Jista' l-Ministru jara fejn waslet l-applikazzjoni għal flus arretrati tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kien jaħdem shipbuilding?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba ta' taxxa dovuta lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għadha ma rċeviet xejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-Dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31720, jista' l-Ministru jara fiex wasal u meta se jibda x-xogħol ta' rranġar ta' Triq Ġistakor f'Ħal Għaxaq? Jista' jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li taħt ordni tiegħi il-kuntrattur li kien ingħata x-xogħol, jiġifieri Alfred Schembri & Sons Ltd, ġie sospiż wara investigazzjoni dwar abbużi, fil-futur qarib ser tinħareġ sejħa ġdida għall-offerti biex isiru x-xogħlijiet in kwistjoni.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li rċeviet kont tad-dawl u l-ilma ta' €3636? Jista' xi ħadd mill-ARMS Ltd jara jekk għandhiex xi żball fil-kont?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex tieħu sussidju fuq dawl u l-ilma peress li mietilha r-raġel u tgħix bil-minimum wage?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Minsitru jara l-każ ta' armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tirċievi kontijiet tad-dawl u l-ilma għoljin ħafna? Jista' jara li xi ħaddiema mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jara il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Pjanijiet għat-tibdil tal-post minflokk is Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-pjan fejn qabel kien hemm ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid? Jista' jgħid jekk il-gvern kellux xi laqgħat biex din l-art tinbidel għal skop ieħor? Jekk fl-affermattiv x'kienu l-laqgħat? Jekk qatt ma saru laqgħat, jista' jgħid jekk hemmx xi pjan għal din l-area? Jista' jgħid jekk hemmx xi pjanijiet għal Sir Paul Boffa Avenue? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi flyover? Hemm il-ħsieb li jsir pjan biex jonqos it-traffiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li hija koperativa li l-ħaddiema qed jilmentaw li mhux jitħallsu u kull meta l-ħaddiema jgħidu lil ta' fuqhom, jgħidilhom li għadu ma ħax il-fondi mingħand il-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32774 u jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tistenna biex tagħmel operazzjoni f'irkobbitha u d-data tal-operazzjoni ilha tiġi posponuta minn Ottubru tas-sena l-oħra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Minsitru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix fuq ir-relief imma tħoss li €450 fix-xahar mhumiex biżżejjed?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet ikkuntattjata permezz tat-telephone minn l-Assistent Direttur Raymond Chetcuti.
Tista' l-Ministru tara jekk it-tifla ta' tliet snin li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tistax tibda tmur l-iskola tal-Fgura minflok dik ta' Ħal Tarxien peress li ommha tixtieq terġa' toħroġ taħdem u b'hekk oħtha tkun tista' tieħu ħsieb lil din it-tifla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Omm it-tifla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ċemplet l-uffiċċju tal-Prinċipal titlob informazzjoni rigward ir-reġistrazzjoni ta’ bintha ta’ tliet snin fl-iskola Primarja A tal-Fgura.
Peress li din il-familja toqgħod Ħal Tarxien, l-uffiċċju tal-Prinċipal ma setax jaċċetta din it-talba peress li ma taqax taħt xi waħda mill-kriterji għat-trasferimenti minn skola għal oħra jew minn kulleġġ għal ieħor kif stabbilit mid-Direttorat tal-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għal €300 u s'issa għadha ma rċeviet xejn?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-anzjan li -dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li rċieva kont tad-dawl u ilma li jammonta għal €1649 meta s-soltu l-kont ma jkunx jaqbeż €200? Jekk m'hemmx żball jista' jara li xi ħaddiema jmorru fuq il-post għax jista' jkun li hemm xi ħsara?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li kienet ilha taħdem 11-il sena u issa tixtieq tara x'inhuma d-drittijeit tagħha peress li applikat għall-pensjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jindirizza l-ilmenti tar-residenti li joqogħdu fil-flats, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, fejn biċċiet mill-gallariji qed jaqgħu? Jistgħu jintbagħtu xi ħaddiema fuq il-post qabel ma jkorri xi ħadd?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-awtorità ħadet nota ta’ din l-interpellanza u se żżur il-fond fil-jiem li ġejjin.
Jista' l-Ministru jara l-każ fejn il-gvern ħa biċċa art 15-il sena ilu, kif jidher fil-pjanta li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fejn kull ma ħadu il-proprjetarji kien ta' inqas minn kwart ta' kemm kienu xtrawha huma u dawn qatt ma ġew avżati li l-art se tittieħed? Jista' l-Ministru jindirizza l-każ u jara jekk din il-familja tistax tingħata kumpens?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi s-sidien ta’ l-art li dettalji tagħha ingħataw separatament, kienu ikkontestaw il-prezz offrut mid-Dipartiment biex il-Gvern ikun jista' jakkwista l-art in kwistjoni. Il-każ tagħhom ġie ittrattat quddiem il-Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet fejn is-sidien kellhom ic-ċans kollu li jressqu il-pozizzjoni tagħhom. Id-Dipartiment ma kellu l-ebda għazla ħlief li jobdi d-deċiżjoni tal-Bord u għalhekk fid -9 ta’ Ottubru 1995 ġie iffirmat kuntratt fejn l-art għaddiet għand il-Gvern u ġie mħallas il-kumpens lis-sidien, hekk kif stabbilit mill-Bord. Għalhekk il-każ kollu ġie konkluż u d-Dipartiment ma jista jħallas ebda kumpens ieħor.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32303, tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ peress li ilha li applikat minn Awwissu 2010 u għadha bla risposta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din l-applikazzjoni daħlet għand l-Istatementing Moderating Panel f’Jannar 2012 u mhux f’Awwissu 2010 u se tiġi proċessata matul din is-sena skolastika.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32856, jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna kkonċernata peress li kellhom jikkuntatjawha imma għadha bla risposta?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata sabiex tagħti aktar informazzjoni lid-dipartiment sabiex ikun jista' jagħmel ir-riċerka neċessarja u jagħti tweġiba, iżda l-persuna ma waslitx l-informazzjoni mitluba lid-Dipartiment.