Legislature:
Category:
Reset
Active:

tneħħija tal-blue sticker

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li wara seba' snin, se jneħħilha l-blue sticker meta l-kundizzjoni fiżika tagħha marret għall-agħar?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikant applika ghall-Blue Badge l-ewwel darba fis-sena 1999 u kkwalifika. Hargitlu Blue Badge li kienet tiskadi fis-sena 2004. Din giet ritornata meta skadiet. Rega' applika fis-sena 2005 u kkwalifika ghal mod temporanju sal-bidu tas-sena 2009. Qabel ma skadiet applika fis-sena 2008 ghal wahda gdida u din id-darba ma kkwalifikax. Il-Blue Badge skaduta giet ritornata. Rega' applika fl-ahhar tas-sena 2009 u ma kkwalifikax. Din id-darba appella imma l-Bord xorta wahda ra li l-persuna ma jikkwalifikax. Rega' applika fl-ahhar tas-sena 2010 u t-tabib tal-KNPD tah il-Blue Badge b'mod temporanju ghal sentejn. F'Settembru 2012 rega' applika biex igedded il-Blue Badge u t-tabib ra li l-persuna ma tikkwalifikax ghall-Blue Badge. L-ufficjal inkarigat mis-Servizz tal-Blue Badge fil-KNPD bghatitlu ittra biex jirritorna l-Blue Badge skaduta u sal-lum dan ghadu ma rritornahiex.

talba għad-Dar ta' Bormla

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet fil-Gżira Home u peress li issa l-pazjenti kollha qed inneħħuhom biex jitfgħuhom f 'home oħra, hi tixtieq li tmur id-dar ta' Bormla biex tkun qrib il-qraba tagħha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-anzjani f’din il-home mill-bidu nett intalbu jagħżlu fejn iridu jmorru. Id-Dipartiment qed jagħmel kull sforz biex l-anzjani konċernati jiġu trasferiti skont ix-xewqa tagħhom.

tneħħija ta' arloġġ

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li neħħiet l-arloġġ tad-dawl imma xorta għadha qed tirċievi l-kontijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Intepellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

ċint madwar art privata

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33674, minkejja li l-Ministru wiegħed li se jsir iċ-ċint, jista' jgħid għaliex għaddew aktar minn ħames xhur u dan għadu ma sarx?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-fatt iċ-ċint inbena mill-iżvilluppatur hekk kif mitlub mill-Awtorita.

Awtorità tad-djar — post bi problema fis-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għandu problema fis-sistema tad-drenaġġ fil-post li jaqgħa taħt l-Awtorità tad-Djar?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ma kellha l-ebda talba mingħand l-inkwilin msemmi għal dawn ix-xogħlijiet. L-inkwilin huwa għaldaqstant ġentilment mitlub javviċina l-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex jagħti iktar dettalji dwar l-ilment tiegħu.

MEPA — żvilupp fuq art tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed isir żvilupp fuq art tal-gvern?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninsab infurmat illi x-xogħol fil-bitħa tal-fond imsemmi, li qiegħda f' livell iżjed baxx mit-triq pubblika fuq in-naħa ta' wara tal-propjeta`, jinvolvi ż-żieda fl-għoli tal-ħajt ta' wara b'żewġ filati. Tali xogħol, għalkemm relattivament minuri, jirrekjeda notifika skont l-Ordni ta l-2007 dwar Notifikazzjoni dwar l-Iżvilupp (DNO). Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal xi każ differenti, nitolbu jerġa’ jinfurmani u idealment jipprovdi ritratt jekk dan huwa possibbli, biex tinġabar l-informazzjoni korretta.

Binjiet tal-Awtorità tad-Djar — katusa li qed tagħmel drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' kopja anzjana li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament li jinsabu ġewwa flat tal-gvern fejn il-katusa tad-drenaġġ ta' fuqhom qed tqattar?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ma kellha l-ebda talba mingħand l-inkwilin msemmi għal dawn ix-xogħlijiet. L-inkwilin huwa għaldaqstant ġentilment mitlub javviċina l-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex jagħti iktar dettalji dwar l-ilment tiegħu.

Ħsarat fl-apramorta ta' binja tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li fil-flat tiegħu wara l-maltempata li kienet għamlet, kien hemm xi ħsarat fl-apramorta?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ma kellha l-ebda talba mingħand l-inkwilin msemmi għal dawn ix-xogħlijiet. L-inkwilin huwa għaldaqstant ġentilment mitlub javviċina l-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex jagħti iktar dettalji dwar l-ilment tiegħu.

talba għar-refund mit-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jara każ li ilu żmien rigward refund mit-taxxa li kull meta jkellimhom jgħidulu li dalwaqt jirċievi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-refund in kwistjoni m’huwiex dovut qabel il-31 ta’ Diċembru, 2012. Ninsab infurmat ukoll li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-Dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata.

talba għas-servizz tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-mara li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li qatgħulha s-servizz tad-dawl?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 37155.

ftehim mal-ex ħaddiema tat-Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li qed jaħseb li saret xi inġustizzja miegħu wara li ġie ffirmat l-agreement li sar mal-ex ħaddiema tat-Tarzna?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha

ftehim mal-ex ħaddiema tat-Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li qed jaħseb li saret xi inġustizzja miegħu wara li ġie ffirmat l-agreement li sar mal-ex ħaddiema tat-Tarzna?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha

talba biex persuna tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tbati minn demensja akkuta u din applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul peress li mhux l-ewwel darba li toħorġ barra u l-familja jkollha tmur tfittixha u hija ta' periklu d-dar? Tista' din it-talba tingħata prijorità?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant applikat fit-8 t’Ottubru 2012. L-applikazzjoni trid tgħaddi mill-proċess normali fejn wara li s-Social Workers jagħmlu l-assessment, l-applikazzjoni tkun tista’ tidher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni. Il-Bord jieħu deċizjoni fuq il-kaz u jinforma l-applikant bid-deċizjoni tiegħu bil-miktub.

Tiswijiet fil-binja tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li għandha post tal-gvern u l-faċċata minn isfel qiegħda tfarfar meta dan il-post ilu mibni sitt snin biss?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din hija proprjetà privata mibjugħa mill-Awtorità tad-Djar fl-2007 lill-persuna msemmija. L-Awtorità tad-Djar ma tagħmilx manutenzjoni f’proprjetajiet privati.

Arblu tad-Dawl wara l-ground tal-Gudja

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bozza wara l-ground tal-Gudja li minħabba d-dlam li hemm qed ikun hemm ħafna abbuż ta' droga u barra minn hekk dejjem jitfgħu skart li qed iħammeġ l-ambjent? Jista' jara li jittella' xi forma ta' ċint?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi sabiex il-Korporazzjoni Enemalta tkun tista' tikkonferma saritx xi talba għal din il-bozza mill kunsill lokali tal-Gudja, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jekk għandu jgħaddi d-dettalji.

Sussidju fuq twieqi

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tas-single parent li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn din applikat għall-sussidju fuq twieqi u fejn din ma ġiex aċċetat s-sussidju?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni ffirmat il-kuntratt ta’ kirja mal-Awtorita’ tad-Djar nhar is-6 ta’ Marzu, 2008 u ingħatat is-somma ta’ €6,988.12 sabiex isiru t-tiswijiet li kienu ġew iddentifikati mill-Awtorita’ tad-Djar. Peress li l-appartament kien fih twieqi tal-ħadid imkissrin l-applikanta ingħatat sussidju biex tbiddel dawn it-twieqi u tagħmilhom ġodda tal-ħadid. L-applikanta għazlet li tagħmilhom tal-aluminium u l-Awtorita’ infurmata b’ittra datata 17 ta’ Novembru, 2008 li kienet mitluba iġġib kopja tal-permess maħruġ mill-MEPA sabiex titħallas tat-twieqi. L-applikanta baqgħet ma’ ssottomettietx dan il-permess u għalhekk l-applikanta ma’ tħallsietx tal-aperturi.

tiswija ta' gallarija

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata gallarija ta' flat ta' koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ma kellha l-ebda talba mingħand l-inkwilini għal dawn ix-xogħlijiet. L-inkwilini huma għaldaqstant ġentilment mitluba javviċinaw il-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar biex jagħtu iktar dettalji dwar l-ilment tagħhom.

talba għal tiswija ta' post

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' single parentli d-dettalji dwarha qed jidhru separatament peress li hemm xi problem fis-saqaf fejn tgħix minħabba li qed tidher ix-xibka u anke fil-gallarijiet u hemm ukoll ħsara fil-ħajt tal karma tal-banju?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar qabbdet kuntrattur sabiex isiru x-xogħlijiet u kellhom jitlestew sat-3 t’Awwissu, 2012. Ix-xogħlijiet fil-fatt tlestew u l-kuntrattur tħallas fit-23 t’Awwissu, 2012.

servizz tal-karozza tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jara li l karozza numru 84 li toħroġ minn tal-Barrani tibda tgħaddi minn Santa Luċija biex b'hekk ir-residenti tal-lokal jkollhom aktar servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi l-lokalita` ta' Santa Luċija hija moqdija bir-rotta 83 illi tgħaqqad lill-lokalità mal-Belt Valletta bi frekwenza ta' kull nofs siegħa. Infurmat ukoll li r-rotta 226 tgħaqqad lil din il-lokalita` b'servizz ta' kull siegħa mal-isptar Mater Dei. L-Awtorità temmen li l-iskeda eżistenti hija biżżejjed sabiex tlaħħaq mad-domanda tar-residenti ta’ Santa Luċija. Infurmat ukoll illi jekk ir-rotta 84 tiġi estiża biex tgħaddi hekk kif suġġerit mill-Onorevoli Interpellant, dan se jirriżulta illi jitwal il-ħin tal-vjaġġ u dan b’riżultat illi din ir-rotta ma tkunx tista’ tlaħħaq mal-iskeda tagħha.

talba għar-relief

Question

Jista' l-ministru jara fiex wasal il-każ ta' r-relief ta' omm li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata se tirċievi l-pagament dalwaqt ghaliex l-applikazzjoni taghha saret fit-tieni ġimħa t'Ottubru li ghadda.