B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36286, jista' l-Ministru jara għalfejn il-persuna konċernata għadha ma ġietx ikkuntatjata?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata permezz ta’ ittra ta’ spjegazzjoni fil-bidu ta' Lulju 2012. Peress li ma waslitx ser terga' tintbghat kopja ta' din l-ittra.
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li kemm-il darba ċemplet lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma peress li qed ikollha kontijiet għoljin wisq?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li fil-blokk hemm flat tal-Awtorità tad-Djar u hemm xi ilment rigward il-parapett?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ħadet nota ta’ din l-Interpellanza u inkludiet din it-talba fil-programm ta’ manutenzjoni tagħha.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ilha li applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul imma għadha mingħajr risposta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant bħalissa tinsab fl-Isptar Karen Grech u ilha hemm mit-18 ta’ Settembru 2012.
Din l-anzjana ġiet approvata għar-Residenza San Vincenz de Paule u tinsab fil-lista ta’ stennija ta’ din ir-Residenza.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' sid ta' raba li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ilu jistenna li jħallas il-kera xi disa' snin imma għadhom qatt ma qalulu biex iħallasha?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament kien applika taħt l-Iskema tal-Art Agrikola tal-Gvern li għalqet fis-sena 2001 u għandu 2 applikazzjonijiet. Peress li meta għalqet l-Iskema daħħlu ’l fuq minn 9 t’elef applikazzjoni, ġie deċiż li dawn l-applikazzjonijiet jinħadmu lokal lokal. Fil-fatt ix-xogħol fuq il-lokal fejn hemm ir-raba’ maħdum mill-persuna li dettalji tagħha ntbagħtu separatament għadu ma nbediex. Meta jinbeda x-xogħol fuq rikonnoxximenti ta’ raba’ f’dan il-lokal partikolari, din il-persuna tiġi nfurmata biex tersaq għall-kuntratt ta’ kirja u tħallas il-kera dovuta inkluż l-arretrati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ telefonati li rċevew il-voluntiera tas-Supportline 179 is-sena l-oħra? Fiex kienu jikkonsistu dawn it-telefonati? Kemm hemm linji tat-telefons biex jintużaw mill-persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-ONorevoli INterpellant li s-sena l-oħra, l-voluntiera tas-Supportline 179 irċevew 17,539 -il telefonata, li minnhom, 11, 816 kienu telefonati ġenwini li kellhom bżonn l-għajnuna. Dawn it-telefonati jistgħu jiġu kklasifikati f'diversi kategoriji. Jekk jogħġbok irreferi għat-tabella aktar 'l isfel għal aktar dettalji. Hemm żewġ linji tat-telefon biex jintużaw mill-persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz.
Presenting Problem by Year of Call 2011
Aids or HIV
6
Alcohol
143
Anxiety
223
Behavioural problems
284
Bereavement
37
Bullying
62
Child abuse – emotional
82
Child abuse – internet
9
Child abuse – neglect
182
Child abuse – physical
117
Child abuse – sexual
28
Depression
754
Disability related issues
26
Domestic Abuse – emotional
180
Domestic Abuse – neglect
25
Domestic Abuse – physical
346
Domestic Abuse – sexual
15
Drugs
187
Elderly
156
Financial
44
Fostering
55
Gambling
22
Gay related issues
8
Homeless
175
Housing related issues
20
Information – internet
42
Information – services
1230
Legal issues
81
Listening
2066
Loneliness
780
Marital or partners
525
Medical or terminal illnesses
40
Mental health
806
Others
1839
Parent-child relationship
534
Persons in separation process
116
Pregnancy related issues
16
Rape
5
Refugees
34
Relationship problems and family problems
281
Residential homes
5
School related issues
26
Sexuality related issues
15
Single parents
19
Single persons
2
Suicide
27
Unemployment
10
Usury
8
Volunteer called
123
Totals
11816
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed iddum ġeneralment każ ta’ reat kriminali biex tinqata’ s-sentenza fil-Qorti?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li mhux possibbli li jinghata zmien kemm kawza b’reat kriminali iddum biex tinqata’ peress li jiddependi minn hafna ragunijieti bhala per ezempju jekk il-kawza tkunx wahda sommarja jew le, tkunx kumpilazzjoni, kemm ikun hemm xhieda u hafna fatturi ohra. Ikun hemm kawzi li jinqatghu fl-istess gurnata li jkunu appuntati u ohrajn, minhabba n-nutura tal-kaz, jiehdu aktar zmien.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33674, minkejja li l-Ministru wiegħed li se jsir iċ-ċint, jista' jgħid għaliex għaddew aktar minn ħames xhur u dan għadu ma sarx?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36259 u jara l-każ ta' koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandha s-servizz tal-home help u peress li hija koppja kbira fl-età tixtieq li meta l-persuna li tagħti l-home help ma tkunx tista' tmur, almenu jkollha reliever?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li dan l-aħħar fuq il-lokalita’ ta' Paola ma kienx hemm reliever illi d-Dipartiment seta’ jibgħat meta xi Assistenta Soċjali tkun bil-leave jew bis-sick leave. Din il-ġimgħa s-sitwazzjoni reġgħet ġiet għan-normal u r-reliever ser tintbagħat bħas-soltu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas l-Awtorità tad-Djar f'konsulenzi bħalissa u kemm qiegħda tistma li se tiswa lill-Awtorità tad-Djar l-Iskema Kiri ladarba jiġu ffirmati l-kuntratti mas-sidien privati u dan fuq kalkolu ta' għaxar snin peress li l-awtorità se takkwista fuq bażi ta' kirja l-postijiet offruti għal għaxar snin?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lil Onorevoli interpellant illi l-Awtorità tad-Djar bhalissa mhix qed tiehu servizzi minghand konsulenti. Il-mistoqsija dwar kemm qiegħda tistma’ li se tiswa lill-Awtorità tad-Djar l-Iskema Kiri ladarba jiġu ffirmati l-kuntratti mas-sidien privati u dan fuq kalkolu ta' għaxar snin peress li l-awtorità se takkwista fuq bażi ta' kirja l-postijiet offruti għal għaxar snin giet imwiegba f’PQ 36347.
Jista' l-Ministru jgħid b'kemm qiegħda r-rata li biha qed jitħallsu kirjiet minn inkwilini li ngħataw postijiet mill-Awtorità tad-Djar fis-sena 2009? Huwa minnu li hemm inkwilini li ġew allokati post fis-sena 2008/2009 u li r-rata ta' kera li huma jħallsu għadha qatt ma ġiet riveduta? Jekk għal dawn il-kirjiet hemm fosthom min qed iħallas b'rata ta' €902 fis-sena, jista' l-Ministru jgħid ir-rati għandhomx jiġu riveduti meta wieħed jikkonsidra li hemm nies fuq il-benefiċċji soċjali?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ser tibda e¿erċizzju intensiv biex dawk l-inkwilini li ġew allokati post fis-snin 2008 u 2009 u l-kirja tagħhom qatt ma ġiet riveduta tiġi riveduta mill-aktar fis possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid taħt liema professur qiegħed l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jrid jagħmel operazzjoni tal-irkoppa peress li nbidel u ma jafx min hu l-professur il-ġdid?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qiegħed taħt is-Sur Thomas Azzopardi.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li hemm bżonn li tidħol f'dar tal-anzjani għar-raġuni li l-kundizzjoni tagħha ggravat u r-raġel tagħha qed isibha diffiċli biex idur biha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant dehret quddiem il-Bord tal-Ammissjoni nhar il-Ħamis 4 ta’ Ottubru 2012, fejn ġiet approvata biex tidħol fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul. B’hekk din l-applikazzjoni tqiegħdet fil-lista ta’ stennija għad-dħul ta’ San Vinċenz.
Jista' l-Ministru jara li tissolva l-problema fi Triq ir-Rihan ma' Żabbar Road Fgura peress li meta għamlet l-ewwel xita kien hemm problema kbra ta' ilmijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma investigat dan il-każ u sabet sadd fis-sistema tad-drenaġġ. Dan ġie miftuħ u sar tindif tal-mejn.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati mad-distributuri tal-gass fejn issa daħlu kumpaniji oħrajn peress li d-29 distributor se jieħdu kumpens tal-liċenzja li ħadulhom u issa lil dawn tilfu l-monopolju u kellhom kuntratt indefinit li kien sar 1992? Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħataw kumpens jekk se jingħataw u jekk se jingħataw kemm huwa l-ħlas? X'inhuwa l-futur tad-29 distributur meta issa daħlu kumpaniji ġodda? L-Unjoni Ewropea se tagħti kumpens lill min bata minħabba s-suq ħieles? Hemm kumpaniji oħra li talbu lill-gvern li jqassum u jbiegħu ċilindi? Jekk iva, kemm kienu u x' inhi l-policy tal-gvern għal-liċenzji ġodda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Għalkemm il-Gvern iltaqa’ diversi drabi mad-distributuri tal-gass, ir-risposti għal dawn il-mistoqsijiet jiddependu fuq opinjoni li għadha trid toħrog l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur wara li kien sar ilment dwar is-sistema tal-liċenzjar tad-distribuzzjoni. L-awtorità ma taqax taħt id-dekasteru ta’ dan il-Ministeru.
Jista' l-Ministru jara li tiġi solvuta l-problema tal-ħsejjes li qed tagħmel tappira tad-drenaġġ, li d-dettalji dwarha qed jinbtagħtu separatament, għax għalkemm il-kunsill għamel rapport, xorta waħda għadu ma sar xejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-Ilma ħadet ħsieb dan l-inkonvenjent, fejn sar rimedju sabiex it-tappiera ma tibqax tħabbat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ każijiet kriminali li ġew rreferuti mill-Avukat Ġenerali lil Qorti tal-Appell f’dawn l-aħħar ħames snin minħabba li s-sentenzi mogħtija dehru li ma kenux ġusti? Kemm minn dawn il-każijiet is-sentenzi tagħhom ġew mibdula u ngħataw sentenzi aktar ħorox? Dwar xiex kienu dawn is-sentenzi?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istatika li tinzamm mill-Ufficju tal-Avukat Generali hi dwar in-numru ta’ appelli li jsiru minn decizjonijiet tal-Qrati tal-Magistrati. Ghal dak li jirrigwarda kazijiet kriminali, l-Avukat Generali jista’ jappella biss minn sentenzi tal-Qorti tal-Magistrati, u m’ghandux dritt ta’ appell minn sentenzi tal-Qorti Kriminali, fosthom gurijiet. F'dawn il-Kazijiet jista’ jsir appell mill-Avukat Generali fuq numru limitat ta’ aggravji, fosthom dwar li s-sentenza li tkun inghatat ma tkunx fil-parametri tal-ligi. Ma tinzammx statistika a bazi ta’ liema aggravju jew aggravji jkun sar l-appell. Lanqas ma tinzamm statistika dwar in-numru ta’ sentenzi li jkunu gew riformati jew revokati fl-istadju ta’ l-appell.
In-numru ta’ appelli li saru sena b’sena huma divizi f’zewg kategoriji. Dawk li jkunu saru ai termini tal-artikolu 392A(1) tal-Kodici Kriminali u cioe’ wara li l-imputat ikun ammetta l-akkuzi migjuba kontra tieghu, u l-kumplament li huma appelli li jkunu saru mill-Avukat Generali meta l-imputat ma jkunx ammetta u l-Qorti tal-Magistrati tkun tat sentenza wara li tkun semghet il-provi. L-appelli mill-Avukat Generali jsiru wara li l-Pulizija tkun dahhlet nota tal-appell ghax ma tkunx taqbel mas-sentenza mghotija.
2008
Artikolu 392A: 10
Nota mill-Pulizija: 68
2009
Artikolu 392A: 19
Nota mill-Pulizija: 70
2010
Artikolu 392A: 9
Nota mill-Pulizija: 96
2011
Artikolu 392A: 14
Nota mill-Pulizija: 109
2012
Artikolu 392A: 4
Nota mill-Pulizija: 68
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li applika għall-reserved parking imma għadu mingħajr risposta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.
Jista' l-Ministru jara każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li applikat biex idaħlulha s-servizz tal-ilma imma għadu ma sar xejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-servizz ta’ l-ilma ġie insallat fit-28 ta’ Settembru 2012.