Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każ ta' operazzjoni tal-ftuq

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ilha tistenna biex issir operazzjoni tal-ftuq imma għadu mingħajr risposta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ilha fil-waiting list minn Lulju 2012. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel li jiġu operati huma dawk il-pazjenti li jkollhom l-aktar ħtieġa urġenti. Dan il-każ partikolari m’huwiex meqjus urġenti u għaldaqstant l-isptar ser jibgħat għalih fiż-żmien disponibbli.

Applikazzjoni għar-Residenza San Vincenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha li applikat biex jidħol fir-residenza San Vinċenz de Paul imma għadha mingħajr risposta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-applikazzjoni msemmija ġiet approvata mill-Bord tal-Ammissjoni fit-22 ta’ Marzu 2012. B’hekk din l-applikazzjoni tinsab fil-lista ta’ stennija għad-dħul ta’ San Vinċenz de Paul.

Applikazzjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul imma għadha mingħajr risposta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant applikat biex tidħol fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul fil-25 ta’ Lulju 2012. Il-Bord ikun informa l-applikant bid-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ittra. L-applikazzjoni tagħha qiegħda fil-lista ta’ stennija għar-Residenza ta’ San Vinċenz.

Informazzjoni rigward akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet lin-nies li qegħdin fil-waiting list għall-akkomodazzjoni soċjali mill-1 ta' Jannar 2011 sal-20 t'Ottubru 2011? Jista' jgħid kemm ġew allokati postijiet lin-nies li qegħdin fil-waiting list għall-akkomodazzjoni soċjali mill-1 ta' Jannar 2012 sal-20 t'Ottubru 2012 (inkluż dawk l-applikanti li bbenefikaw minn Skema Kiri)? Kemm hemm nies li ġew rikonoxxuti bħala inkwilini legali mill-1 ta' Jannar 2011 sal-20 t'Ottubru 2011? Kemm hemm nies li ġew rikonoxxuti bħala inkwilini legali mill-1 ta' Jannar 2012 sal-20 t'Ottubru 2012?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi:- 1. mill-1 ta' Jannar 2011 sal-20 t'Ottubru 2011 l-Awtorita’ tad-Djar allokat 80 post; 2. mill-1 Jannar 2012 sal-20 t’Ottubru ta’ din is-sena, l-Awtorita’ tad-Djar allokat 220 inkluzi Skema Kiri; 3. mill-1 ta’ Jannar, 2011 sal-20 t’Ottubru, 2011 ġew rikonoxxuti 50 persuna; u 4. mill-1 ta’ Jannar, 2012 sal-20 t’Ottubru, 2012 ġew rikonoxxuti 57 persuna.

applikazzjonijiet għal part-time sajjieda

Question

Jista' l-Minstru jgħid jekk hux joħroġ applikazzjonijiet għal part-time sajjieda? Jekk iva, jista' l-Minstru jara fiex waslet l-applikazzjoni tas-sinjur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25760.

Talba għar-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Minstru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li jinsab ġewwa l-Isptar Ġererali ta' Għawdex fejn dan applika biex jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul peress li Għawdex ma għandu l-ebda familjari u jinsab waħdu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-anzjan li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ġie approvat mill-Bord tal-Ammissjoni biex skond it-talba tiegħu jidħol fid-Dar tal-Anzjani tal-Furjana, b’hekk din l-applikazzjoni tqegħdet fil-lista ta’ stennija.

stennija għall-operazzjoni tal-hip bone

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li suppost saritlu l-operazzjoni tal-hip bone imma s'issa għadu qed jistenna?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qatt ma kkuntattjat l-isptar Mater Dei biex tkun invistata minn konsulent għal dan ir-rigward. Fil-fatt l-isptar ikkuntattja lil din il-persuna li qaltilna li m’għandha bżonn l-ebda intervent mediku. Għaldaqstant nitlob l-Onor. Interpellant jirrevedi d-dettalji personali.

applikazzjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Minstru jara li jitmexxa l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tinsab is-Central Home u talbet biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul peress li qed tkun problema għall-familjari biex imorru jarawha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li dan il-kaz ġie riferut lill-Audit Team biex jassessja il-possibbilta’ li din l-anzjan tiġi trasferita mis-Central Home għar-Residenza ta’ San Vinċenz.

tranġar ta' linji

Question

Jista' l-Minsitru jara li jiġu rranġati l-linji fl-area li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li hemm min qed jilmenta u anke wara li l-kunsilli lokali kkuntatja lil Transport Malta, xorta waħda baqa' ma sar xejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.
Leg 11 PQ #37152 Sitting 518 2012-11-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Intern

bini ta' post għall-immigranti illegali

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-gvern qed iħejji xi post biex xi immigranti illegali jkunu jistgħu jabitaw fih u jikkonferma din ix-xniegħa? Jekk iva, fejn qed jiġi diskuss il-post?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob l-Onorevoli Membru jispeċifika għal liema post qed tirreferi ix-xniegħa li semma fil-mistoqsija tiegħu.

talba għal pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara jekk persuna b'diżabilità li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tistax tingħata l-pensjoni taż-żewġ terzi minħabba li għal dawn l-aħħar 18-il sena ħadet biss il-pensjoni tal-invalidità?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha

servizz tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jerġa' jkollha s-servizz tad-dawl provdut lilha?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-servizz tal-elettriku imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kien ġie sospiż minnħabba kontijiet pendenti li jammontaw għal €3,301.62. Dan is-servizz jerġa jingħata lura ladarba l-klijent jagħmel arranġament għall-ħlas ta’ dan l-ammont pendenti.

Applikazzjoni għall-bdil ta' akkomodazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li applikat biex tibdel l-akkomodazzjoni tagħha?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qiegħda proċessata mal-applikazzjoni l-oħra għall-akkommodazzjoni alternattiva. L-Awtorita’ tad-Djar prezentament għandha 332 applikazzjoni għall-akkommodazzjoni soċjali minn persuni li joqogħdu ġo post tal-Gvern u li għamlu t-talba tagħhom biex ibiddlu l-post tagħhom.

Applikazzjoni għall-kartuna s-safra

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-kartuna s-safra imma peress li hija barranija ma ħarġulhiex?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li wara diversi tentattivi, sar kuntatt mal-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, bin-numru ċellulari mgħoti. Għalkemm ġew mitluba d-dettalji tal-pazjent sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja, dawn baqgħu ma ngħatawx. Ġejna nfurmati li l-pazjent ikkonċernat ingħata l-kura neċessarja mill-isptar u kien ser ikompli jieħu t-trattament l-Italja. L-istess persuna kienet grata li ġiet ikkuntattjata sabiex tingħata l-għajnuna neċessarja pero’ il-każ kien magħluq.

talba għall-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u ilma tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li ilha ma tirċivih?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijent.

Applikazzjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jinsab fl-Isptar Monte Carmeli u li applika għar-Residenza San Vinċenz de Paul imma għadu mingħajr risposta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-applikazzjoni għall-ammissjoni fid-Dar tal-Anzjani msemmija, ġiet approvata. Il-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġie infurmat permezz ta’ ittra mill-bord.

Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35318, jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li jidher li hemm xi żbalji fil-kontijiet tad-dawl u ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ARMS reġgħet għamlet kuntatt mal-klijent sabiex dan jirregola ruħu.

kumpens ta' art

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34824, jista' l-Ministru jara li l-persuna kkonċernata tiġi kkuntatjata?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pożizzjoni tad-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern għadha l-istess kif kienet meta ngħatat ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34824. Però kif ingħad f’din ir-Risposta, saret stima riveduta tal-art indikata skont it-termini tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88). Id-Dipartiment jagħmel kuntatt mal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, aktar ’il quddiem, meta jkun f’pożizzjoni li jipproċedi bil-ħlas tal-kumpens dovut.

eks ħaddiema tat-Tarzna — riforma

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, jiġu kkuntatjati peress li minkejja li gawdew mir-riforma tal-eks ħaddiema tat-Tarzna, xorta waħda jħossu li hemm xi anomaliji?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni indikati minnu ġew infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħhom
Leg 11 PQ #37130 Sitting 517 2012-11-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

sejħa għal supply kindergarden teacher

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se tiġi msejħa l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat biex tidħol bħala supply kindergarden teacher?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-riżultat għal Supply Kindergarten Assistants fejn tinsab il-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament ġie ppublikat mill-Public Service Commission fit-28 ta’ Ġunju 2012. Qabel dan ir-riżultat hemm żewġ riżultati oħra. Riżultat li ġie ppublikat fis-26 ta’ Marzu 2012 fejn baqa’ 24 kandidati li għad iridu jiġu msejħa u riżultat ieħor li ġie ppublikat fl-14 ta’ Ġunju 2012 fejn għad iridu jissejjħu 19-il kandidat. Wara li jiġu msejħa l-kandidati f’dawn iż-żewġ listi jibdew jiġu msejħa l-kandidati fit-tielet lista fejn tinsab il-persuna msemmija f’din il-Mistoqsija Parlamentari.