Legislature:
Category:
Reset
Active:

talba għal sussidju tal-mard

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32939 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilu u jara jekk l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux id-dritt li jieħu sussidju tal-mard u dak supplimentari?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.

talba għal trasferiment

Question

B'referenza għall-mistoqisija parlamentari 32302, jista' l-Minsitru jerġa' jara l-każ tal-anzjana li qed tistenna sodda fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet approvata sabiex tidħol ġewwa Dar għall-Anzjani u sussegwentament ġiet approvata sabiex tidħol ġewwa San Vinċenz fejn tpoġġiet fuq il-lista ta’ stennija.

persuna li applikat għal Skema V

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ilu aktar minn xahar u nofs li applika għall-Skema V imma s'issa għadu ma rċieva xejn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ġie kkuntatjat l-uffiċjal fl-isptar Mater Dei fejn ġejna nfurmati li l-applikazzjoni tal-pazjent imsemmi ntbagħtet lill-uffiċju tal-kartuna s-safra, llum 9 ta’, Mejju. Il-pazjent imsemmi ġie kkuntatjat u mgħarraf li se nikkuntajawh kif nirċievu l-applikazzjoni sabiex ikun jista’ jiġi jiġbor il-kartuna s-safra tiegħu.

applikazzjoni għar-Residenza San Vinċenż de Paul

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li applika biex jidħol fir-Residenza San Vinċenż de Paul peress li hemm problemi finanzjarji u ma jistax jibqa' jgħix ġo dar tal-anzjani privata?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kien ġie approvat mill-Bord tal-Ammissjoni sabiex jidħol fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul, nhar il-5 ta’ Jannar 2012. B’hekk il-kaz ġie mqiegħed fil-lista ta’ stennija.

talba għal handle

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir biex l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata xi tip ta' handle biex jgħinha tqum mis-sodda?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant diġa’ ngħatalha l-apparat meħtieġ biex jgħinha tqum mis-sodda.

mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tat-tifel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li l-mediċini li jieħu ħafna drabi jkunu out of stock mill-Ispiżerija tal-Gvern u b'konsegwenza ta' hekk il-familja bil-minimum wage ikollha tixtrihom minn butha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li minn stħarriġ li għamel id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek irriżulta li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qatt ma kien irreġistrat mal-Iskema, u għalhekk ma setgħax jibbenifika mill-istess Iskema. Għadaqstant, id-Dipartiment għamel kuntatt mall-istess persuna, u mid-19 ta’ April, 2012 dan jista’ jibda jiġbor il-mediċina tiegħu mill-ispiżerija tal-għażla tiegħu.

talba għall-għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tistenna biex tingħata xi forma ta' għajnuna peress li m'għandha l-ebda tip ta' dħul ieħor u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ilu għaddej bil-proċess mit-13 ta' Novembru?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata se tiġi infurmata bil-posta dwar l-eżidu tal-każ tagħha.
Leg 11 PQ #33843 Sitting 471 2012-05-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

talba għal facilitator

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tat-tifel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jbati minn ADHD u għadu qed jistenna biex jiġi magħżul biex jingaħat facilitator?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tifel diġà deher quddiem l-Istatementing Moderating Panel f’Jannar 2012 u l-Bord irrakkmanda Shared Support. Dan it-tifel jattendi skola Indipendenti u għalhekk il-ġenituri, flimkien mal-iskola, jridu jimpjegaw l-LSA u jimxu skont il-proċeduri stabbiliti fir-rigward skejjel indipendenti.

Applikazzjoni biex anzjana tidħol ġo home

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24014, jista' l-Ministru jara l-każ ta' din l-anzjana peress li għadha qed tinstenna biex tiddaħħal f'dar tal-anzjani?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qiegħedha fuq il-lista ta’ stennija għar-Residenza ta’ San Vinċenz.

Każ ta' persuna li mhux tajjeb għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li ilu xi tliet ġimgħat jirreġistra u meta mar għand il-professur, qallu li mhux tajjeb għax-xogħol u għaddew tliet xhur mingħajr ma rċieva xejn?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna koncernata se tigi infurmata permezz ta' ittra dwar il-kaz taghha.

Każ ta' housing

Question

Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' housing tal-individwu li d-dettalji dwarhu jidhru separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata m'għandiex applikazzjoni pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali peress li l-istess applikazzjoni ġiet magħluqa fit-2 ta’ Lulju 2010.

Applikazzjoni għall-Social Worker

Question

Jista' l-Ministru jara li jibgħat social worker għand l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament minħabba li l-anzjan mhuwiex f'pożizzjoni li jgħix waħdu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant waslet id-Dipartiment fil-5 ta’ April 2012. Social Worker marret għand l-anzjan biex tagħmel l-assessment għal din l-applikazzjoni fit-13 ta’April 2012 biex b’hekk dan il-każ jidher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni. L-anzjan jiġi nfurmat bid-deċizjoni tal-Bord bil-miktub.

Servizz ta' home help

Question

Jista' l-Ministru jara jekk anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, liema anzjana għandha 74 sena u marida, tistax tingħata aktar ħin f'sigħat f'home help?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat l-l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant m’għamlitx talba għal żieda fis-siegħat tas-Servizz tal-Home Help. L-anzjana hija mitluba li tiġbor applikazzjoni mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jew miċ-Ċentru Servizz Anzjan, il-Belt, jew mill-Kunsill Lokali tal-lokalita’ tagħha biex b’hekk il-Bord tal-Allokazzjoni ta’ dan is-Servizz ikun jista’ jerġa jara dan il-kaz.

każ dwar applikazzjoni ta' post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-ġuvni li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għalkemm applika għal post alternattiv mal-Awtorità tad-Djar, s'issa għadu bla risposta?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata ma għandiex applikazzjoni pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva.

Każ ta' barrani

Question

Jista' l-Minsitru jara l-każ tal-individwu barrani li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jixtieq li jkompli jgħix hawn Malta flimkien ma' martu? Jista' jara jekk għandux dritt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-mara tal-persuna konċernata għamlet applikazzjoni għall-permess ta' residenza. Din l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata fuq il-bażi tal-leġislazzjoni u l-policies eżistenti

trasferiment minn dar tal-anzjani għal oħra

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li trid li tiġi trasferita minn dar tal-anzjani għal oħra minħabba diversi raġunijiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-każ tal-anzjana li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant u li bħalissa tinsab residenti f’Casa Serena taħt l-iskema tal-Public Private Partnership hija wkoll approvata sabiex tidħol fir-Residenza San Vincenz de Paule. Id-Dipartiment ircieva t-talba tat-tifla tal-anzjana fejn talbet sabiex ommha tiġi trasferita għal dar tal-anzjani aktar fil-viċin minħabba l-problemi ta’ saħħitha, li ma jippermettuliex biex tivjaġġa fit-tul. Dan il-każ ġie riferut lis-sezzjoni tas-social workers tad-dipartiment sabiex jinvestigaw aktar fil-fond il-ħtiġijiet tal-anzjana kif ukoll ta’ uliedha u jekk jirriżulta l-bżonn issir upgrade tal-applikazzjoni li l-anzjana għandha għar-residenza San Vinċenz de Paule.

Ftehim bejn l-Enemalta u l-Każin tal-Banda Maria Annunzjata

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi forma ta' ftehim bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-Każin tal-Banda Maria Annunzjata rigward il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi meta l-Enemalta tipprovdi servizz tal-elettriku, dan huwa mogħti suġġett għal installazzjoni elettrika ċċertifikata u sikura li tkun preżenti fil-bini fornut bl-elettriku. Fil-każ ta’ bidliet fl-istallazzjoni elettrika, hemm dispożizzjonijiet fl-Electricity Supply Regulations (ESR) li jobbligaw lill-konsumatur jinforma lill-korporazzjoni u jissottometti ċertifikat ġdid jew jitlob li ssir spezzjoni. In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn ir-regolamenti jwassal għal sospensjoni tal-provvista sakemm is-sitwazzjoni titranġa’. F’dan il-każ l-istallazzjoni pprovduta għall-konnessjoni tal-provvista m’għadiex teżisti u l-fond se jerġa’ jinbena b’istallazzjoni elettrika ġdida. F’każ bħal dan il-konsumatur kellu jitlob is-sospensjoni tal-provvista, sakemm ikunu ffinalizzati l-kostruzzjoni u ċ-certifikazzjoni tal-istallazzjoni l-ġdida. Peress li l-konsumatur żamm parti mill-bini miftuħ għall-pubbliku, għandu jkun hemm servizz ġdid, separat mis-sit tal-bini, bħala servizz għall-kmamar miżmuma. L-istallazzjoni ta’ dawn il-kmamar għandha tkun konformi mal-ħtiġijiet tal-ESR u tkun iċċertifikata minn electrician liċenzjat bħala parti mit-talba għas-servizz. Id-dispożizzjoni ta’ provvista għall-kmamar miżmuma ġewwa s-sit ta’ kostruzzjoni, tista’ tippreżenta riskji għas-sigurtà tal-persuni li jaħdmu fuq is-sit u għall-pubbliku jekk dawn jitħallew jidħlu fis-sit biex jilħqu l-kmamar, partikolarment jekk il- cabling użat ma jkunx imħares b’mod xieraq u b’mod partikulari jekk l-istallazzjoni fil-kmamar li jifdal ma tkunx ta’ standard u mgħammra bl-apparat meħtieġ ta’ protezzjoni. Peress li l-bini huwa parzjalment (80-90%) imwaqqa, il-konsumatur jista’ wkoll japplika għal servizz temporanju sakemm ix-xogħol ta’ kostruzzjoni jitlesta u wara jingħata servizz permanenti permezz ta’ applikazzjoni. L-istallazzjoni temporanja, li tingħata waqt ix-xogħol ta’ kostruzzjoni, irid ikollha ċertifikat ta’ sigurtà minn electrician liċenzjat.

ilment mat-Teżor

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minħabba xi flus li jrid jieħu mit-Teżor?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pensjoni tat- Teżor dovuta lill-persuna msemmija ġiet mibgħuta lilha nhar is-16 t’ April 2012 permezz ta’ Cheque, liema pagament dovut lilha għall-perijodu mill-5 ta’ Marzu 2012 sal 31 ta’ Marzu 2012. Il-Pensjoni dovuta lilha inbagħtet hekk kif appena is-Sezzjoni tal-Pensjonijiet tat-Teżor irċeviet l-approvazzjoni neċessarji, sia mill-Uffiċju tal-President u l-approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment.

Kont tad-dawl fuq three-phase

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-kont tad-dawl ġieha fuq three-phase u mhux fuq single phase?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Spezzjoni fuq dar tal-gvern — umdità

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq dar tal-gvern tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm ħafna umdità u minkejja li l-invdividwu għamel xi xogħlijiet, xorta waħda baqgħa bl-istess problema?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-Awtorità tad-Djar toffri skemi għal dawn it-tip ta’ xogħlijiet. L-inkwilin huwa mħeġġeġ javviċina l-Customer Care tal-Awtorità sabiex jispjegawlu kif jista’ jibbenefika.