Legislature:
Category:
Reset
Active:

talba għall-vouchers tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-MInistru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li applikant għall-vouchers fuq il-kont tad-dawl u l-ilma u ġiet infurmata li mhux intitolata għalihom meta għandha pensjoni baxxa?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Operazzjoni tal-Irkoppa

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tistenna biex tagħmel operazzjoni tal-irkoppa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li s-Sinjura hawn fuq imsemmija ġħandha appuntament fil-Pre Op clinic fl-10 t’Ottubru 2012. Dan ifisser li l-operazzjoni sejra issir fi żmien qasir.

talba għal post tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' omm li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tinsab tgħix f'dar b' żewġt ikmamar u applikat għall-post tal-gvern peress li tinsab tgħix f'post sub standard?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata m’għandiex applikazzjoni pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali peress li l-istess applikazzjoni ġiet magħluqa fl-24 ta’ Mejju 2011.

talba għal benefiċċju tal-mard

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tas-sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għall-benefiċċju tal-mard imma wara 24 xahar, dan il-każ għadu pendenti?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Applikazzjoni rigward sussidju

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward applikazzjoni għal sussidju?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija qed tigi pprocessata. L-Awtorità tad-Djar qed tigbor informazzjoni dwar l-assi u d-dhul tal-applikanta sabiex jigi stabbilit jekk tikkwalifikax taht il-kundizzjonijiet tal-iskema u kemm huwa l-persentagg tal-ghajnuna li tikkwalifika ghalih.

talba għal meter tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li ilha titħabat biex tingħata l-meter tad-dawl ħalli tkun tista' tidħol fil-post il-ġdid?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li jidher li hemm xi żbalji fil-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi rivedut il-kont tad-dawl u l-ilma tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li qed tirċievi kontijiet għoljin ħafna?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Applikazzjoni biex persuna ssir sid tad-Dar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35717, jista' l-Ministru jgħid meta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ikun jista' jkun sid ta' daru wara li żmien twil ilu għamel talba għal dan il-każ peress li dan għandu art u ċens huwa tal-knisja li issa ġie tal-gvern?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-residenza msemmija mhix proprjeta’ tal-Awtorita’ tad-Djar, u ghalhekk, l-Awtorita’ tad-Djar ma’ tistax toffriha ghall-bejgh.

Mediċina Erlotinib

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35355, jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li pazjenti li għandhom bżonn il-mediċina li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minħabba l-kanċer, ma tingħatax lilhom jekk dawn ikunu jpejpu bħall-każ tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mediċina Tarceva fiha s-sustanza attiva erlotinib. Tarceva huwa indikat għall-kura primarja ta’ pazjenti b’kanċer tal-pulmun mhux taċ-ċellula żgħira (NSCLC) avanzat lokalment jew metastatiku b’mutazzjonijiet li jattivaw lil EGFR. Il-pilloli erlotinib 150mg jinstabu fil-Formularju tal-Gvern. Skont il-protokoll tal-Gvern Erlotinib 150mg huwa rakommandat għall-kura ta’ pazjenti b’NSCLC avanzat lokalment jew metastatiku, wara li falla imqar kors wieħed minn qabel ta’ kimoterapija.. It-trattament huwa riservat għall-adenokarċinoma tal-bronkus f’pazjenti li ma jkunux ipejpu. Pazjenti li ġa ppruvaw żewġ korsijiet ta’ kimoterapija ma jikkwalifikawx għal dan it-trattament. Skont it-twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu fis-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott, pażjenti li bħalissa jpejpu għandhom jiġu avżati sabiex jiefqu jpejpu, minħabba li l-konċetrazzjonijiet fil-plażma ta’ erlotinib f’pazjenti li jpejpu huma mnaqqsa meta mqabbla ma’ dawk li ma jpejpux. L-ammont ta’ tnaqqis huwa probabbli li jkun klinikament sinnifikanti. Bħalissa l-Medicines Entitlement Uni’ m’għandu l-ebda applikazzjoni pendenti tal-pazjenta imsemmija mill-Onor. Interpellant, għal din il-mediċina.

kumpess lill-ħaddiema tad-dockyard

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, se tieħu xi kumpens mir-riforma li saret li tikkonċerna lill-ħaddiema tad-dockyard peress li ġiet infurmata li se tingħata kumpens imma s'issa għadha ma rċeviet xejn?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

WSC — servizz tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jgħix waħdu u ilu bla ilma għal dawn l-aħħar erbat ijiem?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li saret, irriżulta li ma kien hemm l-ebda rapport fuq dan il- każ. Uffiċċjali mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma żaru s-sit. Ġie stabbilit li xi żmien ilu kienet saret xi manutenzzjoni interna privata mill-istess sid. Jista jkun li in-nuqqas ta’ ilma kien ġej minħabba f’hekk għax il-pressa fiż-żona hija normali.

stennija għal operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha żmien twil tistenna biex tagħmel operazzjoni f'irkobbitha u s'issa għadhom ma tawhiex appuntament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-konsulent li huwa responsabbli mill-kura tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, ġie nfurmat b’din it-talba u wara li ikkunsidra l-każ tagħha, din il-klijenta ser tingħata appuntament għal Marzu 2013 fil-pre-admission clinic li jmiss.

talba biex persuna tmur f'residenza

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tinsab ġewwa l-Isptar Monte Carmeli u tixtieq li tmur fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet ammessa fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul nhar il-Ħamis 6 ta’ Settembru 2012.

Residenza San Vinċenz de Paul — applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li social worker tara l-każ ta' anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li applika biex jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul u minkejja li qiegħed fuq il-lista ta' prijorità, ħadd m'għadu kkuntatjah?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant applikat fid-19 t’Ottubru 2006 fejn il-Bord tal-Ammissjoni irrifjuta l-applikazzjoni kemm fit-13 ta’ Settembru 2007 kif wkoll fit-18 ta’ Awwissu 2009 fejn reġa evalwa din l-applikazzjoni. Fil-każ li l-applikant imsemmi għandu xi ċertifikati mediċi ġodda minħabba li l-istat mediku idetterjora huwa jagħmel tajjeb jekk jerġa jimla applikazzjoni mill-ġdid biex b’hekk terġa tidher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni.

talba ta' anzjana biex terġa' tmur lura d-dar

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintabgħtu separatament, li tinsab ġewwa l-Isptar Mater Dei u issa li qed tmur għal physiotherapy tixtieq li appena tkun tajba biżżejjed terġa' tmur lura d-dar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmata li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, hija bħalissa pazjenta ġo l- Isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech. Ġiet mill-isptar Mater Dei fit-13 t’Awissu 2012, wara li hemmhekk ġiet eżaminata minn Konsulent tal-Ġerjatrija, w aċċettata għal aktar kura. Din il-persuna qed issegwi programm ta’ rijabilitazzjoni, li jinkludi l-fiżjoterapija, u jibqa’ l-pjan li tirritorna d-dar meta l-kundizzjoni medika tagħha tkun stabbli, u hija tkun laħqet l-għola livell tal-abilità tagħha.

Children allowance

Question

Jista' l-Ministru jara kif single mother lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilha li applikat għaċ-children's allowance tliet xhur, qatt ma ħadet forma ta' allowance?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ġiet avviċinata mill-Assistant Direttur u giet mitluba tippreżenta d-dokumenti neċessarji.

każ ta' housing

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tar-raġel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li għandu applikazzjoni għand l-Awtorità tad-Djar u jixtieq ikun jaf fejn wasal il-każ tiegħu?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata għandha tirrikorri fit-taqsima tal-Customer Care fi ħdan l-Awtorità tad-Djar sabiex tkun tista’ tirregola l-pozizzjoni tagħha biex b’hekk l-Awtorità tad-Djar ikollha stampa ċara tas-sitwazzjoni li tinsab fiha din l-istess persuna.

Kera ta' post

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hux tħallas kera kemm suppost peress li din tinsab bir-relief u qed tħoss li din il-kera hija għolja ħafna?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kera tal-persuna ndikata hija maħduma tajjeb skont il-kuntratt li ġie iffirmat fil-25 ta’ Frar 2009.

eks ħaddiema tat-Tarzna — kwestjoni dwar il-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa peress li jidher li r-riforma li saret lill-eks ħaddiema tat-Tarzna hemm numru ta' anomaliji fejn nies li kellhom l-istess sengħa u spiċċaw li jieħdu penzjoni differenti u fejn anke min suppost ħa aktar pensjoni għax kellu grad ogħla spiċċa li jieħu inqas? Jista' jara l-każ partikolati tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reviżjonijiet imsemmija jsiru fuq bażi personali u għaldaqstant ma tistax tqabbel każ ma' ieħor. Inżid ukoll illi l-persuna ndikata mill-Onorevoli ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.