Legislature:
Category:
Reset
Active:

każ dwar kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li qabel il-kont tad-dawl u l-ilma kien ikun ta' €22 u issa għandu kont ta' €11,773 u qed jaħseb li hemm xi żball?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

każ ta' kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li s-soltu jirċievi kont ta' madwar €100 dawl u ilma imma issa ġieh kont ta' €1765 għax jaħseb li hemm xi żball?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

tiswija ta' gallarija

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi msewwija gallarija li tinsab fil-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-Awtorità tad-Djar toffri Skema SM għal dan it-tip ta’ ħtiġijiet. L-inkwilin huwa ġentilment mitlub javviċini l-customer care tal-awtorità sabiex japplika.

Dritt ta' flus minn fondi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33105, peress li din l-anzjana għadha ma rċievet l-ebda fondi, jista' l-Ministru jerġa' jara l-każ u terġa tiġi kkuntatjata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab nfurmat li Transport Malta ikkuntatjat lill-persuna konċernata u spjegawlha li l-flus li ħadet tul iż-żmien u li kienet intitolata għalihom skont il-liġijiet, filfatt ħadithom.

Każ dwar pensjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33606, jista' l-Ministru jerġa jibgħat kopja oħra tal-ittra peress li dan is-sinjur ma rċieva xejn?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat li d-Dipartiment reġa' bagħat kopja tal-ittra oriġinali mibgħuta.

Kumpens ta' Art

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33468, jista' l-Ministru issa jara li l-anzjana li d-dettalji dwarha (flimkien ma' site plan) qed jingħataw separatament, li kienu ħadulha r-raba xi 30 sena ilu fejn infetħet triq ġewwa l-Gudja (tal-Ħofra), tingħata l-kumpens mistħoq?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

eks fabbrika tal-Playmobile — bus shelter li resqet

Question

Jista' l-Ministru jara li jerġa' jsir bus sheleter fl-istage li kien hemm ħdejn l-eks fabbrika tal-Playmobile, peress li issa niżluh 'l isfel u fejn kien qabel kien ta' għajnuna kbira għal dawk li kienu jużawh speċjalment minn persuna li għadha tifla b'diżabilità, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li quddiem l-ex fabbrika tal-Playmobil f’Bulebel ma kien hemm l-ebda bus shelters imwaħħlin li ġew maqlugħa.
Leg 11 PQ #34429 Sitting 480 2012-05-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Talba għall-Facilitator

Question

Tista' l-Ministru tara fiex wasal il-każ ta' tfajla li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li se tispiċċa mill-Università u applikat għall-facilitator u għad ma kellhiex rispsota u hija għandha aktar ċertifikati milli mitluba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ learning support assistants jagħlqu fl-aħħar ta’ Mejju 2012. L-applikanti eliġibbli li applikaw f’Marzu, April u Mejju se jsirilhom l-‘Interview’ wara l-għeluq tad-data tal-applikazzjoni.

Paola — Triq il-Baċir - patching tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir patching fi Triq il-Baċir Paola peress li hemm ħafna ħofor u jekk isewwiha l-kunsill lokali, tiġih spiża kbira peress li minn din it-triq ma jgħaddux biss residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbiltà tal-manutenzjoni tat-triq imsemmija hija tal-Kunsill Lokali.

Pjanijiet għat-tibdil tal-post minflokk is Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33951 u jgħid x'inhuwa l-pjan fejn qabel kien hemm ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid? Jista' jgħid jekk il-gvern kellux xi laqgħat biex din l-art tinbidel għal skop ieħor? Jekk fl-affermattiv x'kienu l-laqgħat? Jekk qatt ma saru laqgħat, jista' jgħid jekk hemmx xi pjan għal din l-area? Jista' jgħid jekk hemmx xi pjanijiet għal Sir Paul Boffa Avenue? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi flyover? Hemm il-ħsieb li jsir pjan biex jonqos it-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. Ninsab infurmat li kien hemm studji u anke proposti preliminari biex tiġi mtejba s-sistema tat-traffiku fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Uħud minn dawn il-proposti huma sistema ta’ flyovers f’numru ta’ junctions biex it-traffiku ikun jista’ jimxi aħjar u jkun hemm inqas konġestjoni fl-istess junctions .

każ dwar kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33893 u jara li l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li rċieva kont tad-dawl u ilma li jammonta għal €1649 meta s-soltu l-kont ma jkunx jaqbeż €200? Jekk m'hemmx żball jista' jara li xi ħaddiema jmorru fuq il-post għax jista' jkun li hemm xi ħsara?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

każ dwar meter

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li bidlulha l-meter għax kien waqaf jaħdem u issa tixtieq tkun taf x'inhi l-pożizzjoni tagħha?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

tranġar ta' saqaf

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat is-saqaf ta' post peress li l-persuna li tgħix fih u li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għalkemm ilha tirrapporta l-ħsara madwar dawn l-aħħar sentejn, xorta għad għandha l-istess problema?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, bi tweġiba għall-mistoqsija tiegħu, illi l-Awtorità tad-Djar toffri Skema SM għal dan il-għan. L-inkwilina hija mħeġġa tirrikorri l-Customer Care tal-Awtorità sabiex tapplika u tibbenefika minnha
Leg 11 PQ #34302 Sitting 479 2012-05-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ġeneturi li ma bagħtux lit-tfal l-iskola

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ġenituri tul din il-leġislatura li weħlu multi minħabba li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola mingħajr awtorizzazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru tal-Ġustizzja, KOnsultazzjoni Pubblika u l-Familja — family friendly measures

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ kemm kienu dawk il-ħaddiema fid-dipartimenti tiegħu u dawk li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kienu qed jibbenefikaw mill-family friendly measures?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ haddiema li jibbenefikaw minn family friendly measures fid-Dipartimenti li jaqghu that il-Ministeru tieghi huwa ta’ 421 persuna. Lista taghhom qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.

Mental Health Act — emendi

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 27045, jista’ l-Ministru jgħid meta finalment se tiġi emendata l-Mental Health Act liema liġi ilha ma tiġi emendata mill-1976?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Mental Health Act ġie approvat mill-Kabinett. L-Att se jiġi tradott għall-Malti u se jintbagħat il-Justice Unit sabiex jiġi rivedut.

National Standards of Out of Home Child Care

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24966, jista’ l-Ministru finalment jgħid meta se jiġu implimentati n-National Standards of Out of Home Childcare li ilhom li ġew ippubblikati mill-2009?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali fassal pjan ta’ konsultazzjoni fuq l-implimentazzjoni ta’ In-National Standards for Out of Home Child Care (2009) fejn l-istake holders kienu involuti f’din il-pjan u sa l-aħħar ta’ din is-sena se jkunu imwettqa numru ta’ miżuri li se jgħinu lill-istakeholders jimplimentaw parti minn dan id-dokument.

talba għal P3

Question

Jista' l-Ministru jara jekk tistax tinħareġ il-P3 ta' bejn l-1986 u l-1988 tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li mhux qed tieħu l-ammont kollu tal-pensjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.

talba għal home help

Question

Jista' l-Ministru jara każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għal home help u wara xahrejn l-isptar għadha qed tistenna?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, għas-Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar saret fid-19 ta’ Jannar 2012. L-applikazzjoni ntbgħatet għall-assessment tas-social worker. Peress li l-anzjana għamlet perjodu l-isptar u sussegwentement kellha ukoll appuntamenti l-isptar, l-assessment mis-social worker sar fit-23 ta' April 2012. Il-Bord tas-Servizz tal-Għajnuna fid-Dar se jikkonsidra dan il-kaz fl-10 ta' Mejju 2012.

Permess tal-bejgħ — kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li peress li r-raġel tagħha kien marid bil-kanċer, neħħiet il-permess tal-bejgħ u issa skopriet li hemm xi kontijiet pendenti tal-istess permess?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-persuna in kwistjoni ħallset l-aħħar miżata tal-liċenzja fit-2007. Kull sena mis-sena 2008 sas-sena 2011 intbagħtiela kont ta’ €23.29. Fil- 21 ta’ Novembru tas-sena 2011 id-Dipartiment tal-Kummerċ irċieva applikazzjoni għall-kanċelazzjoni tal-liċenzja. Din kienet akkumpanjata b’ittra li saret għan-nom tal-persuna liċenzjata. L-ittra ukol talbet li l-persuna liċenzjata tiġi eżentata milli tħallas il-liċenzja għas-snin imsemmija minħabba raġunijiet indikati fl-istess ittra. Il-liġi vigenti LS 441.07 Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ tgħid li wara li issir applikazjoni mid-detentur għat-tħassir tal-liċenza , is-Sezzjoni Liċenzi tal-Kummerċ għandha tinforma lid-detentur li tkun laqghet it-talba tiegħu ghat-tħassir, għanda immedjatament titlob għall-arretrati kollha dovuti sad-data tal-applikazzjoni mill-applikant. Jekk l-applikant jonqos milli jħallas l-arretrati dovuti, ma’ l-applikazzjoni għat-tħassir, is-Sezzjoni Liċenzi tal-Kummerċ għandha tieħu l-azzjoni legali neċessarja għall-pagament tal-arretrati. Il-ligi fil-fatt tinsisti fuq dan il-punt u tgħid ukol li minkejja li t-tħassir tal-liċenza jkun approvat, id-detentur tal-liċenza għandu jibqa’ responsabbli għall-ħlas ta’ kull dritt għal liċenza dovut qabel ma tingħata dik l-applikazzjoni għat-tħassir. Il-liġi ma tipprovdi għall-ebda eċċezzjoni u għall-ebda possibilta’ ta’ eżenzjoni. Għaldaqstant id-Dipartiment ma kellu l-ebda alternattiva ħlief li jitlob il-ħlas dovut. Ftit ġimgħat ilu l-Gvern nieda proċess ta’ konsultazzjoni dwar proposta ta’ regolamenti ġodda li ħa jemendaw il-liġi sussidjarja imsemmija iktar qabel. Din il-proposta hija intiża biex tnaqqas mill-piżijiet fuq in-negozjanti. Fost l-emendi hemm emenda li tissuġġerixxi li ħlas dovut ta’ liċenzja jkun ikkalkulat sa dik id-data li jitwaqqaf l-operat kummerċjali u mhux sa d-data li ssir għall-applikazzjoni għat-tħassir tal-liċenzja. B’hekk, in-negozjant li għal xi raġuni jew oħra ma jkunx għamel l-applikazzjoni għat-thassir fid-data li waqqaf l-operat, ikun qed jiffranka l-ammont li huwa dovut skond il-liġi, ghal dak il-perjodu mid-data tat-twaqqif tal-operat sad-data tat-tħassir. Għaldaqstant ġie deċiż li: a) d-Dipartiment ma jibqax jipproċedi bil-każ sakemm tgħaddi l-liġi sussidjarja; b) d-Dipartiment jagħmel kuntatt mal-persuna liċenzjata biex tforni lid-Dipartiment bi provi li ma kienitx qiegħda tiġġestixxi attivita’ kummerċjali tul l-aħħar erba’ snin.