal-kera izda li wkoll għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva.

Servizz ta' Home Help

Question

Jista' l-Ministru jara li l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tirċievi karta li suppost diġà rċeviet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ ma għandu l-ebda applikazzjoni jew talba oħra pendenti mill-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant.

każ ta' ħlas ta' bolla

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwar qed jintbagħtu separatament, peress li qed iħoss li għall-bolla li qed iħallas, mhux se jkollu pensjoni diċenti?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Każ ta' persuna li nqatgħalha r-relief

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li b'nuqqas ta' ftehim bejnha u d-dipartiment, spiċċat biex qatgħulha r-relief?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

benefiċċju għal nies li għandhom 'il fuq minn 81 sena

Question

B'referenza għal dak li ġie mħabbar fil-Budget li kull koppja li għandha 81 sena tieħu €300, jista' l-Ministru jgħid, meta koppja fejn ir-raġel tidħolu il-penzjoni l-bank, il-benefiċju tal-mara jidħol ukoll il-bank jew tirċeivi ċekk?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mid-Dipartiment li fejn kellu informazzjoni tal-kont tal-bank fejn il-mara tixtieq li jidħlu l-pagamenti tagħha l-ħlas sar fil-kont tal-bank. Fejn id-Dipartiment ma kellux informazzjoni tal-kont tal-bank, il-pagament ħareġ permezz ta’ ċekk. Fil-fatt dawk in-nisa’ miżżewġin li bbenefikaw għal din l-għotja u li qatt ma kienu jirċievu benefiċċju soċjali u għalhekk ma kien jeżisti l-ebda informazzjoni tal-kont tal-bank, f’dan il-każ dan il-pagament ħareġ permezz ta’ ċekk.
Leg 11 PQ #32988 Sitting 463 2012-04-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ETC — Work trial scheme

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32555, tista’ l-Ministru tgħid fiex kienet tikkonsisti l-Work Trial Scheme li fiha ħadu sehem 171 persuna? X’għandu wieħed jagħmel illum biex jieħu parti f’din l-iskema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

qtugħ tal-provvista tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, inqatgħalha d-dawl?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru tar-residenza kif inhu ndikat f’din il-Mistoqsija Parlamentari ma jeżistix. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant iktar informazzjoni tal-persuna biex din tkun tista’ tiġi kkuntatjata.

każ dwar injection

Question

Jista' l-Minsitru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata l-injection li ilha għal ħafna żmien tistenna biex teħodha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-każ tal-pazjent li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ġie nvestigat fejn, minn naħa tal-‘Medicines Entitlement Unit’, ma nstabet l-ebda applikazzjoni għall-kartuna s-safra jew xi permess għall-mediċina partikolari. Wara li ġie kkuntattjat, il-pazjent spjega li l-problema tiegħu hi li jbati mill-kundizzjoni ta’ ‘ slip disk ’ u meta ġie invistat mill- Konsulent Kirurgu tiegħu dan spjegalu li jkollu bżonn trattament partikolari mill-isptar Mater Dei u li ser jiktbu għal dan it-trattament. Il-pazjent ġie nfurmat li tqiegħed fuq il-lista ta’ stennija għall-intervent u għandu appuntament mal-kirurgu f’Mejju 2012.

persuna li tieħu pensjoni tal-wens

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31854, jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi kkuntatjat il-ġuvni kkonċernat peress li s'issa ħadd għadu ma kellmu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata permezz ta’ ittra li ntbagħtet fid-9 ta’ Frar 2012. Kopja ta’ din l-ittra se terġa' tintbagħat lill-persuna konċernata illum 15 ta’ Marzu 2012. Din l-ittra kienet tikkonċerna talba li saret f’mistoqsija parlamentari 31854.

Każ ta' appuntament ta' anzjan

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32118, jista' l-Minsitru jara l-każ tal-anzjan kkonċernat li qed jistenna biex issirlu l-operazzjoni tal-ftuq?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Customer Care Division tkellem mal-anzjan li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant u talbuħ biex jibgħat r-riferta għal appuntament tiegħu ġewwa d-dipartiment ta’ l-outpatients tal-Isptar Mater Dei. Il-pazjent infurmana li fit-tlieta u għoxrin ta’ Marzu, huwa ġie inviżtat mill-Konsulent tal-Kirurġija ġewwa d-dipartiment tal-kirurġija ta’ l- outpatients fejn dan taħ parir u spjegalu li l-problema tal-ftuq hija waħda sekondarja u li mhux urġenti filwaqt li l-problema fit- thyroid għandha tieħu preċedenza għax hi aktar ta’ riskju. Il-Kirurgu spjegalu ukoll li għalissa ma jistgħux isirulu interventi kirurġiċi għaliex l-anzjan kkonċernat għadu kemm ġie operat minħabba problemi kardijaċi.

Dritt ta' flus minn fondi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31631, jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li r-raġel tagħha ilu mejjet 21 sena u xtaqet tkun taf jekk għandhiex dritt tal-flus minn fondi li kienu jfaddlu l-istess ħaddiema tax-xatt?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata diġà bbenifikat minn flus li kienet intitolata għalihom mill-Fond dwar il-Pensjonijiet u Kontinġenzi.

talba għal sussidju fuq dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jitnbagħtu separatament, għandhiex dritt tapplika għal sussidju fuq dawl u ilma?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Servizz ta' home help

Question

Jista' l-Ministru jara li każ ta' anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li għandu s-servizz ta il-home help u kemm-il darba għamel t-talba biex jiżdiedu s-sigħat mogħtija lilu? Jista' jara l-każ fuq it-talbiet li saru peress li kull darba jħallas €30 bix jagħmlu ċertifikat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-aħħar talba minn għand l-anzjani li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant biex jiżdiedu s-siegħat tas-servizz ta' għajnuna fid-dar saret fis-7 ta' Jannar 2010. Dak inhar il-Bord tal-Allokazzjoni ma approvax din iż-żieda għax fil-familja kien għad hemm membri li joqgħodu fl-istess dar u li setgħu jgħatu daqqa t' id fil-bżonnijiet ta' kuljum. Madanakollu, l-anzjani għandhom kull dritt li jerġgħu japplikaw għal żieda fil-ħin tas-servizz u l-Bord ta' allokazzjoni jikkunsidra din it-talba fiċ-ċirkustanzi preżenti.

appliazzjoni bejn anzjan jidħol f'residenza

Question

Jista' l-Ministru jara fejn wasal il-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jixtieq jara fejn waslet l-applikazzjoni tiegħu biex jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-imsemmija applikazzjoni ġiet approvata mill-Bord tal-Ammissjoni. B’hekk din l-applikazzjoni ġiet imqiegħedha fil-lista ta’ stennija ta’ prijorità Għolja ta’ San Vinċenz de Paul.

applikazzjoni għar-residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul imma s'issa għadhom ma bagħtux għaliha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-anzjana msemmija ġiet approvata mill-Bord tal-Ammissjoni għal Dar tal-Anzjani tal-Gvern. B’hekk l-applikazzjoni ġiet imqiegħeda fil-lista għad-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla.