Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenzija Appoġġ — programm tal-perpetrators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni (irġiel u nisa) li rrikorrew għall-Aġenzija Appoġġ sabiex jirċievu l-programm tal-perpetrators minn mindu beda dan is-servizz? Fiex jikkonsisti fid-dettal dan il-programm?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm total ta’ 514 ragel li rrikorrew ghall-programm tal-perpetrators kif jidher aktar fid-dettal fit-tabella hawn taht. Il-programm hu miftuh ghall-irgiel biss, b’hekk l-istatistika qed taghti n-numru ta’ rgiel li gew riferuti l-Agenzija Appogg ghal dan il-programm. The number of referrals received at the Perpetrator’s Service each month since 1999 1999 2000 2001 2002 2003 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 Jan 0 4 6 7 8 8 4 3 2 2 7 4 3 Feb 2 6 3 1 2 7 9 1 6 2 8 2 3 Mar 6 2 4 3 6 1 4 0 1 1 5 5 3 Apr 2 0 0 9 4 2 1 0 8 1 5 7 2 May 5 2 4 3 7 1 5 0 6 2 4 4 0 Jun 6 2 2 4 2 3 1 0 3 0 6 5 4 Jul 2 2 3 3 1 7 0 7 1 4 4 9 0 Aug 0 8 5 8 9 6 3 8 4 8 2 4 4 Sep 4 3 4 6 0 3 4 5 5 1 4 6 2 Oct 1 5 4 9 6 3 2 6 4 2 4 4 1 Nov 0 1 3 2 2 2 3 3 5 0 1 7 6 Dec 1 0 2 2 3 2 3 3 3 0 3 2 2 Total 29 35 40 57 50 45 39 36 48 23 53 59 30 Il-programm tal -perpetrators jgħin persuni li jkunu qed iwettqu l-abbuż għaliex anke dawn għandhom bżonn l-għajnuna, ħalli jkunu jistgħu jbidlu l-imgieba tagħhom. Dan jingħata lil irġiel abbużivi li għandhom 'il fuq minn 18-il sena, biex jifhmu u jbiddlu l-atitudni tagħhom minn vjolenza għal rispett u sigurtà lejn il-familja tagħhom. Din il-bidla tkun tista' tippermetti relazzjoni b'saħħitha bejn il-membri tal-familja. L-ghan principali ta' dan is-servizz hu li tigi mharsa s-sigurtà tan-nisa u t-tfal kif ukoll li jwassal lill-irgiel li jkunu qed jagħmlu l-abbuż sabiex jieħdu r-responsabbiltà tal-aġir tagħhom billi jifhmu l-imgieba taghhom u x'qed jikkawżaw. Dan normalment jigri permezz ta' sessjonijiet fi grupp li jdumu ghal ftit xhur. Matul il-programm dawn l-irgiel ikunu jistghu jaħdmu fuq l-imgieba taghhom li tkun qed iggieghelhom jagixxu b'dak iI-mod. Qabel ma jibdew jattendu dawn il-gruppi, dawn l-irgiel isirilhom assessment minn professjonist/a. Wara li jkunu attendew il-programm, dawn l-irgiel jigu mhajra jipparteċipaw f' support groups fuq bażi regolari. F'każijiet fejn il-mara/sieħba tkun qed tirċievi servizz mit- Taqsima kontra l-Vjolenza Domestika tal-Aġenzija, ikun hemm kollaborazzjoni bejn il-professjonisti involuti maż-żewġ partijiet sabiex ikun hemm aġġornament dwar l-iżviluppi min-naħa tal-aggressur.

Interview għall-midwife

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tintbagħat għall-interview għall-midwife tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet infurmata b’ittra reġistrata bid-data tal-intervista għall-post ta’ midwife.

talba għal flus mid-Dockyard

Question

Jista' l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni biex l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament jieħu xi flus li applika għalihom mid-Dockyard peress li ħaddieħor ħadhom u lilu ilhom żmien twil jgħidulu li wasal biex jeħodhom?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuna kkonċernata qed tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha.

talba għal benefiċċju

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34096, jista' l-Ministru jara li l-persuna kkonċernata tingħata risposta peress li s'issa ħadd għandu ma kkuntatjaha?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma li Onorevoli nterpellant li jien infurmat li d-Dipartiment reġa’ bagħat kopja tal-ittra oriġinali mibgħuta.
Leg 11 PQ #35461 Sitting 489 2012-06-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

każ ta' bdil ta' skola

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33891, tista' l-Ministru tgħid x'iridu jkunu l-kriterji?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-ewwel ma jingħata post huwa għat-tfal mil-lokalità. Ma jistgħux jiddaħħlu tfal minn lokalitajiet oħra li ma jħallux post għal tfal mil-lokalità. Jekk ikun hemm post jintużaw dawn il-kriterji, f’din l-ordni; 1. Problemi ta’ saħħa. 2. Aħwa li jkunu diġa’ jattendu fl-istess skola 3. Ulied l-iStaff tal-iskola konċernata 4. Ġenituri li jkunu ġabu prova uffiċjali li huma impjegati u li ma jkun hemm ħadd li jiġbrilhom it-tfal mill-iskola 5. Raġunijiet oħra validi.

Smart City — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-sehem tal-gvern fi Smart City? X'inhi r-raġuni li l-one stop shop li l-gvern kellu iwaqqaf fi Smart City ma sarx? X'inhi r-raġuni li l-gvern ma ħax parti minn Smart City bħala uffiċini? Jista' l-gvern jirranġa biex il-karozzi tal-linja jgħaddu minn ħdejn Smart City?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Gvern għandu 9% share holding fi SmartCity Malta. Peress li l-One Stop shop jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Malta Enterprise u nitolbu lill-Onor. Interpellant jistaqsi lill-Ministru konċernat. SmartCity hija kumpanija privata u għalhekk il-gvern ma' kellu l-ebda obbligu li jikri uffiċini minn SmartCity. Fir-rigward ta’ l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li preżentament hemm ir-rotta 3 bi frekwenza ta’ kull 30 minuta bejn is-7.00 ta’ filgħodu u s-7.00 ta’ filgħaxija u bi frekwenza ta’ kull 60 minuta fil-ħinijiet l-oħra tal-ġurnata. Din ir-rotta tipprovdi servizz fiż-żona ta’ Smart City.

Smart City — dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli biex jiddawlu t-toroq li jwasslu sa Smart City? Jekk ir-responsabilità hija tal-gvern, jista' dan ix-xogħol isir mill-aktar fiss possibli peress li t-toroq tal-inħawi jkunu fi dlam ċappa u qed itellef milli n-nies jiffrekwentaw dawn l-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta hija l-entità li se tkun qed tieħu ħsieb li t-triq imsemmija tiddawwal b'mod adegwat. Għaldaqstant Transport Malta diġa xtrat il-materjal neċessarju u ħarġet sejħiet għall-offerti kemm għad-dawl kif ukoll għal xogħol ieħor f'din it-triq.

Smart City — designated area

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħwienet li jiftħu f'Smart City jaqgħux taħt ir-regoli ġenerali li jirregolaw il-ftuħ u l-għeluq tal-ħwienet peress li Smart City hija designated area? Jekk hija designated area, l-liġijiet li japplikaw għal ażjendi tal-business in ġenerali japplikaw ukoll għal Smart City?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li SmartCity Malta hija Kumpanija privata u bħal kumpanija privata oħra għandha l-obbligu li timxi skont il-liġi. Rigward il-ħinijiet permissibbli nitlob lill-Onor. Interpellant jistaqsi lil Ministeru konċernat.

talba għal helper

Question

Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir biex meta l-helper tal-koppja anzjana qed id-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, tkun bil-leave jew bis-sick, id-dipartiment jara kif jipprovdi helper oħra għalihom peress li dawn huma morda ħafna u ma jistax ikun li jkunu bla reliever?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fil-preżent ma hemmx servizz ta’ reliever f’Raħal Ġdid. Għaldaqstant, meta Assistenta Soċjali li taħdem fis-Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar tkun bil-leave jew sick leave tkun tista’ tintbgħat sostituta biss meta xi Assistenta Soċjali oħra jkollha xi siegħat vakanti. Dawn is-siegħat jiġu allokati skont il-livell ta’ bżonn tal-klijenti. Fuq il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant is-sezzjoni jirrizultalha li riċentament jiġifieri is-Sibt 2 ta’ Ġunju 2012 dawn il-klijenti ingħataw sagħtejn servizz minn Assistenta Soċjali oħra li kellha sagħtejn vakanti.

talba għall-kartuna r-roża

Question

Jista' l-Ministru jara jekk tistax tingħata l-karta r-roża lill-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li r-raġel ma jaħdimx għax jinsab marid u m'għandhom l-ebda dħul finanzjarju?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li jekk il-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għandu kundizzjoni kronika li qegħda fil-Ħames Skeda tal-Att tas-Sigurtà Soċjali (emendata 2012), dan jikkwalifika għal kartuna safra u għall-kura b’xejn ta’ dik il-kundizzjoni. Dwar il-kartuna roża, nitlob lill-Onor. Interpellant jaħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

mediċina Gerfitini B

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li pazjenti li għandhom bżonn il-mediċina Gerfitini B minħabba l-ċanċer, ma tingħatax lilhom jekk dawn ikunu jpejpu kif ġiet mgħarrfa l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mediċina Gerfitini B ma teżistix. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-mediċina Gefitinib, din mhix fil-formolarju tal-Gvern, jiġifieri mhix fil-lista ta’ mediċini li jingħataw b’xejn. Skont ir-records tagħna, ma kellna l-ebda applikazzjoni għall-persuna msemmija biex nevalwaw jekk tistax tieħu Gefitinib b’xejn.

Nuqqas ta' ħlas ta' manteniment

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa każ tal-omm li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li l-partner jinsab fil-Faċilità Korretiva Kordin fejn dan mhux immatni lit-tifla ta' tliet xhur peress li kull meta ċċempel, dejjem jgħidulha li l-każ tagħha għadu qed jitmexxa?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kawża ġiet registrata fi Frar 2012, kien hemm seduta f’Mejju fejn ir-raġel ma kienx notifikat u issa l-kawża tinsab differita ghal-Novembru biex jigi notifikat ir-raġel. Mill-Qorti harget notifika fl-20 ta’ Marzu, 2012 biex jiġi notifikat ir-raġel f’post is-Siġġiewi fejn ir-riferta ġiet negattiva stante li l-post ma setax jinstab; ħarġet notifika oħra lir-raġel nhar 31 ta’ Mejju, 2012 fl-istess indirizz u li wkoll il-marixxall ma setax isib il-post indikat. Huwa sta għal parti li jipprovdi l-indirizz fejn għandu jiġi notifikat il-kontro parti. Illi jekk il-kontro parti qiegħed fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin skont kif qed jingħad fid-domanda, allura n-notifika kellha tinħareġ fuq dak l-indirizz u mhux f’post is-Siġġiewi fejn qed jirriżulta li l-Marixxall lanqas biss jista’ jsib dan il-post. Qabel ikun hemm notifika skont il-ligi, il-Qorti żgur li ma tistax tipprosegwi f’dan il-każ.

Problema tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana ta' 86 sena li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li hemm xi problema fil kont tal-ilma peress li ġie €2,535 u ma jidhirix li hemm kontijiet pendenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

Pjanijiet għal tibdil tal-post minflokk ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35137 u l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 34675 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Jista' jgħid x'inhuwa l-pjan fejn qabel kien hemm ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lil-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata seduta oħra.

Talba tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jara li titmexxa t-talba tal-VAT tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lid-Dipartiment tal-VAT li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

Persuna li trid tgħaddi board

Question

Jista' l-Ministru jara li din il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tiġi igwidata biex tkun taf jekk għandhiex bolol biżżejjed biex toħroġ board?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li rċieva kont ta' €6,000 tad-dawl u ilma meta s-soltu qatt ma kien jiġi aktar minn €400?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

Persuna li għaddiet boarded out — pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għaddix boarded out u meta se jibda jieħu l-pensjoni?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Leg 11 PQ #35320 Sitting 487 2012-06-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

educational psycologiest report

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tat-tifel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għandu bżonn educational psycologiest report u lil ġenituri qalulhom li s-servizz bħal dan idum biex jingħata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tifel, li d-dettalji tiegħu huma mnizzla separatament, sad-data ta’ din it-tweġiba, ma kienx referut għal servizz ta’ educational psychologist fi ħdan is-Servizz Psikologiku għall-iskejjel (SPS).Għaldaqstant is-Servizz Psikoloġiku għall-iskejjel se jaraw kif jistgħu jgħinu f’dan il-każ.