Legislature:
Category:
Reset
Active:

Registration tax

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 354 u jgħid kemm daħħal il-Gvern mir-registration taxtal-karozzi ġodda u second hand f'kull każ fis-sena 2007 u kull xahar minn Jannar sa April 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jirreferi għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 527 u 528 għas-sena 2007. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għas-sena 2008.

Fare Speċjali mill-Airmalta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 487 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura,Transport u Komunikazzjoni u issa ġiet referuta lilu u cioe' jgħid kemm kien in-numru ta' Maltin li għamlu użu mill-fare speċjali li offriet l-Airmalta biex jiġu jivvutaw? Minn liema pajjiżi ġew?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Spiża totali f'Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 483 u jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex jitmexxa Mater-Dei minn mindu fetaħ xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li għall-perjodu ta’ bejn Novembru ta’ l-2007 u April ta’ l-2008 l-ispiża totali ta’ l-Isptar Mater Dei on a Cash Basis maħruġa mid-Departmental Accounting System (DAS) kienet tammonta għal €50,515,898. L-ammont imqassam kull xahar qiegħed jiġi muri f’Kolonna (1), fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat ukoll li l-ammonti f’kollonna (1) ma jinkludux il-materjal mediku u farmaċewtiku li jidher f’Kolonna (2) – liema materjal ma jaqax taħt il-Vot Cost Centre G08 Mater Dei Hospital iżda jinsab taħt Programmi u Inizjattivi, Item 5400 Cost Centre G07 Government Pharmaceutical Services (GPS). Jekk ngħoddu dawn l-ammonti murija f’kolonna (2) ma’ dawk li jidhru f’kolonna (1) in-nefqa totali għal dal-perjodu titla’ għal 67,611,523 Ewro, kif qed jiġi spjegat f’kolonna (3).

Bridge Manwel Dimech

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 356 u jgħid kemm kienet l-istima oriġinali għat-tiswijiet tal-Bridge Manwel Dimech u kemm ser tlaħħaq is-somma globali meta jitlesta x-xogħol? Kemm tħallas s'issa mill-ammont kemm mill-Gvern u kemm mill-EU?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Water culvert

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 409 u jara li jsir culvert quddiem ir-residenza, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li meta tinżel ix-xita minn sqaq tal-faċċata l-ilma jibqa' dieħel ġewwa fid-dar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Sussidju fuq Surcharge

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna, li isimha qed jidher separatament hix qed tieħu sussidju tajjeb fuq is-surcharge peress li hu jgħix bil-pensjoni ta' l-invadilita'?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa
Leg 11 PQ #568 Sitting 14 2008-06-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mater Dei — Rapport ta' Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta sejjer ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport dwar l-investigazzjonijiet li kellu jagħmel il-Kummissarju tal-Pulizija dwar l-allegazzjonijiet li għamel (il-persuna li isimha qed jidher separatament) dwar Mater Dei? X'kienet ir-raġuni li l-Prim Ministru għażel lill-Kummissarju tal-Pulizija minflok ma ħatar kummissjoni indipendenti aċċettabli għall-Oppożizzjoni biex tagħmel tali investigazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jidhirx li hemm raġuni li tinkiser il-prassi li investigazzjonijiet tal-Pulizija ma jkunux pubblikati. Jekk dawn l-investigazzjonijiet jindikaw irregolaritajiet, il-passi għandhom jittieħdu fil-Qorti. Jien għandi fiduċja fil-Kummissarju tal-Pulizija: nittama li l-Onorevoli Interpellant mhux qed jimplika li l-Oppożizzjoni m’għandhiex fiduċja fil-Kummissarju tal-Pulizija.

Benefiċju

Question

Jista' l-Ministru jara li tfajla li isimha qed jidher separatament , li tieħu l-flus talli tieħu ħsieb lil ommha li tbati bil-marda Huntington's Chorea, u għax kellha lil ħutha jaħdmu, d-dipartiment talabha l-flus lura.Għal din il-persuna huwa sagrifiċċju li ma taħdimx biex iddur b'ommha u hi nġusta li tispiċċa tħallas dawn il-flus? Jista' l-Ministru jara li jitmexxa dan il-każ u ssir ġustizzja?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Maltacom — Tappiera

Question

Jista' l-Ministru jagħti ordni biex tappiera tal-Maltacom li tinsab fil-post, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, tinbidel għal waħda tal-plastic għax din kif inhi qed tagħmel ħafna ħoss? Din it-talba ilha li saret xhur sħaħ mill-kunsill lokali iżda baqgħu bla risposta.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Maltacom kienet ġiet privatiżżata u m'hix taħt ir-responsabilita' tiegħi.

Pensjoni ta' l-invalidita'

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hux qed jieħu pensjoni ta' l-invalidita' tajjeb, peress li qed iħoss li għandu pensjoni baxxa? Jista' jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Dħul tal-gvern f'taxxi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 352 u jgħid kemm kien id-dħul totali tal-Gvern f'taxxi fix-xhur Ottubru, Novembru, Diċembru 2007 u Jannar, Frar u Marzu 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 352.

Spiża totali f'Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali biex jitmexxa Mater-Dei minn mindu fetaħ xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li għall-perjodu ta’ bejn Novembru ta’ l-2007 u April ta’ l-2008 l-ispiza totali ta’ l-Isptar Mater Dei on a Cash Basis maħruġa mid- Departmental Accounting System (DAS) kienet tammonta għal €50,515,898. L-ammont imqassam kull xahar qiegħed jiġi muri f’Kolonna (1), fit-tabella t’hawn taħt. L-ammonti f’kollonna (1) ma jinkludux il-materjal mediku u farmaċewtiku li jidher f’Kolonna (2) – liema materjal ma jaqax taħt il-Vot Cost Centre G08 Mater Dei Hospital izda jinsab taħt Programmi u Inizjattivi, Item 5400 Cost Centre G07 Government Pharmaceutical Services (GPS). Jekk ngħoddu dawn l-ammonti murija f’kolonna (2) ma’ dawk li jidhru f’kolonna (1) in-nefqa totali għal dal-perjodu titla’ għal 67,611,523 Ewro, kif qed jiġi spjegat f’kolonna (3). Kolonna (1) Kolonna (2) Kolonna (3) Xahar € € € Novembru 2007 4,070,172 1,694,275 5,764,447 Diċembru 2007 12,277,999 2,547,581 14,825,580 Jannar 2008 9,785,920 2,963,427 12,749,347 Frar 2008 7,249,596 3,322,299 10,571,895 Marzu 2008 7,318,045 2,999,816 10,317,861 April 2008 9,814,166 3,568,227 13,382,393 ____________ ____________ ____________ 50,515,898 17,095,625 67,611,523 ____________ ____________ ____________

Ħlas ta' Security Service

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas kull sena l-Gvern tas-security fl-isptar Mater Dei? Jekk dawn humiex kollha ta' kumpanija privata? Kemm kellu security guards fl-isptar San Luqa u x'sar minnhom illum? Kemm huwa l-ammont totali li l-Gvern iħallas għal dawn is-security guards?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Gvern qed iħallas Euro 2.25 miljun fis-sena (VAT eskluża) għal security fl-Isptar Mater Dei. Dawn huma kollha lill-kumpanija privata skond kuntratti ffirmati fl-1 ta' Jannar 2008 u l-1 t' Awissu 2007. Il-Gvern kellu 50 security guards fl-Isptar San Luqa li 4 minnhom ġew assenjati xogħol ieħor fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Il-Gvern iħallas Euro 0.79 ta' miljun fis-sena bħala pagi lil dawn is-security guards. Sommarji tal-kuntratti relevanti qegħdin jitqegħdu fuq il-mejda tal-kamra.

Sptar Mater Dei — Xiri ta' l-art

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa l-Isptar Mater Dei bix-xiri ta' l-art b'kollox sa meta ġie inawgurat? Kemm tħallas minn dan l-ammont u kemm għad iridu jitħallsu?

Response (DALLI, JOHN)

L-Isptar Mater Dei sewa bix-xiri ta l-art b’kollox sa meta ġie inawgurat LM216,506,623 eskluż il-Vat. Minn dan l-ammont għad iridu jitħallsu Lm2,965,179 (€6,902,010) eskluż il-Vat.

Talba ta' Lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Flats Tursin il-Bir, Santa Luċija fejn saret talba għall-lift, għar-raġuni li hemm persuna b'diżabilita' u t-tweġiba kienet li ma setax isir, meta f'neighbourhood 1, fl-istess tip ta' flat sar ix-xogħol tal-lift ? Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa biex tiġi solvuta din il-problema?

Response (DALLI, JOHN)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lill-Awtorita’ tad-Djar biex tinvestiga x’possibilita’ hemm li jiġi stallat lift fl-appartamenti ndikati.

Talba ta' Lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Flats Tursin il-Bir, Santa Luċija fejn saret talba għall-lift, għar-raġuni li hemm persuna b'diżabilita' u t-tweġiba kienet li ma setax isir, meta f'neighbourhood 1, fl-istess tip ta' flat sar ix-xogħol tal-lift ? Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa biex tiġi solvuta din il-problema?

Response (DALLI, JOHN)

Għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lill-Awtorita’ tad-Djar biex tinvestiga x’possibilita’ hemm li jiġi stallat lift fl-appartamenti ndikati.

Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna ( li d-dettali tagħha qed jintbagħtu separatament ) u li kull ma jagħtiha r-raġel huwa Lm40 manteniment u kull ma tieħu mill-Gvern huwa sempliċiment Lm 20 kull tliet xhur, jista' d-dipartiment jieħu passi neċessarji biex din il-persuna tibda' tieħu d-differenza bejn Lm40 u l-paga minima?

Response (DALLI, JOHN)

: Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha jew iċċempel SPIC fuq freephone 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Vittmi tan-Naxxar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' għajnuna se jagħti lill-vittmi ta' l-isplużjoni tan-Naxxar? X'budget għamel il-Gvern fuq dan il-każ? Meta se jingħata?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li, minbarra għajnuna provduta mill-Aġenziji Appoġġ u Sapport fejn kien hemm bżonn, l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet numru ta’ talbiet għall-għajnuna wara l-isplużjoni fin-Naxxar. Tlett familji li d-dar tagħhom iġġarfet qegħdin jingħataw għajnuna fuq il-kera li qegħdin iħallsu għall-appartamenti li krew mingħand il-privat. Ninsab infurmat ukoll li ġew spezzjonati d-djar kollha tal-familji li għamlu talba u tlestew rapporti mill-periti. Hekk kif jitlestew ir-riċerki meħtieġa, l-Awtorita’ tad-Djar mistennija tiddeċiedi fuq l-għajnuna li ghandha tinghata f'kull każ riservata mill-Awtorita’ għal dan l-iskop.

Refund tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jara li anzjan b'mara marida li applika biex jieħu refund tal-VAT jitmexxa l-proċess?

Response (FENECH, TONIO)

“Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa mitlub jgħaddi l-informazzjoni dwar din il-persuna lill-Kummissarju tal-VAT sabiex jitħaffef l-proċess.”

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 346 u jgħid kemm-il każ kien hemm quddiem it-tax compliance unitli ġie konkluż fix-xhur ta' bejn Jannar 2008 u Marzu 2008, xahar b'xahar? Kemm kien l-ammont miġbur f'taxxa kull xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 346.