Legislature:
Category:
Reset
Active:

każ ta' manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li xi ħaddiema mill-Awtorità tad-Djar kellhom jibdew xi xogħol ta' manutenzjoni imma s'issa għadu ħadd ma mar?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-awtorità irċeviet talba mill-inkwilina fil-5 ta’ Lulju, 2012, sabiex jinbidel bieb tal-bejt mill-injam għal wieħed tal-aluminju. L-inkwilina hija mħeġġa tavviċina l-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex tapplika għal skema sabiex isir dan ix-xogħol

talba għal post tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għal post tal-gvern imma s'issa għadha bla risposta?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni ġiet ipproċessata mal–applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.

każ ta' anzjana

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġi solvut għax minkejja li anke l-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien ikkuntatja lill-Korporazzjoni Enemalta, il-każ għadu ma ġiex solvut?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta, irriżulta li s-sena l-oħra kienet intbagħtet ittra mill-Kunsill Lokali sabiex tigi installata din il-bozza. Min-naħa tagħha l-Enemalta talbet lill-Kunsill biex jimla l-formola u jagħti aktar dettalji, iżda dan qatt ma sar min-naħa tal-Kunsill.

talba għal stallazzjoni ta' lift

Question

Jista' l-Ministru jara jekk jistax isir lift fil-flat li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li hemm persuna bi bżonnijiet speċjali?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ghandha skema fejn inkwilini jistghu japplikaw ghall-installar ta’ lift gewwa blokka tal-gvern. L-inkwilin ghandu jikseb aktar informazzjoni mis-sit tal-Awtorità tad-Djar. Hekk kif tidhol applikazzjoni taht din l-Iskema, l-Awtorità tad-Djar tkun f’pozizzjoni li tanalizza jekk lift jistax jigi nstallat jew le.
Leg 11 PQ #36365 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Intern

ilment fuq crane

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jitneħħa crane li qiegħed fi triq li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li qed ikun ta' inkonvinjent għar-residneti tal-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-crane li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant kien kopert bil-permessi neċessarji tal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard kif suppost. Infurmat ukoll li l-crane żżarma u tneħħa minn postu matul il-ġurnata tas-Sibt l-1 ta’ Settembru 2012.
Leg 11 PQ #36366 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ETC — individwu li mhuwiex jieħu benefiċċju

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tefgħu fuq part 2 mingħajr ma jieħu l-ebda benefiċċju minn kemm ilu wieqaf?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minħabba li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kunfidenzjali u privata, l-individwu huwa mħeġġeġ li jagħmel kuntatt mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ sabiex jingħata r-raġunijiet.

ilment fuq il-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-guvni li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ilu ħafna ma jirċievi l-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

talba għal stair lift

Question

Jista’ l-Ministru jara fiex wasslet applikazzjoni li tikkonċerna stallazzjoni ta’ stair lift għal mara li d-dettallji dwarha qed jingħataw separatament, liema mara għandha sieq waħda maqtugħa u li ilha li applikat għand l-Awtorità tad-Djar mit-12 ta’ Ġunju 2012?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija qed tigi pprocessata. L-Awtorità tad-Djar qed tigbor informazzjoni dwar l-assi u d-dhul tal-applikanta sabiex jigi stabbilit jekk tikkwalifikax taht il-kundizzjonijiet tal-iskema u kemm huwa l-percentagg tal-ghajnuna li tikkwalifika ghalih. Barra minnhekk, fil-granet li gejjin l-Awtorita’ tad-Djar ser tibghat Occupational Therapist sabiex isir rapport dwar il-bzonnijiet tal-persuna msemmija fir-residenza taghha.

Raħal Ġdid — ilqugħ ta' stage -

Question

Jista' l-Ministru jara li l-kumpanija Arriva tieħu ħsieb u tagħmel ilqugħ fl-istage ta' faċċata tal-ħabs ġewwa Raħal Ġdid peress li ħafna qed ikunu l-ilmenti mill-pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jikkjarifika x'tip ta' lqugħ qed jirreferi għalih. Dan għaliex jien infurmat li f'dan il-post diġà hemm bus shelters istallati.

Talba għal aktar ġranet fid-day centre

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33695, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir peress li l-persuna konċernata tixtieq li tibda tmur aktar ta' spiss fid-day centre peress li bħalissa jumejn fil-ġimgħa biss qed tmur?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Persuna b’Dizabiltà imsemmija qeghda fuq il-lista biex tibda tircievi is-servizz tad-Day Centers ghal persuni b’Dizabiltà ta’ l-Agenzija Sapport. Il-kaz tagħha jrid jiġi kkunsidrat flimkien ma’ dawk ta’ persuni oħrajn li qeghdin fuq il-Waiting List għas-servizz. Jirrizulta li din il-persuna qed tircievi is-servizz ta’ Day Center ghall-jumejn fil-gimgha minghand Dar il-Kaptan.

Awtorità tad-Djar — Skema Kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħda tistma li se tiġi tiswa lill-Awtorità tad-Djar Skema Kiri ladarba jiġu ffirmati l-kuntratti mas-sidien privati u dan fuq kalkolu ta' għaxar snin peress li l-awtorità se takkwista fuq bażi ta' kirja l-postijiet offruti għal għaxar snin? Din l-iskema ġiet varata mill-awtorità sabiex jiġu akkomodati applikanti bi prijorità soċjali li bħalissa jinsabu fuq il-waiting list għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tistma illi Skema Kiri ser tiswa madwar €20 miljun fuq medda t’għaxar snin, u dan kif muri fit-tabella iktar ‘l isfel. Medja ta’ kera kummerċjali fix-xahar €291 Medja tas-sussidju fuq il-kera għall-inkwilini li jiġu allokati akkomodazzjoni soċjali 80% Numru ta’ proprjetajiet previst li jinkrew bl-iSkema Kiri 700 Reviżjoni tal-kera annwali prevista 2% Sena Kera Sussidju 2012 – 2013 €2,444,400 €1,955,520 2013 – 2014 €2,493,288 €1,994,630 2014 – 2015 €2,543,154 €2,034,523 2015 – 2016 €2,594,017 €2,075,213 2016 – 2017 €2,645,897 €2,116,718 2017 – 2018 €2,698,815 €2,159,052 2018 – 2019 €2,752,791 €2,202,233 2019 – 2020 €2,807,847 €2,246,278 2020 – 2021 €2,864,004 €2,291,203 2021 – 2022 €2,921,284 €2,337,027 Spiża totali €21,412,398 Il-familji u persuni li ser jiġu akkomodati f’dawn il-proprjetajiet huma fil-lista ta’ priorità għall-akkommodazzjoni soċjali.

Servizz ta' home Help

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' home help ta' kopja anzjani li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li r-raġel jinsab għaddej b'kura għall-kanċer u l-mara għandha uġieħ fl-għadam?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Bord tal-Allokazzjoni tas-Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar ikkunsidra l-każ imsemmi fid-19 ta’ Lulju u approva is-servizz.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Karta tal-Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni joħroġ karta lis-sinjura li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ilha titlob u tmur ħafna drabi l-Income Tax u jgħidula li din trid tinġieb mill-arkivji?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni għamlu kuntatt mal-persuna indikata u d-diffikultà li għandha ġiet solvuta.

Residenza San Vinċenz de Paul — sala tad-demensia

Question

Jista' l-Ministru jara li l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li jinsab fir-Residenza San Vinċenz de Paul jiġi trasferit fis-sala tad-demensia peress li qed ibati minn din il-kundizzjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kundizzjoni li jinsab fiha l-anzjan li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant m’għadiex idonja sabiex jiġi trasferit fis-sala speċjaliżżata għall-persuni li jbatu bid-dimentia, minħabba l-livell ta’ dipendenza. L-anzjan jinsab f’sala oħra li titratta persuni b’kundizzjonijiet mediċi.

WSC — ħsarat f'kanna

Question

Jista' l-Ministru jara l-ilment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward xi kanna li qiegħda tqattar wara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet xi xogħlijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma installat xi apparat ta’ komunikazzjoni mal-meter, u minħabba li ċċaqlaq ix-xogħol, ikkawża leak żgħir. Din il-ħsara qatt ma ġiet irrapurtata lill-korporazzjoni, biss kif daħlet l-informazzjoni, ġiet imsewwija minnufih.

ilmenti dwar kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-mara li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għalkemm ħallset l-arretrati kollha tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, għadha qed tirċievi kontijiet għoljin?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lil ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

żball fil-ħlas ta' bolla

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' guvni li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fejn bi żball kien qed iħallas bolla ukoll mill-part-time li flok taxxa kienu qed jaqtgħulu bolla?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.

servizz ta' home help

Question

Jista' l-Minsitru jara li l-każ tal-koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li l-mara se jkollha tagħmel operazzjoni f'irkobbitha u immedjatament se jkollha bżonn is-servizz tal-home help?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuni li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant applikaw għas-Servizz tal-Home Help fit-22 ta' Mejju 2012. Il-każ intbagħat għall-assessment tas-Social Worker fit-23 ta' Mejju 2012, u wasal lura fis-Sezzjoni tal-Home Help fid-19 ta' Ġunju. Il-Bord tal-Allokazzjoni ra dan il-każ fit-23 ta’ Awissu 2012, fejn ġew approvati sagħtejn fil-ġimgħa. B’hekk din l-applikazzjoni qegħda fil-lista ta’ stennija biex tingħata dan is-servizz.