Jista' l-Ministru jara li l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kellu jagħmel l-operazzjoni privat tal-irkopa u li issa qed jistenna li jagħmlu il-physioterapy u minkejja li ilu jistenna xorta għadhom ma bagħtux għalih?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna hawn fuq imsemmija giet riferuta għat-terapija mit-tabib ikkonċernat fis-17 ta’ Lulju 2012.
Mit-ticket of referral hemm indikazzjoni ċara li l-operazzjoni saret f’Ottubru 2011.
Mir-records li għandu dan id–dipartiment, intbgħat appuntament għall-ġurnata tal-25 t’Ottubru 2012, liema appuntament qatt ma nżamm mill-persuna hawn fuq imsemmija.
Jista' l-Ministru jara li din il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha li applikat għall-Schedule V u għadha mingħajr risposta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjoni għall-intitolament tal-Ħames Skeda tal-pazjent li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ġiet ipproċessata fid-9 ta’ Novembru 2012, peress li l-pazjent ġie bl-applikazzjoni fl-Uffiċju tal-Medicines Entitlement Unit waqt il-ħin tal-customer care. Il-pazjent ġie mogħti l-kartuna s-safra dak in-nhar stess.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-qorti qatet kawża favur din il-familja u qed jistennew mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jara meta se toħroġ iċ-ċittadinanza tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li dawn ilhom jgħixu hawn Malta għal 22 sena u għamlu dak li talbuhom l-awtorità u issa qed jistennew mid-depot li tinħarġilhom iċ-ċittadinanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet jinsab fl-aħħar stadju u għandhom jiġu finalizzati fi żmien qasir
Jista' l-Ministru jara li jiġi rranġat il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li kellu jsir xi xogħol minħabba l-katusa tal-ilma imma s'issa għadu ma beda xejn?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ħarġet sejħa għal stimi għal xogħol simili fi 12-il appartament fit-12 ta’ Settembru, 2012. It-talba għalqet fl-20 ta’ Settembru, 2012, iżda x-xogħol ma ġiex assenjat. Is-sejħa reġgħet ħarġet fit-28 ta’ Settembru, 2012 u għalqet fl-10 t’Ottubru, 2012. Ġew evalwati l-offerti u intagħżel il-kuntrattur li ser jagħmel ix-xogħlijiet. Il-kuntrattur ġie ordnat jibda f’dawn l-appartamenti fit-12 ta’ Novembru, 2012 u għandu jlesti sal-14 ta’ Jannar, 2013.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36704 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33674, minkejja li l-Ministru wiegħed li se jsir iċ-ċint, jista' jgħid għaliex għaddew aktar minn ħames xhur u dan għadu ma sarx?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Mistoqsija Parlamentari 36704 ġiet imwieġba f’Seduta 521.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37152, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-gvern qed iħejji xi post (skola sekondarja Paola Ġuże D'Amato) biex xi immigranti illegali jkunu jistgħu jabitaw fih u jikkonferma din ix-xniegħa? Jekk iva, fejn qed jiġi diskuss il-post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-ebda ħin ma kien hemm xi ħsieb li l-post indikat minnu jintuża għall-iskop li qed isemmi fid-domanda tiegħu.
Jista' l-Ministru jara x'sar mill-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn ġew il-periti u kellhom jirranġaw il-gallariji imma x-xogħlijiet għadhom ma bdewx?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar se toħroġ diversi tenders fil-ġimgħat li ġejjin sabiex isiru xogħlijiet simili f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
Jista' l-Ministru jara li ħaddiema tas-sigurtà soċjali jikkuntatjaw lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li minkejja li ma qabżitx l-ammont ta' flus il-bank, xorta qatgħulha xi benefiċċji tar-romol?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji, lukandi, u fabbriki li l-gvern qatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li ma ħallsux l-kontijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-familja li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li ilu ma jinħareġ kont?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li għandu t-Telecare bil-ħsara?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna ili qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ma kellhiex ħsara fit-telefon. Din il-persuna kellha kontijiet mal-GO mhux imħallsa u għalhekk is-servizz ta-telefon tagħha ġie sospiż. Jiena nfurmat li dawn il-kontijiet issa tħallsu u s-servizz ġie lura għan-normal fis-7 ta’ Novembru 2012.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li mill-isptar qallulha li se jagħmlulha MRI urġenti u għadha ma rċeviet xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant sarilha X-ray tal-irkoppa fl-Emergenza fit-17 ta’ Ottubru 2012, fis-2:21pm.
Ir-riżultat ta l-
X-ray
inħareġ fl-istess ġurnata.
Sal-ġurnata tal-lum m’hemmx appuntament għall-MRI. Ir-raġuni hi li l-ewwel jrid jsir appuntament ma konsulent fl-O
rthopaedic outpatients
. Hemm tigi eżaminata u jekk jkun hemm bżonn, issir talba għall-
MRI
mill-Konsulent jew tobba tiegħu.
L-appuntament għall-
Orthopaedic outpatient
qiegħed fid-9 ta’ Jannar 2013, fit-8.00 a.m.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' tifel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li ilu jistenna servizz ta' soċjologu għal xhur sħaħ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ġiet ikkuntatjata il-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant u din il-persuna kkonfermat li qed tistenna s-servizz ta’ psikologu mhux soċjologu.
Bħalissa fiċ-
Child Guidance Clinic (CGC)
hemm lista ta’ stennija għat-terrapija mill-psikologi. Hemm żewġ tipi ta listi: dawk li qed jistennew terrapija urġenti u dawk li qed jistennew għall-terrapija li m’hijiex klassifikata urġenti.
Din il-persuna ġiet irreferuta għat-terrapija fl-10 ta’ Settembru 2012 mill-psikjatra.
Minħabba dawn il-listi ta’ stennija, ittieħdet id-deċisjoni li jiżdiedu tnejn u tletin (32) siegħa fil-ġimgħa ta’ servizz ta’ psikologi u
trainee psychologists,
mas-servizz professjonali li bħalissa qed jingħata f’din il-klinika. Huwa mistenni li dan jgħin fit-tnaqqis tal-lista ta’ stennija fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' omm ta' żewġt itfal li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tistenna risposta mill-Bord tal-Invalidità fejn meta kelmithom qalulha li trid tistenna xi 5 xhur imma s'issa għadha ma rċeviet xejn?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu ma ħax il-flus taż-żieda tat-Tarzna u kull meta jċempel l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali jgħidulu li se jirċievih dalwaqt?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara x'ġara mill-applikazzjoni tas-sussidju tal-kera tat-telefon ta' koppja anzjana li d-dettalji dwahra qed jidhru separatamet li minkejja li ilha li applikat tliet xhur għadha bla sussidju?
Response (SAID, CHRIS)
Nitlob lill-Onor interpellant biex jgħaddi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru tas-Saħħa u Kura għall-Anzjani.