ċentri tal-persuni b’diżabilità — manual of procedures
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-manual of procedures taċ-ċentri tal-persuni b’diżabilità? Jista’ jgħid jekk dan il-manual intbagħatx lill-ġenituri tal-klijenti sabiex huma jkunu jafu x’tip ta’ servizzi qed jingħataw lil uliedhom?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument hawn fuq imsemmi qiegħed fil-proċess li jiġi rivedut. Dan minħabba d-diversi tibdiliet ta’ operat li saru matul dawn l-aħħar snin. Għaldaqstant dan id-dokument ma jistax jinħareġ bħalissa. Huwa maħsub li meta dan id-dokument ikun lest, l-informazzjoni li qegħda f’dan id-dokument ssir ukoll b’mod issimplifikat (easy format) sabiex jingħata lill-ġenituri u lill-klijenti.
Madanakollu l-Aġenzija SAPPORT għandha proċedura fejn isir Service Agreement mal-ġenituri u kuraturi tal-persuni b’diżabilità li jiġi imfiehem waqt il-Case Conference inizjali u li tiegħu jingħataw kopja. Kull sena jsir Case Review li jiġi iddokumentat apposta rigward il-klijent speċifiku. Il-familjari u kuraturi jingħataw ukoll kopja ta’ dan id-dokument.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 35758, jista’ l-Ministru jgħid ghaliex ma ġewx mixtrija t-tliet coaches ġodda minflok dawk li ġew skrappjati sabiex il-klijenti taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum ikunu jistgħu jużaw regolarment kuljum f’attivitajiet organizzati fil-komunità?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-coaches indikati minnu gew skrappjati għaliex ma kienx vjabbli li jissewwew. L-agenzija ddecidiet li fejn ikun hemm bzonn trasport bil-coaches dan is-servizz jinxtara mingħand il-privat.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — informazzjoni dwar il-priġunieri
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin illum u għal liema reat huma ġew issentenzjati? X’etajiet għandhom dawn il-priġunieri? X’għajnuna prattika qegħdin jingħataw sabiex ma jerġgħux jiżbaljaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-Popolazzjoni fil- Faċilità Korrettiva ta’ Kordin illum 2 ta’ Lulju 2012 hija ta’ 591 persuna b’ kollox. In-numru ta’ persuni li qed iservu sentenza huwa 401.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabelli li juru ir-reat li tiegħu nstabu ħatja u ġew sentenzjati u l-eta’.
Għar-rigward tal-aħħar parti tad-domanda, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlmentari Numru 34374.
Jista' l-Ministru jara għalfejn fid-day care center taż-Żejtun m'għadhiex issir it-tombla meta joħorġu lill-anzjani?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li meta jkun hemm il-ħruġ miċ-ċentri ta’ matul il-jum u tintlagħab it-Tombla, irid jitħallas permess, skont il-Pulic Lotto Ordinance, ta' Euro 34.94 li jrid jinġabar mill-anzjani stess li jattendu u li jridu t-Tombla. Jekk ma jkunx hemm il-ġbir ta' Euro 34.94 din ma tistax issir għax ma tkunx vijabli.
Jista' l-Ministru jgħid fejn se ssir il-holder tal-bozza tal-komun ta' flat ġdid li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li normalment dan ix-xoghol fil-komun tal-blokka hu responsibli ghalih ir-rapprezentat tar-residenti tal-blokka. Minhabba li din il-blokk partikolari sal-lum ma hemmx rapprezentant, il-Sindku ta’ Hal-Tarxien offra li jaghmila ta’ koordinatur u biex jaghti stuzzjonijiet lil kuntrattur li intghazel mil-Kunsill stess.
Ghaldaqastant il-post fejn se issir il-holder tal-bozza fil-komun intaghzel mis-sindku ta’ Hal- Tarxien. Dan minhabba li qieghed jirrapresenta lil- residenti. Is-Sindku hu obligat jikkonsulta mar-residenti.
Tista' l-Ministru tara l-każ ta' tifla li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha bżonn learning support assistant wara li l-ġenituri għamlu rapport privat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iStatementing Moderating Panel ma għandu l-ebda applikazzjoni pendenti f’isem din it-tifla.
Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-housing jaraw li l-bieb ta' bejt tal-post tal-gvern tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jiġi rranġat?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-jiema li ġejjin l-awtorità se tivverifika dan il-bieb u tieħu l-passi neċessarji.
Ċentru ta' Ħal Far — nuqqas ta' post għall-wheelchair cases
Question
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tiġi kkuntatjata peress li t-tifla tagħha weġġgħet u Ċentru ta' Ħal Far mhemmx post fil-vann għall-wheelchair cases u din it-tifla tixtieq li terġa' tmur l-iskola?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà saru u qed isiru diversi kuntatti mal-persuna ikkonċernata u l-familjari tagħha mis-Social Worker taċ-Ċentru. Saret ukoll home visit u viżita waqt li l-persuna kkonċernata kienet l-isptar. L-omm tal-persuna ġiet infurmata li l-aġenzija qiegħda taħdem sabiex tipprova ssib soluzzjoni.
Pjanijiet għal tibdil tal-post minflokk ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35453 u 35137 u l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 34675 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Jista' jgħid x'inhuwa l-pjan fejn qabel kien hemm ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li il-Gvern qed jilqa’ talbiet għal xi kirjiet ta’ żmien qasir għal skopijiet speċifiċi, uħud minnhom biex anke jaqdu esiġenzi fejn kien involut il-Gvern innifsu, dan sakemm il-Malta Enterprise tlesti l-evalwazzjoni stateġiċi tagħha ta’ x’jkunu l-aħjar użu ta’ dan is-sit.
Parti mis-sit ġiet mikrija lill-Awtorità Transport Malta sabiex jinżammu l-karozzi tal-linja l-qodma wara li dawn inġabbru mingħand is-sidien tagħhom.
Parti ohra mis-sit tal-Marsa giet mikrija lil korporazzjoni Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) biex isir xogħol relatat mal-proġett ta’ bieb il-Belt.
Barra minn hekk, il-Government Property Department iddelegat il-management tal-mollijiet madwar is-sit tal-ex-Malta Shipbuilding lill-kumpanija Ricasoli Tank Cleaning Ltd, li hija kumpanija tal-Gvern li twaqqfet wara l-privatizzazzjoni tat-Tarzna sabiex topera, f’isem il-gvern, is-slop reception facility li tinsab fir-Ricasoli. Minħabba li parti mill-istaff ta’ din il-kumpanija ukoll jaħdem minn uffiċċju żgħir fuq dan is-sit tal-Marsa, il-kumpanija ingħatat ukoll ir-responsabbiltà li tamministra l-użu ta’ dawn il-mollijiet f’isem il-gvern. L-iskop aħħari huwa li jsir l-aħjar uzu minn dawn il-mollijiet fuq bażi kummerċjali sakemm ikun hemm pjanijiet aktar ċari dwar x’se jsir minn dan is-sit.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li kellhom jibagħtu għalih mill-Orthopedic Ward tal-Isptar Mater Die imma minkejja li għaddha xahar ħadd għadu ma ikkuntatjah?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, din is-sena kellu erba’ appuntamenti fl-Outpatients tal-Isptar Mater Dei skont kif jidhru hawn taħt:
· 4 ta’ Frar 2012
· 28 ta’ Frar 2012
· 3 ta’ Marzu 2012
· 15 ta’ Mejju 2012
Ċentri ta' Matul il-Jum — impjegati li ma baqgħux jaħdmu
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm kienu dawk l-impjegati li ma baqgħux jaħdmu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum minn 2004 sal-lum? X'kienu l-grades tagħhom? Kemm daħlu impjegati ġodda minflokhom biex jaħdmu f'dawn iċ-ċentri?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-ONorevoli Interpellant li l-Agenzija SAPPORT bdiet tassumi t-tmexxija taċ-Ċentri ta' Matul il-Jum mis-sena 2007 u ghaldaqstant m’ghandhiex dettalji ta’ dawk l-impjegati li ma baqghux jahdmu maċ-Ċentri qabel din is-sena. Fis-sena 2008 l-Agenzija SAPPORT bdiet tassumi r-responsabbilta’ amministrattiva tal-impjegati taghha ghaċ-Ċentri ta' Matul il-Jum u ghaldaqstant l-informazzjoni moghtija fit-tabella t’hawn taht tirrifletti mis-sena 2008 ‘il quddiem.
Impjegati li tterminaw
Grad
Impjegati godda
40
Care/Support Workers
51
1
Services Executive
1
4
Social Workers
9
2
Head
2 Leaders (titlu ġdid)
7
Professional Support Workers (PSW)
9
2
Occupational Therapists
2 Professional Support Workers
1
Kok
0
2
Administrative Support Worker
2
1
Customer Care Clerk
1
2
Nurses
2
1
Health Attendant
0
2
Assistant Heads
0
1
Senior Tradesman
0
3
General Hand
0
1
Labourer
0
2
Driver
1
TOTALS
72
80
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-kċina l-kbira li hemm fiċ-Ċentru tal-Matul il-Jum f'Wied il-Għajn? Kemm kien joħroġ ikel minn din il-kċina qabel l-2004? Kemm qed jiġu ppreparati snacks llum f'din il-kċina? Fiex jikkonsistu dawn is-snacks?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kcina l-kbira li hemm fic-Centru ta’ Matul il-Jum ta’ Wied il-Ghajn saret fis-sena 1998 u giet inawgurata fit-3 ta’ Lulju ta’ l-istess sena. L-Agenzija SAPPORT bdiet tassumi r-responsabbilta’ u t-tmexxija ta’ dawn ic-Centri mill-2007 u ghaldaqstant m’ghandha l-ebda dettalji ta’ kemm giet tiswa din il-kcina minhabba l-fatt li fl-1998 ic-Centri ma kienux mmexxija minnha.
Il-kcina l-kbira ta’ Wied il-Ghajn qabel kienet tintuza biex jigi preparat l-ikel kollu li jintuza mic-Centri ta’ Matul il-Jum madwar Malta izda llum il-gurnata fiha qed jigi preparat l-i
snack
ghall-klijenti ta’ Wied il-Ghajn biss. L-i
snack
tac-centri l-ohra qed jigi preparat fic-Centri rispettivi taghhom. Dawn is-
snacks
jikkonsistu f’ikel nutrittiv bhal laham, tigieg, hut, patata, ghagin, torti, haxix, insalata, ftajjar u panini.
Dawn l-i
snacks
gew imfassla wara konsultazzjoni ma’
nutritionist
kif ukoll ma’
speech language therapists.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm coaches tal-Gvern fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum qabel l-2004? Kemm hemm llum coaches biex ikunu jistgħu jintużaw regolarment mill-persuni b'diżabilità li jattendu fiċ-Ċentru ta' Matul il-Jum?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qabel is-sena 2007, meta ċ-Ċentri bdew jiġu amministrati mill-Aġenzija Sapport l-ammont ta’ coaches tal-Gvern li kienu jintuzaw fic-centri ta’ Matul il-Jum kien dak ta’ sitta. Fis-sena 2012, l-ammont ta’ coaches li qed jintuzaw regolarment mill-persuni b’dizabilita’ fic-Centri ta’ Matul il-Jum huwa ta’ tlieta. Dan it-tnaqqis sar wara li gew skreppjati numru ta’ coaches peress li ma kienx finanzjarjament vijabbli li jigu msewwija. L-Agenzija Sapport tutilizza s-servizz ta' coaches u minibuses privati ukoll.
Kumitati Konġunti għal Kumitati Reġjonali — transizzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ġara mill-ħaddiema tat-Tribunali Lokali f'Malta u Għawdex waqt it-transizzjoni minn Kumitati Konġunti għal Kumitati Reġjonali u x'qed isir sabiex jiġu integrati f'dan ir-rigward?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali kien ħareġ struzzjonijiet biex l-impjegati tal-Kumitati Konġunti jiġu ntegrati. Struzzjonijiet iktar ċari ħarġu permezz ta’ Memo 7/2012 fejn kien spjegat li t-talbiet għandhom isiru lid-Direttur tal-Gvern Lokali skont it-termini tar-Regolamenti tal-Kunsilli Lokali (Kumitati Reġjonali). Infurmat ukoll li d-Dipartiment għadu qed jistenna tali talbiet filwaqt li daħal fi proċess ta’ konsultazzjoni mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ dwar il-possiblità ta’ integrazzjoni. Kull Kumitat Reġjonali għandu jimpjega minimu stabbilit sabiex jiffunzjona t-Tribunal Lokali u jekk jidhirlu li jeħtieġ iktar impjegati dan għandu jsir wara li jikseb l-approvazzjoni Ministerjali.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ġiet mitluba tħallas €800 għall-kiri tal-appartmenti, meta kull ma jaqbdu fis-sena hu €678?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni in kwestjoni għas-sena 2012 kellhom dħul ta’ €9552 u mhux €678 kif intqal fil-mistoqsija. Il-Kera sussidjata għalhekk hija ta’ €700 fis-sena . L-inkwilini ġew informati b’dan nhar il-21 ta’ Ġunju 2012.
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità — sussidju
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34988, jista' l-Ministru jara li jinħareġ iċ-ċekk, għax din is-sinjura ilha ġimgħat li bagħtet l-irċevuta msemmija?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi s-Sinjuri in kwestjoni ghandha tircievi c-cekk sa tmiem din il-Gimgha peress illi damet ma pproduciet l-informazzjoni mitluba (minbarra l-ircevuta), mill-Kummissjoni sabiex ikun jista’ jinhareg l-imsemmi cekk.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ikun jista' jkun sid ta' daru wara li żmien twil ilu għamel talba għal dan il-każ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant sabiex jghti aktar informazzjoni preciza sabiex ikun jista’ jinghata d-dettalji mitluba.
Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-anzjan li -dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li rċieva kont tad-dawl u ilma li jammonta għal €1649 meta s-soltu l-kont ma jkunx jaqbeż €200? Jekk m'hemmx żball jista' jara li xi ħaddiema jmorru fuq il-post għax jista' jkun li hemm xi ħsara?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34676.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 26741, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizzi li ma kellhomx manual of procedures issa ġewx riveduti? Jekk ġew riveduti, jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-manuals of procedures tas-servizzi li jidhru hawn taht ghadhom qed jigu riveduti:
1. Initial Response Services – minhabba li l-Generic Services u l-Initial Response Service gew amalgamati flimkien, ser ikun hemm
manual of procedures
gdid ghas-servizz li gie msejjah
Intake and Family Support Service
2. Supervised Access Visits – fil-process li jigi rivedut
3. Youth in Focus – servizz gdid u ghaldaqstant il-
manual of procedures
ghadu qed jigi fformolat
4. Customer Care – fil-process li jigi rivedut
5. Child Protection Services – minhabba possibilta’ ta’ tibdil fil-ligi l-
manual of procedures
ghandu jigi rivedut aktar tard.
6. Looked After Children – il-
manual of procedures
qed jigi ffinalizzat
7. Mater Dei – fil-process li jigi rivedut
8. Psychological Services – dan is-servizz ser jigi amalgamat mas-
Psychological Services
ta’ Agenzija Sedqa, b’hekk, il-
manual of procedures
ser jigi fformolat meta dawn is-servizzi jinghaqdu
9. HomeStart – il-
manual of procedures
internazzjonali
jintuza ghal dan is-servizz
Fil-kaz tal-
manual of procedures
ghas-servizz tal-
Fostering,
dan gie ffinalizzat u qed jitpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11026 bid-data tas-6 ta’ Ottubru, 2009, jista’ l-Prim Ministru jindika jekk issa ġewx implimentati r-rakkmandazzjonijiet tar-rapport dwar il-ġustizzja riparatriċi? Kemm se tiġi l-ispiża biex tiġi implimentata l-ġustizzja riparatriċi f’pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpelant li sar progress konsiderevoli minn mindu saret il-Mistoqsija Parlamentari 11026 fis-6 ta’ Ottubru 2009. Minn mindu sar il-proċess ta’ konsultazzjoni li rriżulta fl-imsemmi rapport, l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi kien approvat mill-Parlament b’mod unanimu u issa daħal fis-seħħ.
Ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport ittieħdu in konsiderazzjoni u numru sostanzjali minnhom kienu inkorporati fl-Att waqt il-proċess ta’
drafting
. F’dan ir-rigward, biex wieħed jagħti eżempju, l-
Offender Assessment Board
hekk kif jinstab fl-imsemmi Att huwa simili ħafna għal dak li kien rakkomandat mit-Task Force. L-istess jista’ jingħad għal dawk li huma id-dmirijiet tal-iSkrivan tal-
Parole
u anke il-Bord tal-Parole, anke jekk dan fih iktar membri minn dak li kien rakkomandat.
Fir-rigward ta’ aspetti instituzzjonali, d-Dipartiment responsabbli għall-
Probation
, li issa huwa responsabbli ukoll għall-
Parole
u l-
Victim Support Unit
(li fost affarijiet oħra huwa responsabbli mill-medjazzjoni bejn il-vittma u min wettaq ir-reat), għandu Direttur tiegħu u b’hekk huwa separat mill-amministrazzjoni tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, hekk kif rakkomandat fl-imsemmi rapport.
Ir-rakkomandazzjonijiet kienu ukoll ikkunsidrati tul l-implimentazzjoni ta’ riformi istituzzjonali fil-ħabs, fosthom permezz tat-twaqqif ta’ sezzjoni responsabbli mill-Kura u Reintegrazzjoni fil-ħabs.
Rigward l-ispiża tal-Ġustizzja Riparatriċi, huwa diffiċli sabiex wieħed jikkwantifika ghax din tista’ tvarja b’mod konsiderevoli jiddependi mill-fatt jekk, biex jingħata eżempju, wieħed jikkonsidrax investiment fil-YOURS, is-SATU jew il-faċilità edukattiva fil-Faċilità Korrettiva bħala parti min din l-ispiża jew le.