Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa għandux reġistru ta' Alternative Medicine Practitioners? Jista' jgħid jekk min jeżerċita tali professjoni għandux bżonn liċenzja?
Response (DALLI, JOHN)
Hemm diversi oqsma ta’ prattika ta’ mediċina alternattiva u xi oqsma minnhom huma regolati mill-Kunsill tal-Professjonijiet Komplimentari għall-Mediċina taħt l-Att dwar il-Professjonijiet għas-Saħħa (Kap464). Il-lista tinsab fit-tielet skeda ta’ L-Att u tinkludi Agupuntura, Kiroprattika u Ostjopatija. Jekk il-Kunsill iħoss li hemm il-ħtieġa li xi professjoni oħra għandha tiġi regolata din tiżdied mal-iskeda.
Jista' l-Ministru jgħid jekk beauty therapists għandhomx bżonn liċenzja biex ikunu jistgħu jagħmlu cosmetic treatments? Għal liema cosmetic treatments għandhom bżonn liċenzja? Jekk ċerti cosmetic treatments għandhom bżonn liċenzja, jidhirlu l-Ministru li tali liċenzja għandha tkun esebita fejn tidher sewwa jew jekk min għandu tali liċenzja ikollu jilbes badgejew identifikazzjoni li turi li huwa/hija liċenzjata?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat illi it-Trade Licensing Unit titlob lid-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu meta tali taqsima tirċievi xi applikazzjonijiet għat-trattament tas-sbuħija. Waqt l-ispezzjoni li ssir minn uffiċċjali ta’ dan id-Dipartiment, l-applikant jiġi mitlub informazzjoni dwar x’tip ta' trattamenti jkunu qed jiġi proposti li jsiru. Jekk tali trattamenti jkunu jinvolvu affarijiet li huma aktar relatati ma' professjonijiet oħra regolati taħt l-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa, d-Dipartiment jinvestiga iktar tali trattamenti billi jiġi evalwat ir-riskju li possibilment ikun involut.
Peress li kull każ jiġi ttrattat b’mod speċifiku, ma teżisti l-ebda lista ta' trattamenti li
beauty therapists
jistgħu jew ma jistgħux jagħmlu ħlief għal dawk li hemm liġijiet ċari fuqhom bħal per eżempju tpinġija, agupuntura, podologija u trattamenti jew servizzi mediċi.
Biex il-pubbliku jkun infurmat u salvagwardjat, jidhirlu l-Ministru li l-kliniċi u sptarijiet privati għandhom ikunu graded bħal lukandi skond kriterji apposta? Jidhirlu li b'hekk il-pazjent ikun jaf aħjar ta' x'hiex qed iħallas u tali grading iservi biex il-kliniċi privati jżommu standard għoli?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li il-klinici u l-isptarijiet privati huma kollha liċenzjati u allura l-pubbliku huwa assikurat li l-istandard ta’ kura huwa wieħed tajjeb.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każijiet ta' Tuberkolożi mis-snin 2000 sa 2007 sena b'sena? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu pazjenti Maltin u barranin?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ każijiet rraportati ta‘ Tuberkulożi f’dawn l-aħħar sebgħa snin jidhru fit-tabella hawn taħt:
Sena
Tuberkulożi pulmonari
Tuberkulożi mhux pulmonari
Residenti
Mhux ResidentiResidentiMhux Residenti
2000
15
-21
2001
14
11-
2002
11
85-
2003
3
112
2004
6
1133
2005
6
1007
2006
11
1324
2007
12
1428
Jista' l-Ministru għid kemm għandu jagħti l-Gvern lill-aġenti a) ta' xiri ta' mediċini b)ta' xiri ta' consumables c)ta' xiri ta' suturi d)ta' xiri ta' stents?
Response (DALLI, JOHN)
Sa l-aħħar ta’ April 2008, skond il-fatturi li daħlu fit-taqsima tal- Accounts fid-Dipartiment tal- Procurement [Taqsima tas-Saħħa], il-Gvern għandu jagħti lill-aġenti għall-xiri ta’ mediċini, ‘medical devices and disposables’ kif ukoll ‘orthotics and prosthetics’ kif indikat hawn taħt:
Aġenti lokali: Euros 23,474,439
Aġenti barranin: Euros 2,797,405
TOTALI Euros 26,271,844.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ li kien hemm quddiem it-tax compliance unit ġie konkluż fix-xhur Jannar 2008 sa Marzu 2008, xahar b'xahar? Kemm kien l-ammont miġbur f'taxxa kull xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-Tax Compliance Unit ikkonkluda 19-il każ b’kollox bejn Jannar u Marzu 2008, maqsumin hekk: Jannar – 10; Frar – 3; Marzu – 6.
Iż-żjieda fl-
income
għal dawn it-tliet xhur rispettivament kienet: €2,764,302 (Lm1,186,715); €2,838,677 (Lm1,218,644); €267,682 (Lm114,916). Total ta’ €5,870,661 (Lm2,520,275).
Din tissarraf f’żjieda ta’ taxxa totali ta’ €1,427,528 (Lm612,838) maqsuma hekk rispettivament: Jannar – €532,630 (Lm228,658); Frar – €801,208 (Lm343,959); Marzu – €93,689 (Lm40,221). Dawn il-figuri ma jinkludux it-taxxa addizzjonali (multi) u l-imgħaxijiet dovuti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul totali tal-Gvern f'taxxi fix-xhur Ottubru, Novembru, Diċembru 2007 u Jannar, Frar u Marzu 2008?
Response (FENECH, TONIO)
"Id-dħul totali tal-Gvern f'taxxi fix-xhur imsemmija kien:
Ottubru 2007 € 180,926,732
Novembru 2007 € 143,973,645
Diċembru 2007 € 331,707,778
Jannar 2008 € 120,569,156
Frar 2008 € 111,916,478
Marzu 2008 € 137,342,471
Din l-informazzjoni tiġi ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern."
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sodod fil-wards f'Mater Dei? Kemm kien hemm sodod okkupati f'St.Lukes qabel it-trasferiment lejn Mater Dei?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li mill-aħħar rapport Hospital Activity Report maħrug f’ April 2008, in-numru ta’ sodod fl-Isptar Mater Dei jammonta għal:
· 860 sodda għall-użu ta’
‘In-patients’
u
· 66 sodda għall-użu ta’
‘Day Cases’.
Fir-rigward ta’ kemm kien hemm sodod okkupati fl-Isptar San Luqa qabel it-trasferiment lejn Mater Dei, mill-‘
Hospital Activity Report’
ta’ Ottubru 2007 wieħed jara li l-medja ta’ sodod okkupati kuljum f’dan ix-xahar ammontaw għal 733. Fl-Isptar San Luqa in-numru ta’ sodod għall-użu ta’
‘In-patients’
kienu jammontaw għal 859 waqt li għal
‘Day Cases’
kien hemm 55 sodda.
Jista' l-Ministru jgħid x'paga, allowances u tax concessions qed joffri l-gvern lit-tobba u speċjalisti barranin?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-ispeċjalisti barranin jirċievu paga fi Skala 4 jew 5, jiddependi mill-grad, u jieħdu allowance ta’ €3261 (Lm1400) fis-sena. Dawn l-ispeċjalisti barranin ma jħallsux taxxa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' Maltin li għamlu użu mill-fare speċjali li offriet l-Airmalta biex jiġu jivvutaw? Minn liema pajjiżi ġew?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-każ ta' disability pension ġie approvat xahar b'xahar minn Jannar sa Diċembru 2007 u minn Jannar sa April 2008? Kemm minn dawn kienu Maltin u Għawdxin?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm karozzi ġodda ġew impurtati fis-sena 2007 u fl-ewwel 4 xhur ta' l-2008 u kemm ġew impurtati karozzi second hand fl-istess żmien?
Response (FENECH, ANTONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi in-numru ta’ karrozzi ġodda u second hand li ġew impurtati min barra l-Unjoni Ewropeja għas-sena 2007 u fl-ewwel 4 xhur tas-sena hu kif jidher hawn taħt:
2007
2008
(Jannar - April)
Ġodda
2,924
1,133
Second Hand
2,996
1,587
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għat-tiswijiet tal-Bridge Manwel Dimech u kemm ser tlaħħaq is-somma globali meta jitlesta x-xogħol? Kemm tħallas s'issa mill-ammont kemm mill-Gvern u kemm mill-EU?
Jista' l-Ministru jara li jsir culvert quddiem ir-residenza, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li meta tinżel ix-xita minn sqaq tal-faċċata l-ilma jibqa' dieħel ġewwa fid-dar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi kuntratti individwali ma' xi speċjalisti li jaħdmu f'Mater Dei li huma differenti minn dawk ta' speċjalisti oħra? Jekk fl-affermattiv, ma' min huma dawn il-kuntratti/ftehim?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li f’Mater Dei hemm erba’ (4) tobba speċjalisti li huma mpjegati fuq kuntratt. Ilkoll għandhom ‘l fuq minn 61 sena u huma impjegati kif ġej :
- Żewġ speċjalisti huma mpjegati bħala Advisor/Senior Registrar (Anaesthesia) u jaħdmu 30 siegħa fil-ġimgħa.
- Speċjalist ieħor jaħdem bħala P/T Consultant Physician (Diabetes mellitus & Endocrinology) u jahdem 16-il siegħa fil-ġimgħa.
- Speċjalist ieħor jaħdem fuq kuntratt bħala Consultant Histopathologist, fuq ġimgħa ta’ 40 siegħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' multi mponuti mit-tax compliance unit ġew maħfura/ridotti fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu xahar b'xahar?
Response (FENECH, ANTONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mhux possibbli li tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari minħabba li ma ġiex speċifikat għal liema sena qed tirreferi.
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema sena qed jirreferi.