Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proġett tal-vapur t'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għall-proġett tal-vapur t'Għawdex, fil-Marfa Malta u l-iMġarr f'Għawdex? Kemm kienet l-istima ġenerali?

Response (FENECH, ANTONIO)

Ninforma lill-Onor. Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #351 Sitting 9 2008-05-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi għall-Bini ta' Djar Ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għall-bini ta' djar ġodda u flats fix-xhur ta' Ottubru, Novembru, Diċembru 2007 u Jannar, Frar u Marzu 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ tabelli li jagħtu l-figuri mitluba.

Każ fuq pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' sinjur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, biex jieħu l-pensjoni ta' 61 sena?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Ħlas dovut

Question

Jista' l-Ministru jara każ ta' sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li din qed tintalab tħallas is-somma ta' €969.34? Tista' tagħti spjegazzjoni ta' xhiex huma dawn il-flus peress li bid-dħul li għandha qiegħda tbati biex tgħix?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Talba għal facilitator

Question

Jista' l-Ministru jara li jingħata facilitator lil tifel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u għandu bżonn urġenti ta' dan is-servizz?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iStatement Moderating Panel irċieva l-applikkazzjoni għan-nom tat-tifel, fil-21 ta’ Mejju 2008. L-iskola applikat hekk kif kellha kopja tad-dokument tal-psikologu, fid- 19 ta’ Mejju 2008. Din l-applikazzjoni ġiet reġistrata u ser tingħata l-attenzjoni li jistħoqilha. Il-Bord għamel kuntatt ma’ l-iskola biex jara li t-tifel jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa mis-servizzi li diġa’ hemm fl-iskola.

Reserved parking bays

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy ta' l-ADT biex isiru reserved parking bays għall-muturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li filwaqt li l-car Parking Policy ta' ADT tistipula fejn tista' tiġi implimentata il-Motor Cycle Bay u wkoll d-dimensjonijiet tagħha, il-Policy speċifika għall-"Motor Cycle parking" tħejjiet imma għad trid tiġi approvata.

Angiogram

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (i) jekk hemmx kriterji standard ta' kif nies li qed jistennew għal angiogram jintgħażlu biex isirilhom it-test? (ii) kemm saru angiograms fis-sena 2008 u kemm ilhom fuq il-waiting list dawn il-pazjenti? (iii) jista' jassigura li kulħadd qed jinqeda bil-fair u mhux skond lil min jaf? (iv) kemm mill-angiograms li saru fis-sena 2008 kienu pazjenti fuq il-waiting list u tahom attakk tal-qalb biex sarilhom l-angiogram? (v) kemm kien ilu fuq il-waiting list kull pazjent u minn liema raħal jew villaġġ kienu? Jista' l-Ministru jirrispondi għal kull domanda individwali?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-kriterji biex pazjenti minn Malta u Għawdex issirilhom angiogram huma bbażati fuq raġunijiet klinici u dan huwa rifless fiż-żmien li pazjent idum jistenna, li jvarja skond kull każ individwali. Bejn Jannar u April 2008 saru 624 Coronary Angiograms fl-isptar Mater Dei. Ninsab informat li kulħadd qiegħed jinqeda bil- fair kif spjegat hawn fuq. L-informazzjoni mitluba dwar il-waiting lists tirrekjedi ħafna ricerka u għadha qegħda tinġabar. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li fl-isptar Mater Dei isiru aktar minn 95% tal- angiograms li jsiru f’Malta u dawn isiru bl-aktar effiċjenza u sigurta' bħal ma jsiru f’kull pajjiż ieħor fid-dinja.

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ li kien hemm quddiem it-tax compliance unit ġie konkluż fix-xhur Jannar 2008 sa Marzu 2008, xahar b'xahar? Kemm kien l-ammont miġbur f'taxxa kull xahar?

Response (FENECH, ANTONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pilloli Adalat LA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jagħtix il-pilloli Adalat LA 30 mg? Jekk iva, għaliex sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li ġiet approvata minn żewġ professuri u anke ħarġet ix-schedule V xorta mhux qed tingħata dawn il-pilloli?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-pilloli Adalat LA 30mg mhumiex fil-lista ta' mediċini li jingħataw b'xejn mill-Gvern. Għaldaqstant din is-sinjura ma setgħatx tingħata dawn il-pilloli.

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li d-drenaġġ li ħiereġ minn ġo proprjeta' li twaqqgħet u li qiegħed isir żvilupp tal-bini minflokha, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fejn ir-residenti qegħdin jilmentaw li drenaġġ dieħel fid-djar tagħhom? Jista' jara li jitmexxa dan il-każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Water Service Corporation qed tinvestiga.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm joħroġ flus il-Gvern f'pensjonijiet tal-Maltin li jinsabu barra minn Malta? F'din l-aħħar sena kemm ħareġ numru ta' pensjonijiet u f'liema pajjiż jgħixu dawn il-persuni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li matul l-2007 tħallsu €11,696,824 (Lm5,021,446) f’pensjonijiet tas-Sigurta’ Soċjali barra minn Malta. Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Installazzjoni ta' lift

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir installazzjoni ta' lift fi blokk ta' flats, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jinfurmani bl-aħħar żviluppi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Awtortita’ tad-Djar ma rċevietx applikazzjoni għal stallar ta’ lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant. L-inkwilini jridu jissottomettu l-formola ta’ applikazzjoni meħtieġa lill-Awtorita’ biex din tkun tista’ tibda l-proċess għall-istallar tal- lift billi, qabel xejn, tistabbilixxi jekk l-applikanti jikkwalifikawx għal tali stallar skond il-kundizzjonijiet ta’ l-iskema kif ukoll jekk hux possibbli li jiġi akkomodat lift fil-blokk.

Ċimiterju ta' l-Addolorata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jitħaffru oqbra fiċ-ċimiterju Addolorata? Kemm hemm nies fil-waiting list biex jieħdu qabar? Kemm hemm minnhom li bagħtu għalihom biex isir il-kuntratt? Kemm għad fadal biex jibagħtu għalihom? Sa liema sena ser jinqdew dawn in-nies?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-numru ta' oqbra li ser jitħaffru fiċ-ċimiterji ta' l-Addolorata huwa ta' 2,782. In--numru li preżentament qegħdin fil-'waiting list' sabiex jieħdu qabar fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata huwa ta' 3,819. Informat ukoll li għadu ma ntbagħat għal ħadd sabiex isir il-kuntratt. Intbagħtu biss ittri biex applikanti l-aktar bikrija jindikaw l-intenzjoni tagħhom jekk għadhomx interessati jew le li jakwistaw qabar. Il-previżjoni hija li hekk kif ix-xogħol jibda miexi dawk li huma eliġibbli għal xiri ta' qabar, jibda jintbagħat għalihom u jitħejjew id-dokumenti meħtieġa għall-kuntratt. Dwar l-aħħar Mistoqsija, informat li dan jiddependi minn kemm mill-applikanti bikrin jabbandunaw l-applikazzjoni tagħhom għall-qabar. Iktar ma jirrifjutaw nies, iktar jinqdew nies li applikaw fi snin iktar riċenti.

Kuntratt fuq art

Question

Jista' l-Ministru jara li titmexxa t-talba ġusta biex isir il-kuntratt fuq iċ-ċens ta' art, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li s-sinjur kien ħadha mingħand il-gvern 27 sena ilu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma’ tistax tiffirma l-kuntratti ta’ l-enfitewsi u tal-fidi taċ-ċens tal-plot indikat mill-Onor. Interpellant għax l-Awtorita’ għad ma għandiex titolu fuq l-art. Infurmat ukoll li dawn il-kuntratti jkunu finalizzati malajr kemm jista’ jkun wara li d-Dipartiment ta’ l-Artijiet jitrasferixxi l-art in kwistjoni lill-Awtorita’ tad-Djar.
Leg 11 PQ #75 Sitting 5 2008-05-19 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gudja — Triq il-Lewż

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fhiex waslet it-talba ta' Sinjura li qed titlob biex isiru bollards quddiem tliet residenzi li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Magna tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li tintbagħat il-magna tad-drenaġġ bir-ritratti fid-dar, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għax kull darba qiegħed jidħol id-drenaġġ f'din ir-residenza?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li ma teżisti ebda magna tad-drenaġġ bir-ritratti.

Ħlas ta' bolol

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex anzjana, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet taħdem mal-BOV u li ħallset għaxar snin bolol, nies li ħadmu bħalha ħadu s-somma ta' Lm9,000 somma u din ħadet biss Lm1,482?

Response (DALLI, JOHN)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal xi tip ta’ gratuity, mħallsa meta persuna tirtira mix-xogħol, ninsab infurmat li ma titħallas ebda gratuity ta’ dan it-tip taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali. Għalhekk nitolbu jivverifika s-sors minn fejn tħallsu s-somom indikati.