Legislature:
Category:
Reset
Active:

każ ta' perusna li kienet tieħu r-relief

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' mara, li d-dettalji dwarha qed jitnabgħtu separatament li kienet tieħu r-relief u ma baqgħetx tieħu r-rielief għax kienet se ssiefer u meta marret biex terġa' tapplika reġgħu kitbuha fuq tar-reġistrat?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna se tigi nfurmata permezz ta ittra dwar il-każ tagħha.

Persuna li qed tistenna l-benefiċċju tat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għamlet kors tal-fostering u din qed iżżom tifel u qed tistenna li tieħu l-benefiċċju talli qed tieħu ħsieb lil dan it-tifel?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Kontijiet tad-Dawl u Ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ dwar l-ilment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd. li min-naħa tagħha kkomunikat direttament mal-klijent.

Applikazzjoni quddiem id-Dipartiment tal-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ li jinsab f'idejn id-Dipartiment tal-Artijiet fejn il-perit bagħat ir-rapport?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern m’ għandu l-ebda rapport mibgħut min xi perit għan-nom tal-persuni li d-dettalji tagħhom intbagħtu separatament, u anqas ma jirriżulta li dawn il-persuni għandhom xi każ pendenti mad-Dipartiment. Għaldaqstant, ikun iktar għaqli jekk il-persuni in kwistjoni jagħmlu kuntatt dirett mal-uffiċċju tal-Customer Care tad-Dipartiment u jagħtu dettalji dwar il-każ tagħhom.

Kalkara — Tanking facilities

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29869 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għat-tanking facilities fil-Kalkara, issa li t-Tarzna ġiet privatizzata, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn hux qed isir użu minnhom? Jekk iva, minn min? Jekk le, dawn se jitneħħew? Meta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li wara l-privatzzazzjoni tat-Tarzna ġiet imwaqqfa kumpanija tal-Gvern – Ricasoli Tank Cleaning Facility Ltd. Din tmexxi l-operat tat-Tank Cleaning. Meta kien hemm domanda għal dawn is-servizzi l-kumpanija pprovdiethom. Tajjeb li l-Onorevoli membru jkun jaf li fl-4 ta’ Mejju ta’ din is-sena ngħata l-bidu għall proċess tal-privitazzjoni ta’ dan l-operat permezz ta’ talba għall-offerti għall-operat ta’ ‘Port Reception Facility For Ship Generated Waste Oils and Cargo Residues Located at Ricasoli’ għal 30 sena. Il-proċess għadu għaddej.

Pjanijiet għal tibdil tal-post minflokk ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 34675 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Jista' jgħid x'inhuwa l-pjan fejn qabel kien hemm ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 35982.

Pjanijiet għal tibdil tal-post minflokk ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35137 u l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 34675 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Jista' jgħid x'inhuwa l-pjan fejn qabel kien hemm ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 35982.

kiri ta' appartament

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35904, jista' l-Ministru jara li l-koppja terġa' tiġi kkuntatjata peress li hi kkonfermat li għandha €678 fix-xahar?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kera tas-Sinjuri in kwestjoni ġiet maħduma fuq id-dħul tagħhom tas-sena 2011 li kien jammonta għal €9552. Huma jibbenefikaw minn sussidju ta’ 75% li jitħallas mill-Awtorita’ tad-Djar. B’hekk jiġi li huma jħallsu biss 15% u ċioe’ €58.33 fix-xahar.

każ ta' kont

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li l-kont tad-dawl u l-ilma ġie għoli?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurnat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

Ħat-Tarxien — problema ta' ġebel fil-katusi tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara l-ilment tar-residenti ta' Triq Kalamija u Triq il-Madonna tad-Duttrina f'Ħal Tarxien, fejn dawn qed ikollhom ħafna ġebel fil-katusi tad-drenaġġ u anke qed ikun hemm riħa tintent fit-triq il-Knisja, f'Ħal Tarxien? Jista' jara li jiġi investigat dan l-ilment imressaq mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezjoni li saret fuq il-post jirriżulta li kien hemm sadd fi Triq il-Knisja li possibilment kien il-kaġun tal-irwejjaħ. Dan tneħħa u ġiet imnaddfa is-sistema wkoll. Hemm ukoll xi blajjet ġewwa waħda mit-tappieri u dawn tneħħew. Ninsab infurmat ukoll li hemm possibilta’ ta’ ħsara fil-mejn ta’ Triq Kalamija u li din ġiet investigata permezz ta’ cctv.

Flus tal-maternità

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li kellha tarbija u kellha tieħu xi flus tal-maternità skont il-miżura tal-aħħar budget u għadhom ma ħadu xejn?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna se tigi nfurmata permezz ta' ittra dwar il-kaz taghha.

vouchers tal-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-mara li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ma rċevitx il-vouchers tal-kont tad-dawl u l-ilma peress li għandha dħul baxx?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ tal-persuna ndikata minnu ma jistax jiġi nvestigat minħabba li bid-dettalji mogħtija ma nstab xejn fuq is-sistema tad-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali, tajjeb jekk jingħataw iktar dettalji bħal numru tal-karta ta’ l-identita’.

servizz ta' home help

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandha s-servizz tal-home help u peress li hija koppja kbira fl-età tixtieq li meta l-persuna li tagħti l-home help ma tkunx tista' tmur, almenu jkollha reliever?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

żieda fil-benefiċċju

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31171, jista' l-Ministru jara li l-koppja terġa' tiġi kkuntatjatha għax s'issa ħadd għadu ma kkomunika magħha?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma li Onorevoli nterpellant li jien infurmat li d-dipartiment reġa’ bagħat kopja tal-ittra oriġinali mibgħuta.

pazjent li kellu jintbagħat l-orthopedic ward

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35922, jista' l-Ministru jara li dan l-anzjan jerġa' jiġi kkuntatjat għax suppost wara l-aħħar appuntament, kellhom jerġgħu jibagħtu għalih f'Ġunju imma s'issa għadu ma rċieva xejn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-pazjent li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant qiegħed taħt il-kura tal-konsulent tal-ortopedija minħabba li qed isofri minn uġigħ fuq in-naħa tax-xellug ta’ ġenbejh (hip). Huwa kien ġie operat fil-passat minħabba ksur f’saqajh fejn anke sarlu xi metall bħala parti mill-kura f’din il-parti ta ġismu. Sfortunatament il-pazjent żviluppatlu l-marda ta’ l-artrite fl-għadam ta’ ġenbejh u għalhekk issa għandu bżonn tibdil totali tal-għadam kollu ta’ din il-parti ta ġismu. Qabel ma din l-operazzjoni setgħet issir kien hemm bżonn li l-metall li kien sarlu fl-intervent preċedenti jitneħħa u dan tneħħa f’operazzjoni li saret fid-9 ta’ Frar 2012. Hija proċedura normali li wieħed irid jistenna minn tal-inqas sitt xhur biex il-feriti li jkunu ġew kkawżati minn dan il-metall ifiequ kompletament u tkun tista issir l-operazzjoni tat-tibdil tal-għadam fil-ġenbejn. Il-pazjent qiegħed fuq il-lista ta’ stennija u l-operazzjoni ser issirlu fix-xhur li ġejjin.

Kont tad-dawl fuq Three-Phase

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35176, jista' l-Ministru jara li s-sinjura tiġi kkuntatjatha mill-ħaddiema tal-Arms Ltd peress li għadha ma ġietx ikkuntatjata?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li suċessivament wara li ġiet imressqa l-ewwel domanda parlamentari fuq dan il-każ (PQ 33781), il-konsumatur ġie kkuntatjat fis-16 ta’ April 2012, u fis-6 ta’ Lulju 2012, u ngħata l-informazzjoni kollha relatata mal-każ biex ġiet riżolta t-tilwima.

appartament mimli konsenturi

Question

Jista' l-Ministru jara li ħaddiema mill-Awtorità tad-Djar jispezzjonaw ħajt ta' appartament li għandu ħafna konsenturi u minkejja li għaddew is-snin, kull darba li r-residenti jilmentaw, it-tweġiba dejjem tkun li jrid joħroġ tender ?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-fond fejn dehru l-konsenturi gie spezzjonat minn Perit Tal-awtorità u anki minn konsulenti fuq tiswija fil-pedamenti. It -tender li hemm bzonn qieghda titmexxa b'urgenza.

nuqqas ta' ħlas ta' manteniment

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35398, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir peress li l-omm lesta li tiġi kkuntatjata biex tgħidilhom fejn hija r-residenza ta' missier it-tifla?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull ma jrid isir huwa li l-avukat tal-parti jmur fir-Registru tal-Qorti Civili Sezzjoni Familja, u johrog notifika ġdida fuq l-indirizz il-ġdid.

Persuna li tieħu pensjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35319, jista' l-Ministru jara li terġa' tiġi kkuntatjata l-persuna kkonċernata peress li hi qed tieħu l-invalid pension u mhux tal-boarded out?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali iħallas biss Pensjoni għall-Invalidita lil dawk il-persuni li minħabba xi kundizzjoni medika ikunu ġew ‘medically boarded out’ mill-bord mediku mwaqqaf taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali. Għaldaqstant ma nħossx li d-dipartiment għandu xi informazzjoni ġdida xi jżid ma dik li diga ingħatat lill-persuna indikata.

każ ta' arbitru

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' mara li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li rebħet l-arbitru b'appell mill-qorti imma issa mhux qed tirċievi l-flus li għandha tieħu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li d-Dipartiment qiegħed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata. Aktar 'il quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.